Budget 2022 — Prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima – flus ivvutati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus ġew ivvutati fil-Budget 2022, u kemm ser jiġu kommessi fis-snin li ġejjin għall-programmi/proġetti msemmija mill-Prim Ministru (fl-aħħar stqarrija Ministerjali) fuq kollaborazzjoni ma’ gżejjer oħra fuq prattiċi tajba dwar it-tibdil fil-klima?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-waqt li nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-Tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22122, nitolbu jagħti ħarsa lejn id-dokument tal-Baġit u l-estimi finanzjarji għas-sena 2022 u għandu jara b’mod ċar kif dan il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ lejn il-ġlieda kontra t-Tibdil fil-Klima, mhux biss għal miljuni kbar li qed jalloka lill-ministeri differenti fuq fierxa ta’ proġetti u attivatijiet relatati mat-Tibdil fil-Klima, iżda wkoll f’kuntest ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji speċifiċi lejn il-fond internazzjonali imsejjaħ Green Climate Fund li huwa immirat lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u fejn qed nirduppjaw l-allokazzjoni.
Il-Baġit għal 2022 f’dan il-qasam huwa bla preċedent u juri r-rieda u l-impenn li ghandna. Dak li ħabbar il-Prim Ministru huwa l-pass li jmiss fuq livell internazzjonali fejn qiegħdin nesprimu r-rieda tagħna li ngħinu pajjiżi gżejjer zgħar bħalna iżda li għadhom li qed jiżviluppaw. Bħalna dawn il-pajji¿i qed jiffaċċjaw sfidi mit-Tibdil fil-Klima proprju għax huma żgħar u allura tajjeb li nkunu nistgħu nagħmlu skambju ta’ esperjenzi u prattiċi tajbin, kif ukoll naħdmu flimkien fuq proġetti li nistgħu nidentifikaw. Apparti hekk nkunu nistgħu wkoll nwasslu fil-fora internazzjonali d-diffikultajiet li pajjiżi bħal dawn jiltaqgħu magħhom. Dan huwa bidu. Fil-fatt nista’ ngħid li, waqt li kont Glasgow nattendi il-COP 26 jien diġà kelli laqgħat bilaterali dwar din il-materja u issa ser nkunu qiegħdin inħarsu ‘l quddiem sabiex nikkonkretizzaw aħjar l-forma u s-sustanza ta’ kif nistgħu nikkolaboraw aħjar għall-ġid ta’ kullħadd.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jerġa’ jikkunsidra, li kif ġara dejjem fis-snin preċedenti, il-vaċċin tal-influwenza fil-lokal tal-Mellieħa jingħata fil-Berġa tal-lokalità? Din it-talba qed nerġa nagħmilha għat-tielet darba wara li għexieren ta’ familji (speċjalment anzjani u nies vulnerabbli) qed jesperjenzaw inkonvenjent kbir biex imorru f’lokalitajiet oħra biex jieħdu dan il-vaċċin meta faċilment jista’ jingħata fil-lokal stess.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 19620.
San Pawl il-Baħar u Naxxar – vaċċin tal-influwenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jerġa’ jikkunsidra, li kif ġara f’numru ta’ snin preċedenti, il-vaċċin tal-influwenza fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar jingħata fil-Berġa/Kunsill Lokali tal-lokalità? Din it-talba qed qed nerġa nagħmilha peress li numru kbir ta’ anzjani u persuni vulnerabbli qed jesperjenzaw inkonvenjent kbir biex imorru f’lokalitajiet oħra biex jieħdu dan il-vaċċin meta faċilment jista’ jingħata fil-lokal stess.
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 23305
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha out of stock il-mediċina Amlodipine Besilate (5mg) u meta mistennija terġa' tkun disponibbli mill-POYC ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mediċina Amlodipine Besilate (5mg) mhix out of stock u hija ukoll disponibbli mill-ispiżeriji tal-Għażla tiegħek.
Ix-Xemxija — Triq il-Preistorja - servizzi mgħoddija
Question
Jista' l-Ministru jara li arblu li jinsab fi Triq il-Preistorja fix-Xemxija u li m’għandu l-ebda servizzi mgħoddija minnu/fuqu, jitneħħa mill-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba ghal-Mistoqsija Parlamentari numru 23040.
San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor – tranġar ta’ bozoz maqtugħin
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex bozoz maqtugħin f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar jinbiddlu/jitranġaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħsara li kien hemm f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar issewwiet.
Environment Impact Assessment mill-Wasteserve dwar il-bini tal-inċineratur fil-Magħtab
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21154 rigward dak deskritt mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) bħala kunflitt ta’ interess li kellu min ħadem fuq studju ambjentali (ikkummissjonat mill-Wasteserve) relatat mal-inċeneratur, jista’ l-Ministru jikkonferma:
a. Jekk sarx
due diligence
mill-ERA jew mill-Wasteserv fuq il-persuna magħżula sabiex terġa' tagħmel l-istess rapport, liema rapport sewa lill-poplu Malti €10,000;
b. Jekk fil-fatt instabx li reġa’ kien hemm kunflitt ta’ interess mill-persuna li tqabbad wara li minn dak li jirriżultali dan l-istess persuna ħadem (u mhux magħruf jekk għadux) ma’ kumpanija oħra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tal-persuna li oriġinarjament kien instab li kellu kunflitt ta’ interess; u
c. Jekk l-ERA hix ser terġa' titlob li jerġa' jsir rapport ieħor simili, jekk fil-fatt jirriżulta li kien hemm kunflitt ta' interess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat illi, skont ir-regolament 17(3) tar-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S. 549.46), l-konsulenti li jipparteċipaw fil-Valutazzjonijiet tal-Impatti Ambjentali (EIAs) huma obbligati li jiffirmaw dikjarazzjoni li m’għandhom ebda kunflitt ta’ interessi li jista’ jaffettwa xi aspett kopert mir-regolamenti msemmija. Infurmat ukoll li, mill-informazzjoni li rċeviet l-Awtorità, ma rriżulta l-ebda kunflitt ta’ interess u għaldaqstant ma kienx hemm bżonn li jintalab rapport ġdid.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni u jara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni u jara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar u tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tieħu azzjoni u tara x’kien il-kaġun u jaċċerta li nuqqas (anke jekk seta’ kien aċċident) bħal dan li jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament ma jerġax iseħħ peress li din is-sitwazzjoni ħolqot inkonvenjent lir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi tal-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar kif ukoll lill-istudenti li jattendu fl-istess skola? (Triq San Gużepp / Triq l-Iskola)
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ msemmi huwa kaġun ta’ ħsara maġġuri fiż-żewġ rising mains tas-sistema tad-drenaġġ ta’ dawk l-inħawi. Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet passi mmedjati biex tiġi rranġata din il-problema u jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti u min juża dawn l-inħawi.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li, sabiex jitnaqqas l-iskariġġ għar-residenti tal-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, it-tilqim tal-influwenza jingħata fil-Berġa tal-lokal u f'każ li m'hemmx berġa attrezzata jingħata fil-bini tal-Kunsilli Lokali? Persważ li hemm eks infermiera li lesti jagħtu s-sehem tagħhom, b'mod volontarju, kif dejjem għamlu sa mill-bidu tat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim għal kontra l-influwenza staġjonali qed jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa filwaqt li l-Booster tal-Vaċċin għal kontra l-Covid-19 qed jingħata mill-Kliniċi tal-Komunità
Triq is-Salina – xogħol – diskrepanzi fil-livell mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fuq ix-xogħol li kien għaddej minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta instabux diskrepanzi fil-livelli mogħti mill-Awtorità tal-Ippjanar li fuqhom kien qed jaħdem il-kuntrattur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar mhix infurmata li kien hemm xi diskrepanzi fil-livelli mogħtija mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Naxxar — Tas-Sagħtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar fi Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) - Żvilupp
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22502, 22444, 21995 u 21994, peress li fit-tweġibiet qed jirreferi għal barriera oħra u mhux dik li qed issir id-domanda fuqha, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar li tinsab preċiżament Triq il-Ħawħ, Triq Manwel Magri SJ u Triq Ċensu Muscat) fil-limiti tan-Naxxar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq is-sit indikat ġewwa l-lokalità tan-Naxxar l-Awtorità tal-Ippjanar qed tikkunsidra proposta ta’ żvilupp skont l-applikazzjoni pendenti bin-numru PA 3632/09 li ġiet preżentata wara l-ħruġ tal-permess outline numru PA 2435/97 datat 20 t’Awissu 2008. Illi dan il-permess ta’ żvilupp fi stadju ta’ outline huwa ghall-żvilupp komprensiv ta’ diversi blokki medium rise għall-użu ta’ appartamenti. Illi l-applikazzjoni PA 3632/09 hija ntiża li ssegwi dan l-permess outline billi jridu jiġu meqjusa dawk il-kundizzjonijijet elenkati fl-istess permess outline.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – attenzjoni fuq iż-Żona tax-Xemxija
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-telqa li hemm prattikament fiż-żoni kollha tax-Xemxija jiġu mogħtija l-attenzjoni xierqa mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u dan wara li xhur ilu kont ġbidt l-attenzjoni għalihom, li però l-Kunsill naqas li jħares l-obbligi tiegħu fl-interess tar-residenti u baqa’ ma ħax azzjoni fuq il-maġġor parti tal-każijiet li kont ressaqt?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li minħabba diversi ċirkostanzi li l-Kunsill ma kellux kontrol fuqhom, ma kienx possibbli li l-ħsarat li tħallew jinġemgħaw għal bosta snin jittranġaw fi ftit ¿mien.
Il-Kunsill għadu kif impjega persuna speċiċfikament għal xogħlijiet simili kif ukoll fil-ġranet li ġejjin mistenni jiġi ffirmat kuntratt relattat ma’ tender ġdid li għadu kif ingħata.
Żona tal-Mistra Village – azzjoni biex titneħħa t-telqa u l-periklu
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu l-passi meħtieġa u tinforma lis-sidien tas-sit li qabel kienet il-Mistra Village sabiex jieħdu azzjoni sabiex it-telqa u l-periklu li hemm fuq l-imsemmi sit, tiġi rranġata/rimedjati mill-aktar fis?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li fuq dan is-sit speċifiku l-Awtorità tal-Ippjanar ġa ħarġet avviż ta’ infurzar minħabba ħsara lill-ġmiel jew siwi taż-żona u dan taħt id-disposizzjonijiet tal-Artiklu 99(1) tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Madankollu infurmat li fuq dan l-avviż hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Sadanittant tlabt ukoll lill-Awtorita’ għal-Bini u Kostruzzjoni sabiex tinvestiga l-każ min-naħa tagħha wkoll.
Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – siti ta’ kostruzzjoni — ċnut
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tinforma lis-sidien tas-siti ta’ kostruzzjoni abbandunati/mhux kompluti li hemm fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata) u San Pawl il-Baħar (Qawra, Buġibba u Xemxija) sabiex isirulhom iċ-ċnut u dan sabiex jiġu evitati perikli u inkonvenjent bla bżonn lir-residenti li joqogħdu biswit tali siti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ispjega li tajtu bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 22545. Ninfurmah ukoll li ġbidt l-attenzjoni tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni dwar iż-żoni msemmija fil-mistoqsija biex din l-Awtorità tieħu l-azzjonijiet meħtieġa.
Infrastructure Malta — Triq is-Salina – xogħol – diskrepanzi fil-livell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fuq ix-xogħol li kien għaddej minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta instabux diskrepanzi fil-livelli li fuqhom kien qed jaħdem il-kuntrattur?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Infrastructure Malta qed twettaq ukoll proġetti ewlenin oħrajn bħal Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project, fir-roundabout tal-Ajruport, il-Gudja, il-proġett ta’ Triq Għeriexem, ir-Rabat, Central Link Project, bejn Ħ’Attard u l-Imrieħel u Grand Harbour Clean Air Project, l-investiment ta’ madwar €50 miljun li se jwassal għal tnaqqis ta’ 90 fil-mija mit-tniġġis tal-arja tal-vapuri għal aktar minn 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir.
L-aġenzija ħadet f’idejha wkoll proġetti li kien ilhom fuq l-ixkaffa ħafna snin, iżda baqgħu ma sarux. Fost dawn hemm il-proġett fis-Salina li qed issir referenza għalih, u li qed jibdel ¿ona li tħalliet mitluqa żmien twil fi ġnien żgħir, b’għadd ta’ siġar ġodda, bankijiet u għamara oħra tal-ġonna, u bi spazji ta’ parkeġġ għal dawk li jgħixu fil-qrib jew iżuru dawn l-inħawi. Il-proġett qed jitwettaq ukoll taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minhabba s-sensittivita storika taż-żona. Ix-xogħlijiet kellhom jieqfu bla mistenni fix-xhur li għaddew minħabba diffikultajiet tekniċi li l-aġenzija, il-periti tagħha u l-kuntratturi ma’ kellhom l-ebda kontroll fuqhom. Il-proġett mistenni jkun lest, inkluż it-tħawwil tas-siġar u pjanti oħra biex din iż-żona tkompli tissebbaħ, fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.
Rigward il-livelli tat-toroq, huma determinati u rregolati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Għalhekk, din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta x-xogħol li qed isir minn Infrastructure Malta fil-bidu ta’ Triq is-Salina viċin ir-roundabout li tagħti għal Triq il-Kosta liema xogħol issa ilu li nbeda għal numru ta’ xhur li iżda baqa’ ma’ tlestiex?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għal risposta tal-mistoqsija parlamentari 22566 tal-istess Seduta.