Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar u Naxxar – community policing

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta ser jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (community policing) fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kif ġie mħabbar fl-aħħar jiem, il-proġett tal-community policing ser jibda jitħaddem f’San Pawl il-baħar fil-ġimgħat li ġejjin.

Naxxar – community policing – Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras ir-residenti tan-Naxxar li ġaladarba jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (Community Policing) fin-Naxxar, l-għassa tal-istess lokalità ser tinżamm miftuħa u tibqa tiffunzjona kif dejjem kienet sa issa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-kaz tan Naxxar ġaladarba jibda jitħaddem il-kunċett tal-pulizija fil-komunità (Community Policing), l-għassa f’din il-lokalità ser tibqa miftuħa u tiffunzjona skond kif meħtieġ.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa — manutenzjoni f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jagħmel il-manutenzjoni meħtieġa fiż-żoni storiċi fil-Mellieħa bħal Misraħ iż-Żjara tal-Papa u t-taraġ ta wara l-knisja kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Il-Mellieħa — ftuħ ta' għassa

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata widen għat-talba konsistenti li qed jagħmlu residenti tal-Mellieħa sabiex terġa' tinfetaħ l-għassa tal-Mellieħa peress li din it-talba ilha ssir għal dawn l-aħħar 16-il xahar fil-Parlament u anke kienet riflessa f'petizzjoni li tressqet f'isem ir-residenti u li kienet iffirmata minn mijiet ta' persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li għaddejjin bix-xogħolijiet konklussivi fl-għassa tal-Mellieħa biex din tibda tintuża bħala uffiċini għall-Pulizija tal-Komunità.

Siti ta' kostruzzjoni — ċnut

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjajnar tuża l-poteri tagħha li ttiha l-liġi u tobbliga b'mod immeddjar sabiex is-sit tal-kostruzzjoni li hemm mibdija jew abbandunati li qed jikkawżaw periklu għar-residenti isirulhom ċnut u dan peress li hemm siti li spiċċaw miżbliet żgħar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regolamenti dwar l-immanniġġjar ta’ siti tal-kostruzzjoni u l-infurzar tagħhom jaqa’ taħt ir-reponsabbiltà tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Ninsab infurmat li, fir-rondi li jwettqu l-uffiċċjali tal-imsemmija Awtorità, tittieħed azzjoni f’waqtha kull darba li jiġi nnutat xi ksur tar-regolamenti, inkluż fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-mistoqsija. Min-naħa tagħha, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha s-setgħa li tintervjeni ai termini tal-Sub-artikolu 99(1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) jekk kemm-il darba tkun qiegħda ssir ħsara lill-ġmiel jew is-siwi ta’ xi żona jew jekk ikun hemm bżonn li jitneħħa xi periklu. F’dan il-kuntest, jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-sitwazzjoni f’xi lant tax-xogħol partikolari, nitolbu jgħaddili d-dettalji tas-sit sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni skont il-provvedimenti tal-liġi.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — korrispondenza fuq ċnut ta' siti ta' kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar kellhom mal-Awtorità tal-Ippjanar bejn Settembru 2018 u Settembru 2021 fejn l-Awtorità ntalbet mill-istess kunsilli skont il-liġi tintervjeni sabiex isiru ċnut madwar siti ta' kostruzzjoni mibdija jew abbandunati u li kienu u għadhom qed jikkawżaw perikli għar-residenti u dan peress li hemm siti minnhom li spiċċaw miżbliet żgħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #22531 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Il-Mellieħa – Skola Primarja – xogħlijiet fuq l-estensjoni – permessi u pjanti approva mill-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar xogħlijiet fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess imressaq min-naħa tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada jinsab quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar u għadu għaddej.
Leg 13 PQ #22532 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola primarja tal-Mellieħa – sala ewlenija

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk is-sala ewlenija eżistenti fl-iskola primarja tal-Mellieħa hiex ser titwaqqa u flokha tinbena sala moderna u attrezzata sabiex tkun tista’ tintuża mill-iskola kif ukoll mill-għaqdiet mhux governattivi li hemm fil-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinkludi l-kostruzzjoni ta’ sala fil-parti tal-estensjoni, kif ukoll ir-rinovar tal-iskola kollha eżistenti.
Leg 13 PQ #22533 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Mellieħa – Xogħlijiet fuq estensjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jiġi ffinalizzat il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità għall-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #22534 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola Primarja tal-Mellieħa — parkeġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mistenni jkun jesgħa karozzi l-parkeġġ li għandu jinbena u li se jkun jagħmel parti mill-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa? F’kemm-il sular ser ikun jikkonsisti l-istess parkeġġ? Meta mistenni jitlesta x-xogħol fuq dan l-istess parkeġġ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni preżenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tinkludi żewġ sulari taħt l-art bħala parkeġġ għal madwar mitt vettura. Il-programm tax-xogħlijiet ikun iffinalizzat wara li jintemm il-proċess li hemm quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, toħroġ is-sejħa għall-offerti u jintagħżel il-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħlijiet.
Leg 13 PQ #22535 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel primarji tal-Mellieħa, Naxxar, Qawra, San Pawl il-Baħar u skola medja tan-Naxxar — studenti

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm hemm studenti llum jattendu l-iskejjel primarji tal-Mellieħa (inkluż b’mod separat dawk fl-annex biswit l-iskola), in-Naxxar, il-Qawra, San Pawl il-Baħar kif ukoll fl-iskola medja tan-Naxxar? (b’mod individwali)

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella t'hawn taħt: K1 K2 Y1 Y2 Y3 Y4 Y5 Y6 Y7 Y8 Maria Regina College Mellieħa Primary 56 74 55 65 87 66 74 80 Maria Regina College Naxxar Middle School 330 396 Maria Regina College Naxxar Primary 75 73 60 62 61 68 52 58 Maria Regina College Qawra Primary 117 106 88 102 90 72 94 78 Maria Regina College St Paul's Bay Primary 54 69 59 73 71 71 57 66
Leg 13 PQ #22536 Sitting 498 2021-10-19 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

San Pawl il-Baħar – Skola tal-Qawra – parkeġġ użat mir-residenti

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk ġiex iffirmat il-ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew xi entità oħra sabiex il-parkeġġ li hemm mal-iskola tal-Qawra jibda jintuża wkoll mir-residenti taż-żona?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir eżerċizzju komprensiv għall-iskejjel kollha ta’ pajjiżna.

Naxxar — Tas-Sagħtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar fi Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) - Żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22444, 21995 u 21994, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar li tinsab preċiżament Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed x’inżid mal-mistoqisjiet Parlamentari 22444, 21995 u 21994.

Naxxar – Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar) – żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar) fil-limiti tan-Naxxar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ġa ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 21995.

Trasport Pubbliku miċ-Ċirkewwa għal MCAST ta' Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-servizz tat-trasport pubbliku li jingħata miċ-Ċirkewwa direzzjoni lejn l-MCAST f’Raħal Ġdid fil-ħinijiet ta’ filgħodu jibda jingħata wkoll lura fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar/filgħaxija u dan sabiex ikun jista’ jakkomoda u jnaqqas l-inkonvenjent li qed jiffaċċjaw l-istudenti li jattendu l-istess MCAST li huma residenti l-Mellieħa, Xemxija u San Pawl il-Baħar fost lokalitajiet/żoni oħra fl-istess akkwati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ttieħdet nota mill-Awtorità tat-Trasport ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Leg 13 PQ #22446 Sitting 495 2021-10-12 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Trasport Pubbliku miċ-Ċirkewwa għal MCAST ta' Raħal Ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tara li s-servizz tat-trasport pubbliku li jingħata miċ-Ċirkewwa direzzjoni lejn l-MCAST f’Raħal Ġdid fil-ħinijiet ta’ filgħodu jibda jingħata wkoll lura fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar/filgħaxija u dan sabiex ikun jista’ jakkomoda u jnaqqas l-inkonvenjent li qed jiffaċċjaw l-istudenti li jattendu l-istess MCAST li huma residenti l-Mellieħa, Xemxija u San Pawl il-Baħar fost lokalitajiet/żoni oħra fl-istess akkwati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru qed jara li s-servizz miċ-Ċirkewwa u lura li jingħata lill-istudenti tal-MCAST jingħata fil-ħinijiet konvenjenti u li jinkludi wkoll dawk l-istudenti li joqgħodu l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar.
Leg 13 PQ #22392 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra Għawdex – Wied ir-Ramla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar ġimgħat waqaf ix-xogħol kollu ta' bini tal-ħitan tas-sejjieħ, iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, ġewwa l-Wied tar-Ramla fix-Xagħra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-ħitan tas-sejjieħ ġew imwaqqfa sakemm jiġu konklużi xi kjarifiċi mal-Awtoritajiet kompetenti.

Wasteserv — kompost iġġenerat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm f’tunnellati ġie ġġenerat kompost mill-Wasteserv, sena b’sena, bejn l-Settembru 2017 - Settembru 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ġa ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 14094, 14819, 16179, 19067 u 21159.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bejn settembru 2018 u Settembru 2021 ( xahar b’xahar) daħlu ħaddiema jaħdmu mal-kumpanija Wasteserv u mil-liema lokalitajiet dawn ġejjin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan ir-rekrutaġġ kien kruċjali biex il-WasteServ tilħaq l-ogħla ammont ta’ riċiklaġġ fl-aħħar 19-il sena l-investiment fin-nies wassal biex l-iskart jiddawwar f’riżorsa, jiġu evitati spejjeż u jiżdied l-introjtu.