B’referenza għal kif kienu qabel it-toroq ta’ San Ġwann bis-saħħa tal-Kappara Junction, jista’ l-Ministru jara li anke t-toroq tal-lokalità ta’ Ta’ Xbiex jerġgħu jiġi lura kif kienu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazzoni relatati mal-proġett tal-Kappara mistennija jkunu lesti fil-ġimghat li ġejjin.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq cryptocurrencies? Jista’ jgħid jekk hemmx kumpaniji barranin jew lokali li diġà huma jaħdmu minn Malta, f’dan il-qasam?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-politika tal-Gvern hija fuq it-teknolojiga Distributed Ledger.
Fuq dan il-ħsieb il-Gvern ippublika dokument għal-konsultazzjoni li qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dan id-dokument jinsab ukoll online fuq http://opm.gov.mt/en/Documents/FSDEI%20-%20DLT%20Regulation%20Document.pdf
Ilum dan il-qasam mhux regolat u għaldaqstant klassifikazzjoni statistika ta’ dawn il-kumpaniji ma tistax tinġabar.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3515, jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-ingaġġ tal-assistant principals ma saritx bħalma saru tal-clerks u tal-executive officers?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fuq cryptocurrencies? Jista’ jgħid jekk hemmx kumpaniji barranin jew lokali li diġà huma jaħdmu minn Malta, f’dan il-qasam?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn dan l-istess każ kien ġie rrakommandat mill-Uffiċċju tal-Ombudsman minn Ottubru 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3309, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmel referenza għalihom u jgħid x’qed jipproponu? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-residenti ta’ din it-triq ġewx ikkonsultati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data tas-seduta fejn ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari numru 3309, ġew ikkuntatjati il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u tal-Msida u dawn infurmaw lil Transport Malta li jixtiequ li t-toroq jerġgħu jirritornaw għall-istat li kienu.
Ġaladarba l-proġett tal-Kappara tlesta, jista' l-Ministru jara li Triq Salvu Busuttil f'San Ġwann tirritorna għall-istat li kienet qabel ma beda l-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba l-proġett tal-Kappara jkun lest għal kollox, Transport Malta se tkun qed tiltaqa’ mal-kunsilli lokali kkonċernati li ġew affetwati mill-proġett sabiex jiġi onorat l-impenn li din it-triq terġa' tiġi kif kienet, u anke sabiex jiġi deċiż x’għandu jsir, minħabba li ċertu kunsilli wrew xewqa li jżommu l-istat attwali għal dak li jirrigwarda arranġamenti tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-file tal-individwu li d-dettalji dwaru kienu ngħataw separatament qed jiġi maħdum mill-uffiċjali tal-Uffiċċju Konġunt.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk huwiex in vigore, u jekk iva, fejn wasal?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat li l-file tal-persuni imsemmija qiegħed jiġi proċessat u l-applikazzjoni tagħhom għadha in vigore. L-ipproċessar wasal fi stadju avvanżat u appena jiġu finalizzati l-kumplament tal-proċessi meħtieġa mil-Unit taċ-ċittadinanza, l-applikanti jiġu nfurmati minnufih bl-eżitu tat-talba tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu t-timeline tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex? Jista’ jgħid min ser ikun qed jopera dan is-servizz u jekk dan hux ser jitlaq minn tas-Sliema? Jekk dan is-servizz ser jitlaq minn tas-Sliema, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi impact assessment tat-traffiku kif ukoll tat-tniġġis żejjed?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lil-Onor. Interpellant illi s-sejħa tal-concession ippublikata għall-fast ferry bejn Malta u Għawdex tagħlaq fil-31ta’ Jannar 2018. Wara dan il-perjodu il-bord t’evalwazzjoni għandu massimu ta’ 3 xhur sabiex jevalwa s-sejħiet li jkunu ntefgħu.
F’dan il-perjodu ma nistghux inkunu nafu min ser ikun qed jopera dan is-servizz għaliex is-sejħa għadha miftuħa.
Il-concession ippublikata hija għall-fast ferry bejn Il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex.
Skema ta' għotja lill-persuni li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2514 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-iskema ta' għotja ta' darba għal dawk li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979 u għamlu żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979, u ġew rrifjutati din l-għotja, u ġaladarba hemm nies li qed jidhru li kienu mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili kif muri fid-dettalji li qed jingħataw separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn baqgħu b'xejn? (Dan il-każ imsemmi lanqas qed jieħu pensjoni tat-teżor)
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma tissodisfax il-kriterji stipulati fl-iskema msemmija sabiex tibbenefika mill-għotja, għaliex ma’ jirriżultax illi kienet f’xi wieħed mill-korpi jew kienet qed tagħti servizz f’xi dipartiment tal-gvern qabel il-15 ta’ Jannar 1979. Is-Sinjur ħa l-ewwel ħatra uffiċjali fis-servizz pubbliku fl-1 ta’ April 1979.
Skema ta' għotja lill-persuni li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979
Question
B'referenza għall-iskema ta' għotja ta' darba għal dawk li daħlu fis-servizz pubbliku f'Jannar 1979 u għamlu żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979, u ġew rrifjutati din l-għotja, u ġaladarba hemm nies li qed jidhru li kienu mad-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili kif muri fid-dettalji li qed jingħataw separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li dawn baqgħu b'xejn? (Dan il-każ imsemmi lanqas qed jieħu pensjoni tat-teżor)
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Korp tal-Pulizija — Distrett ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara – vetturi tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-distrett li jkopri Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara, il-pulizija għandhom vettura waħda biss li taħdem? Jista’ jgħid kemm il-vetturi hemm bil-ħsara? X’passi se jittieħdu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi fid-distretti li jkopru Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara, li huma Distretti 6 u 6A, il-pulizija għandhom seba’ (7) vetturi minn tmienja li qegħdin jaħdmu. Dwar il-vettura li hemm bil-ħsara din tittranġa ġaladaba jaslu l-parts meħtieġa, u dan hu fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) hux se jiġi trasferit lejn il-faċilità tal-catering il-qadima, ġo Ħal Luqa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qegħdin fl-aħħar fażi ta’ diskussjonijiet ma’ Smart City dwar l-art fejn ser ikollna l-kampus tal-ITS. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed inħabbru dettalji dwar dan, kif ukoll l-istrateġija u l-pjan li ser naddottaw.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pulizija se jitħallsu tas-sahra li għamlu minn Jannar 2017 bħala tourist police?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-tourism police ma jitħallsux sahra iżda extra duty u din titħallas mill-Ministeru tat-Turiżmu. L-aħħar pagament li rċieva d-dipartiment kien din il-ġimgħa u l-ħlas qed jiġi proċessat bil-ħsieb li dan jiġi rifless fis-salarju tal-uffiċjali konċernati f’Novembru jew l-aktar tard fil-bidu ta’ Diċembru 2017.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1337 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jgħid kemm inġabret Eco Tax minn Malta u Għawdex bejn Ġunju 2016 u Mejju 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Eco Tax Miġbura bejn
Ġunju 2016 u Mejju 2017
Ġunju - Diċembru 2016€248,224.28
Jannar - Mejju 2017€1,123,538.69
TOTAL:€1,371,762.97
Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tender ta' art?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi fl-evalwazzjoni tat-talba in kwistjoni, l-Awtorità tal-Artijiet se tkun qed tieħu konjizzjoni tal-iskambju tal-korrispendenza li diġà kien hemm bejn id-Dipartiment u l-individwi dwar din l-istess talba.
Swieqi — Wied Għomor u Wied id-Dis - livell ta' protezzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 767 u jinforma lill-Kamra liema livell ta’ protezzjoni hemm għal Wied Għomor u Wied id-Dis fis-Swieqi? Hemm xi pjanijiet ta’ tibdil hekk kif qiegħda fin-North Harbour Local Plan? Dan qed jirrefletti fil-GeoServer? U jekk din hija ODZ, allura jista’ jgħid jekk dan kollu huwiex żball, u hemmx xi korrezzjoni fil-ġejjieni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li;
Wied Għomor, fil-limiti ta’ San Ġwann, San Ġiljan u s-Swieqi, kien skedat bħala Arja ta’ Importanza Ekologika u Sit ta’ Importanza Xjentifika b’partijiet bħala Livell 2 u oħrajn bħala ta’ Livell 3 u Żona ta’ Ilqugh ta’ Livell 4 kif ippubblikat fin-Notifka Tal-Gvern Numru 409 tal-1999 ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 1 ta’ Gunju 1999, aċċessibbli mis-sit elettroniku ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar kif indikat hawn:
http://www.pa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=%20181
Wied id-Dis, bejn il-Għarghur u s-Swieqi, kienu bdew l-istudji f’Marzu ta’ l-2010 għal eventwali proposta ta’ skedar wara konsultazzjonijiet meħtiega, imma dan ma’ setghax jitkompla mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar minħabba li l-uffiċċjali speċjalizzati fl-ekoloġija marru jaħdmu ma’ aġenziji oħra, kif ukoll wara ir-riviżjoni ta’ Att dwar l-Iżvilupp u l-Ippjanar, 2016 ir-responsabilta’ biex jiġi propost skedar ta’ siti naturali ġiet investita fl-Awtorita’ ghar-Riżorsi u l-Ambjent.
M'hemmx pjanijiet biex jiġi rivedut l-pjan lokali għal din iż-żona.