Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xemxija — Mistra Village – kumpless turistiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jieħdu jew ħadu l-pulizija għall-periklu u l-inkonvenjent li qed joħloq lir-residenti s-sit abbandunat taż-żona ta’ fejn qabel kien hemm il-kumpless turistiku tal-Mistra Village fix-Xemxija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jipprovdi aktar informazzjoni dwar liema tip ta’ inkonvenjent qed jirreferi.

Kummissjoni Ewropea – country report dwar l-andament soċjo-ekonomiku ta’ Malta

Question

Peress li f'Ġunju li għadda l-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-country report dwar l-andament soċjoekonomiku ta' Malta, fejn fih qalet li jinħass nuqqas kbir ta’ ħaddiema f' Malta u l-ispariġġ fil-ħiliet huma sinifikanti fis-setturi kollha, għaldaqstant jista’ l-Ministru jindika x’miżuri ser jittieħdu sabiex dan jiġi indirizzat ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa – Triq il-Marfa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha kif approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq l-applikazzjonijiet: PA/08852/17 ; PA/00319/19 ; PA/00306/19 ; PA/00898/20 u PA/04715/20 relatati ma’ xogħlijiet li jinsabu għaddejjin jew li diġà tlestew viċin l-Għajn tal-Mellieħa fiż-żona ta’ Triq il-Marfa fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar PA 08852/17 u PA 00898/20 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ PA 00319/19 u PA 00306/19 ġejt infurmat li dawn ġew irtirati u PA 04715/20 għadha fil-proċess t’evalwazzjoni.

Mellieħa – Teatru Grieg fi Ġnien il-Qigħan

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u Care Malta Ltd minn Jannar 2019 u Ottubru 2022 dwar it-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan fil-Mellieħa biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieha illi bejn l-istess Kunsill Lokali u Care Malta Ltd kien hemm diversi korrispondenzi fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant rigwardanti t-Teatru Grieg li jinsab fi Ġnien il-Qigħan fil-Mellieħa biswit Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Infurmat wkoll li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għamel Protest Ġudizzjarju fil-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-istess kumpanija dwar it-twaqqif tal-fence biex ingħalqet il-parti t’isfel tal-ġnien, kif ukoll fuq il-ħsara li saret fis-sistema tad-dwal.

Koperattivi – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajjiżna u li dawn għadhom ma ġewx mogħtija minkejja li ilhom snin imwiegħda? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu l-ammont u meta mistennija li dawn jingħataw?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Il-Ministru jikkonferma li m’hemmx forma ta’ fondi allokati għall-koperattivi f’pajji¿na li dawn għadhom ma’ ġewx mogħtija, wara li dawn ġew imwiegħda. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li skont l-Att dwar Soċjetajiet Koperattivi Kapitlu 442 (Artiklu 91.3) kull soċjetà koperattiva għandha tikkontribwixxi ħamsa fil-mija tar-residwu li jibqa’ mill-attivitajiet, ħidma, investimenti u kull sors ieħor tagħha fi tmiem kull perjodu ta’ kontijiet lill-Fond Ċentrali. Dan huma fondi pubbliċi li jiġu amministrati skond ir-Regolamenti dwar il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi (S.L. 442.03).

ERA — rapporti

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li setgħet għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u li kienu relatati mal-applikazzjonijiet: PA/08852/17, PA/00319/19, PA/00306/19, PA/00898/20 u PA/04715/20, liema applikazzjonijiet daħlu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li huma relatati ma’ xogħlijiet viċin l-Għajn tal-Mellieħa fil-limiti ta’ Triq il-Marfa fil-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għamlet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi b’rabta mal-applikazzjonijiet imsemmija.

Għassa tal-Qawra – rapporti li seħħew fil-Lokalità tal-Mellieħa/Manikata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-Għassa tal-Qawra fuq reati varji li seħħew fil-lokalità tal-Mellieħa u l-Manikata bejn Jannar 2020 u Mejju 2022? Jista’ jindika x’tip ta’ rapporti saru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati crime reports) li ġew irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija għall-Mellieħa u l-Manikata, li tagħmel parti mill-Mellieħa, mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Mejju 2022, kien kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Din tinkludi t-tip ta’ reat kif mitlub mill-Onorevoli Membru. Type of Crime 2020 2021 2022 Total ABANDON OF CHILD 0 1 0 1 ILL TREATMENT NEGLIGENCE OF CHILD UNDER 12 0 1 0 1 ARSON 1 0 0 1 PRIVATE BUILDINGS 1 0 0 1 ATTEMPTED OFFENCES 5 6 1 12 BODILY HARM WITH ARMS IMPROPER 0 0 1 1 HOMICIDE - WILFUL 0 1 0 1 THEFT - FARMS/FIELDS 1 2 0 3 THEFT - FROM VEHICLE 0 1 0 1 THEFT - HOTELS 1 0 0 1 THEFT - OTHER 2 0 0 2 THEFT - RESIDENCE 1 2 0 3 BODILY HARM 13 9 3 25 GBH BY PHYSICAL FORCE 2 1 0 3 GBH WITH ARMS IMPROPER 1 2 2 5 SBH BY PHYSICAL FORCE 9 4 1 14 SBH WITH ARMS IMPROPER 1 2 0 3 COMPUTER MISUSE 7 3 9 19 UNAUTHORISED ACCESS 6 3 8 17 UNAUTHORISED COPYING OF DATA 1 0 1 2 DAMAGE 107 135 46 288 INV DAMAGE BY HIT AND RUN 68 81 33 182 INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER 10 12 4 26 INVOLUNTARY DAMAGE BY PAINT 0 1 0 1 INVOLUNTARY DAMAGE BY SHOT 0 1 0 1 WILFUL DAMAGE BY OTHER 26 34 8 68 WILFUL DAMAGE BY PAINT 2 3 0 5 WILFUL DAMAGE HIT AND RUN 1 3 1 5 DOMESTIC VIOLENCE 30 33 11 74 GBH WITH ARMS IMPROPER 0 0 1 1 GBH WITH PHYSICAL FORCE 0 1 0 1 PSYCHOLOGICAL HARM 20 21 7 48 SBH WITH PHYSICAL FORCE 9 11 3 23 STALKING 1 0 0 1 DRUGS 2 5 2 9 IMPORTATION 0 2 0 2 POSS WITH INTENT TO SUPPLY 0 1 0 1 POSSESSION 2 0 2 4 TRAFFICKING 0 2 0 2 FRAUD 15 48 11 74 CUSTOMS ORDINANCE 0 0 1 1 FRAUDULENT GAINS 14 47 10 71 MISAPPROPRIATION 1 1 0 2 HOMICIDE 0 1 0 1 WILFUL 0 1 0 1 IMMIGRATION 0 1 0 1 OTHERS 0 1 0 1 MONEY LAUNDERING 1 0 0 1 (blank) 1 0 0 1 PORNOGRAPHY 0 2 0 2 ADULT RELATED 0 1 0 1 CHILD RELATED 0 1 0 1 PRETENDED RIGHTS 10 14 5 29 (blank) 10 14 5 29 SEXUAL OFFENCE 2 1 1 4 INDECENT EXPOSURE 1 0 0 1 RAPE 1 0 0 1 SEXUAL ACTIVITY WITH MINORS 0 1 0 1 VIOLENT INDECENT ASSAULT 0 0 1 1 THEFT 104 80 23 207 BAR RESTAURANT CUSTOMERS 0 0 1 1 BAR RESTAURANT - CUSTOMERS 2 1 0 3 BAR RESTAURANT - EMPLOYEES 1 0 0 1 BAR RESTAURANT - PREMISES 0 3 1 4 BUILDING SITES 3 1 2 6 FARMS AND FIELDS 6 5 2 13 GOVERNMENT BUILDINGS 1 0 0 1 HOTEL - CUSTOMERS 4 5 1 10 HOTEL - EMPLOYEES 1 0 0 1 HOTEL - PREMISES 3 0 1 4 OTHER THEFT 9 4 2 15 PICK-POCKETING 10 4 3 17 RELIGIOUS TEMPLES - PREMISES 1 0 0 1 RESIDENCE - EXTERIOR 3 0 0 3 RESIDENCE - OCCUPIED 12 10 2 24 RESIDENCE - VACANT 1 1 0 2 RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS 1 1 0 2 RETAIL OUTLETS - PREMISES 4 2 0 6 SNATCH AND GRAB 0 1 0 1 STREETS AND PUBLIC AREAS 3 1 1 5 THEFT FROM BEACHES 16 23 0 39 THEFT FROM SEACRAFT 0 2 0 2 THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR 7 8 1 16 THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR 15 7 3 25 THEFT OF VEHICLE 1 1 3 5 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 6 3 4 13 BLACKMAIL 3 0 3 6 HARASSMENT 3 3 1 7 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 1 0 1 2 1 0 1 2 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 2 4 1 7 RESISTING 0 1 0 1 REVILED AND THREATENED 2 2 1 5 VIOLENCE AGAINST 0 1 0 1 Grand Total 306 346 118 770

Għassa tal-Qawra – rapporti li seħħew fil-Lokalità tal-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti fl-Għassa tal-Qawra fuq reati kriminali varji li seħħew fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (tinkludi wkoll Xemxija, Qawra u Buġibba) bejn Jannar 2020 u Mejju 2022? Jista’ jindika x’tip ta’ rapporti saru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-pulizija fl-għassa tal-Qawra li jkopru wkoll il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, Xemxija, Qawra u Buġibba, bejn l-ewwel ta’ Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Mejju 2022 huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt li tinkludi wkoll it-tipi ta’ reati. Kategorija 2020 2021 2022 Sa Mejju Total Abbandun ta’ tfal 4 2 0 6 Ħruq 6 0 0 6 Attentat ta’ offiżi 29 25 6 60 Bigamija 0 0 1 1 Feriti fuq il-persuna 84 68 31 183 Użu ħażin tal-kompjuter 13 18 15 46 Reati kontra l-paċi pubblika 1 0 0 1 Ħsarat 377 407 203 987 Vjolenza domestika 93 124 34 251 Reati ta’ drogi 13 40 1 54 Falsifikazzjoni 4 6 0 10 Frodi 38 166 41 245 Omiċidju 1 0 0 1 Reati ta’ Immigrazzjoni 5 2 0 7 Ħasil ta’ flus 0 5 0 5 Pornografija 1 6 0 7 Eżerċizzju arbitrarju ta’ pretensjonijiet 22 39 12 73 Prostituzzjoni 0 0 2 2 Offi¿i sesswali 5 15 9 29 Serq 423 382 135 940 Theddid u vjolenza privata 26 27 11 64 Traffikar ta’ nies 0 0 2 2 Access f’żona mingħajr awtorità 0 3 0 3 Vjolenza kontra uiffiċjal pubbliku 10 10 3 23 Total 1155 1345 506 3006

Mellieħa: Triq il-Marfa – xogħol biswit l-Għajn tal-Mellieħa

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk sarux spezzjonijiet (u x’passi ttieħdu) minn uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq xogħol li għaddej bħalissa biswit l-Għajn tal-Mellieħa fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa, liema xogħol jindika li mhux isir skont kif mitlub għal dik iż-żona partikolari? (Ritratti jinsabu annessi ma’ din il-mistoqsija).

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol li għaddej fi Triq il-Marfa hu kopert b’road works permit biex jissewwa ħajt mat-triq li kien fil-periklu li jaqa'. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) ikkordinat mal-Awtorità tal-Ippjanar u ngħataw istruzzjonjiet biex jitnaddaf kull materjal li seta' waqa' fil-wied. L-ERA spezzjonat s-sit darbtejn fl-20 u l-21 t’ Ġunju fejn ġie nnotat illi l-materjal li deher jaqa fil-wied biswit it-triq fuq filmat li ċċirkola fuq l-media soċjali fl-20 ta’ Ġunju, ġie mneħħi.

Mellieħa: Triq il-Marfa – xogħol biswit l-Għajn tal-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet (u x’passi ttieħdu) minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej bħalissa biswit l-Għajn tal-Mellieħa fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa, liema xogħol jindika li mhux isir skont kif mitlub għal dik iż-żona partikolari? (Ritratti jinsabu annessi ma’ din il-mistoqsija)

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet inkwistjoni relatati mat-triq, huma koperti bil-permess għat-toroq RWP1-1178/22. Għaldaqstant, min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar, dawn huma meqjusa li jikklassifikaw taħt żvilupp permessibbli skont Klassi 3 ta’ Notifikazzjoni dwar Żvilupp, A.L.211 tal-2016. Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar ikkonsultat mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar il-passi li jeħtieġ jittieħdu.

Il-Mellieħa – Bini ta’ appartamenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jindika f’liema żona fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew appartamenti ġodda? Kemm hu n-numru ta’ dawn l-appartamenti u meta mistennija li dawn ikunu lesti biex familji/individwi jabitaw fihom?

Response (GALDES, RODERICK)

It-tagħrif mitlub se jingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — Ċimiterji – tindif u manutenzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu responsabbli għat-tindif u manutenzjoni taż-żewġ Ċimiterji tal-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-uffiċċju Regolatorju għad-Dfin fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fil-Ministeru għas-Saħħa hu responsabbli għat-tindif u manutenzjoni taċ-ċimiterju Sultana tal-Vitorji u taċ-ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa.

Mellieħa — Ċimiterju Sultana tal-Vittorji – permess għal użu ta’ kimika jew trattamenti kontra insetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk fl-aħħar xhur kienx hemm permessi lil terzi, mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, sabiex dawn jużaw kimika jew trattament ieħor kontra tipi ta’ insetti fiċ-Ċimiterju Sultana tal-Vittorji fil-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ebda talba jew awtorizzazjoni ma intalbet jew ingħatat lil terzi persuni sabiex jagħmlu trattament kimiku għal kontra tipi ta’ insetti fic-cimiterju Sultana tal-Vitorji f’dawn l-aħħar xhur. Meta jkun hemm bżonn isir trattament għal ġrieden u wirdien mis-sezzjoni tal-Pest Control tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dejjem fuq talba mill-Uffiċċju regolatorju għad-Dfin.

Tmexxija ta’ ċimiterji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li t-tmexxija ta’ numru ta’ ċimiterji f’pajjiżna tgħaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern f’dan il-mument mhux qed jikkunsidra li t-tmexxija taċ- ċimiterji jgħaddi f’idejn il-Kunsilli Lokali.

CPCM – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti u li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina (CPCM)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm madwar 226 applikazzjoni pendenti li qed jistennew li jiġu pproċessati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina.

Manikata, Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales — ilma għat-tisqija tal-ħxejjex

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta ser ikun qed isir l-investiment adegwat fiż-żoni tal-Manikata, il-Miżieb, l-Imbordin u l-Pwales sabiex il-bdiewa ta’ dawn iż-żoni jkollhom ilma biżżejjed sabiex isaqqu l-ħxejjex tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żoni indikati għaddej diġà proġett b’investiment ta’ kważi sitt miljun ewro biex inkabbru u nsaħħu n-network tan-New Water fl-inħawi indikati. Dan in-network ġdid mistenni jkun lest sas-sena d-dieħla.
Leg 14 PQ #685 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR (Partit Nazzjonalista)

Il-Mellieħa – Skola primarja — estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/pjanti approvati dwar l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa filwaqt li jindika meta mistenni jibda u jintemm ix-xogħol fuq is-sit indikat?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti għadhom fi proċess ta’ applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar skont applikazzjoni b’numru ta’ referenza: PA/02255/18.
Leg 14 PQ #686 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR (Partit Nazzjonalista)

Proposti mressqa mal-estensjoni tal-Iskola tal-Mellieħa

Question

Wara diversi laqgħat li kelli mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) bħala Deputat li ġej mil-lokalità tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fl-aħħar sitt snin itteħdux inkonsiderazzjoni l-proposti li ressaqt b’rabta mal-estensjoni tal-iskola tal-Mellieħa li jinkludu, fost l-oħrajn, il-kobor/użu tal-parkeġġ kif ukoll il-post fejn għandha ssir is-sala ewlenija, liema sala tkun tista’ tintuża wkoll mill-komunità Mellieħija, xi ħaġa li dejjem seħħet fil-Mellieħa għal dawn l-aħħar 30 sena u aktar?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm il-Ministeru, kif ukoll il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, dejjem jieħdu inkonsiderazzjoni l-proposti li jitressqu quddiemhom b’rabta ma’ titjib fis-sistema edukattiva. Minkejja dan, ninfurmah li l-proposta tiegħu dwar il-parkeġġ fl-iskola tal-Mellieħa, fejn dan ikun mifrux fuq sitt sulari u li ssir mina li tiżbokka fi Triq il-Kbira, mhijiex vijabbli. Ninfurmah ukoll li l-aċċessibbiltà għall-użu tas-sala wara l-ħinijiet tal-iskola, se tkun possibbli.
Leg 14 PQ #687 Sitting 11 2022-05-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR (Partit Nazzjonalista)

Il-Mellieħa – estensjoni tal-iskola primarja – permessi għall-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi/pjanti approvati b’rabta mal-parkeġġ li mistenni jinbena bħala parti mill-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti għadhom fi proċess ta’ applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar skont applikazzjoni b’numru ta’ referenza: PA/02255/18.