Gżejjer ta’ San Pawl - Sistema tad-dawl - Manutenzjonijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk hux possibbli li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq is-sistema tad-dawl fuq il-gżejjer ta’ San Pawl li jaqgħu taħt il-konfini tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu, sabiex dan il-post, li huwa ta’ importanza storika u reliġjuża u li għandu valur turistiku notevoli, inkluż għal turiżmu reliġjuż jerġa’ jiġi gawdut ukoll filgħaxija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mellieħa - Bajjiet ta’ Little Armier, Armier u l-Imġiebaħ - Applikazzjonijiet għall-Blue Flag
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk il-Gvern, permezz tal-Awtorità tat-Turiżmu, hux qed jikkunsidra li japplika għall-Blue Flag fuq il-bajjiet ta’ Little Armier, Armier u l-Imġiebaħ fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tkun dejjem tikkunsidra lokalitajiet ġodda, dawn il-bajjiet imsemmija fil-mistoqsija m’humiex qed jiġu kkunsidrati f’dan l-istadju.
Il-Mellieħa – Skola Primarja - Containers li ser iservu bħala klassijiet - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31619 u jgħid kemm ġiet in-nefqa totali sabiex tpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fis-sit li qabel kien il-Park tal-Familja fil-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Sabiex jiġi evitat kull ekwikovu, nitlob lill-Onor. Interpellant jikkonferma jekk hux qed jirreferi għall-prefabricated classrooms.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31618 u jgħid meta ser jitlesta x-xogħol fuq il-bini tal-iskola primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir it-tqattiegħ tal-blat. Infurmat ukoll li għaddej il-proċess tal-evalwazzjoni sabiex ix-xogħlijiet li jikkonċerna l-bini tal-iskola msemmija jibdew fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31617 u jgħid għaliex l-apparat li kien jintuża bħala open air gym fis-sit tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa, inqala’ u ntefa’ gozz wara container?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li wara diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali, l-Open Air Gym mistenni jiġi rilokat fiż-żmien li ġej.
Il-Mellieħa – Park tal-familja – Risk assessment report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31616 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessment report li sar fuq is-sit li qabel kien jintuża bħala Park tal-Familja fil-Mellieħa u li llum spiċċa b’art tal-konkos u li fuqha tpoġġew numru ta’ containers biex iservu bħala klassijiet għat-tfal tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Sabiex jiġi evitat kull ekwikovu, nitlob lill-Onor. Interpellant jikkonferma jekk iridx Risk Assessment marbut mal-ispazju fejn hemm il-prefabricated classrooms. Jekk fl-affermattiv, tali risk assessment ikun jista' jitqgħied fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa – Skola Primarja - Containers li ser iservu bħala klassijiet - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa totali sabiex tpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fis-sit li qabel kien il-Park tal-Familja fil-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-apparat li kien jintuża bħala open air gym fis-sit tal-Park tal-Familja fil-Mellieħa, inqala’ u ntefa’ gozz wara container?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Mellieħa – Park tal-familja – Risk assessment report
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risk assessment report li sar fuq is-sit li qabel kien jintuża bħala Park tal-Familja fil-Mellieħa u li llum spiċċa b’art tal-konkos u li fuqha tpoġġew numru ta’ containers biex iservu bħala klassijiet għat-tfal tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Eko kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26803 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jgħid kemm kien l-ammont miġbur f’eko kontribuzzjoni (b’mod separat) mil-lukandi u stabbilimenti oħra ta’ akkomodazzjoni fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar matul is-snin 2022 u 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kontribuzzjonijiet miġbura reġgħu ġew investiti lura (u b’liema mod) fl-istess żewġ lokalitajiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MTCA ma jkolliex data dwar ħlas ta’ eko-kontribuzzjonijiet maqsuma skont il-lokalità. Għaldaqstant din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27055 u jgħid kemm hu kbir kull container li ser ikun qed iservi bħala klassi u jgħid ukoll kull container kemm ser ikollu studenti fih?
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Post għall-containers li ser iservu bħala klassijiet – Studji u rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27056 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji (Studji / rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (inklużi dawk sanitarji) fl-interess tat-tfal, l-għalliema u l-ħaddiema kollha li ser ikunu qed iwettqu l-ħidma tagħhom fiż-żona fejn ser jitpoġġew il-containers u l-impatt tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona ta’ Braġ u l-Kortin) kollha li saru relatati mal-għażla tal-post (Park tal-Familja) ta’ fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet?
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27057 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li juru kemm ser tkun qed tiżdied il-popolazzjoni tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa għall-10 snin li ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Xogħol ta’ twaqqigħ u bini mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27058 u jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol tat-twaqqigħ tal-bini tal-Iskola Primarja eżistenti fil-Mellieħa u allura meta mistenni li jitlesta l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li x-xogħol ta’ skavar mistenni jibda’ fil-ġimgħat li ġejjin skont PA/2255/18.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27059 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport tal-periti fejn indikaw li l-lukanda Selmun Palace ma tistax tiġi rranġata biex tintuża temporanjament bħala skola sakemm jitlesta x-xogħol tat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lukanda ma tista’ qatt tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ skejjel moderni.
Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eko kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26802 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u jgħid kemm kien id-dħul annwali miġbur tal-eko kontribuzzjoni imposta fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni matul is-snin 2022 - 2024 f’Malta u Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 25807.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27049 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti finali kif imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti tal-bini tal-iskola primarja l-ġdida huma skont l-applikazzjoni mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Il-Mellieħa – Skola Primarja – Laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27050 u jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, mal-Kap tal-Iskola u mal-Kunsill Skolastiku fl-aħħar sentejn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-istess laqgħat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat saru u ser jibqgħu jsiru skont il-ħtieġa.
Il-Mellieħa – Bini ta’ Skola Primarja — Siti li ġew ikkunsidrati
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27051 u jindika liema kienu dawk il-postijiet/siti fil-lokalità tal-Mellieħa (bil-qisien preċiżi għal kull sit) li ġew ikkunsidrati fl-aħħar sentejn, sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati fihom l-istudenti sakemm l-Iskola Primarja tal-Mellieħa tkun qed tinbena mill-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant is-sit indikat huwa l-uniku wieħed idonju.