Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċimiterju tal-Addolorata — Oqbra

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess ta’ oqbra fl-Addolorata, speċjalment dawk li diġà ħalsu l-ewwel pagament? Jista’ jgħid jekk hemmx xi data biex dawn ikunu mogħtija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratt taċ-ċimiterju tal-Addolorata ġie iffirmat f’Ottobru, 2018. Il-kuntratt ikopri l-estensjoni ta’ 2,880 qabar, ir-restawr ta’ binjiet tal-Gvern fosthom il-kappella u l-operat taċ-ċimiterju. Ix-xoghol ta’ restawr diga beda’. L-oqbra kollha mistennija jkunu lesti fi żmien tlett snin.

Xogħlijiet f’binja

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta’ xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Buildng Regulations Office (BRO), l-ebda Organizazzjoni Governattiva fi ħdan il-Ministeru ghat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali m’għandha responsabbiltà għall-kwalità ta’ xogħol f’imkejjen privati. L-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini ħa nota tal-allegat inkonvenjent, ħsara u periklu.

Xogħlijiet f’binja

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-kwalità ta’ xogħol, l-inkonvenjenza, il-ħsara u l-periklu li jeżisti fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (DALLI, HELENA)

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) m’għandha l-ebda poter tinvestiga allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalita tax-xogħol, inkonvenjenzi u ħsara li setgħet saret fi propjeta ta’ terzi.
Leg 13 PQ #8485 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie miftiehem bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fit-Tnax-il Leġiżlatura (2013 – 2017) peress li dan kien sar minn Ministru ieħor imma ma kienx ġie mressaq il-Parlament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess dwar ir-riġenerazzjoni tal-peninsula tal-Bajja ta’ San Ġorġ għadu mhux konkluż. Id-dokumentazzjoni relevanti tiġi ppublikata aktar tard.
Leg 13 PQ #7250 Sitting 145 2018-10-17 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Titjiriet għal Lourdes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-titjiriet għal Lourdes użati l-iżjed mill-Maltin, żdiedux, naqsux jew baqgħux l-istess? Jekk żdiedu, meta u kif? Jekk naqsu, x’kienet ir-raġuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjiriet għal Lourdes żdiedu b’mod konsiderevoli. Dan is-sajf l-operat tat-titjiriet għal din id-destinazzjoni kien bi skeda, għal kuntrarju ta’ snin ta’ qabel fejn kien jitħaddem b’charter. Ġew operati 21 titjira bejn Malta u Lourdes – tnejn fil-ġimgħa. Dan ifisser 6 titjiriet aktar mill-istess perjodu s-sena l-oħra.
Leg 13 PQ #5432 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-tax — proġetti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5326 jista' l-Minsitru jgħid kemm inġabru flus mill-eco tax mill-bidu tagħha, sa Frar 2018? Jista' jgħid b'dawn il-flus xi proġetti saru? Jista' jgħid kemm minnhom inġabru miż-żona tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u n-naħa tal-Imtarfa? Jista' jgħid kemm minnhom intefqu f'dawn iż-żoni msemmija fit-tielet mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 13 PQ #5326 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-Tax — Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5168 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intefqu mill-miljuni li nġabru mill-eco tax? F’liema proġetti ntefqu? U kemm minn dawn il-flus intefqu fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal-liema sena qed jirreferi.

Xiri ta’ ċens – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara fejn wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xiri ta’ ċens?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-applikanta kienet infurmata fid-19 ta’ Ottubru 2016 li l-iskema ta’ fidi ta’ ċens kienet magħluqa u għalhekk ma setgħatx tifdi dan il-fond. Peress li l-konċessjoni enfitewtika skadiet fit-30 ta’ Ġunju 2013, it-titolu ġie maqlub għal wieħed ta’ kera tenut kont li l-proprjetà tintuża bħalha residenza ordinarja fis-17 ta’ Marzu 2017.
Leg 13 PQ #5167 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – refunds, ħlasijiet żejda tal-crew, leasing hotel u ikel mogħti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew komplessivament ir-refunds, il-ħlasijiet żejda ta’ crew, il-leasing hotel u l-ikel mogħti fix-xhur ta’ Frar u Marzu 2018 fl-Airmalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4998, u ninfurmah li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Leg 13 PQ #5168 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Eco-tax — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu mill-miljuni li nġabru mill-eco tax? F’liema proġetti ntefqu? U kemm minn dawn il-flus intefqu fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Ministru konċernat biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #5169 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – ajruplani leased

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Airmalta għandha 4 ajruplani leased? Jista’ jgħid jekk dan huwiex dry jew wet lease? Jista’ jgħid minn liema kumpanija ġew leased u x’xogħol kellu jsir jew għadu qed isir fuq dawn l-ajruplani? Jekk hemm 4 ajruplani, jista’ jgħid jekk hemmx xi ajruplan tal-Airmalta li għandu ħsara fit-tul?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flotta tal-Air Malta hija mikrija kollha - 8 ajruplani li huma fuq long term dry leases filwaqt li 2 qiegħdin fuq short term wet leases. Il- long term leases preżenti ilhom mikrija mingħand Aircraft Lessor rinomat għal dawn l-aħħar 14-il sena, waqt li 2 ajruplani ġodda long term dry leases ġew mikrija mingħand Aircraft Lessor, kumpanija oħra rinomata f’dan il-qasam u dawn ser jaslu Malta dalwaqt. Qabel ma ajruplan jingħaqad mal-flotta jkun hemm bżonn li jsirulu checks fuq manutenzjoni kif ukoll isir configuration fuq KM specification fuq cabin u external live ry .

Proġett tal-Kappara — L-Imsida - Triq Rue d'Argens - ċitazzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5016, u b'referenza għat-triq msemmija li hija Triq Rue D'Argens, l-Imsida, jista' issa l-Ministru jara għaliex, għalkemm il-Proġett tal-Kappara tlesta, u kontra l-qbil li kien hemm mal-Kunsill, il-pulizija xorta ntbagħtet biex tħarrek il-vetturi pparkjati? Jista’ l-Ministru jreġġa’ lura dawk it-tabelli li jgħidu li jibdew fis-6 ta’ filgħodu, u jiġu kkanċellati ċ-ċitazzjonijiet mogħtija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala Ministru tat-Trasport m’għandix il-poter naħfer kontravenzjonijiet tal-Pulizija. Ngħid ukoll li minħabba s-suċċess tal-progett tal-Kappara, żdiedet il-pressjoni fuq Rue D’Argens bil-konsegwenza li t-traffiku beda jeħel sew minħabba li l-parkeġġi jirriduċu t-triq f’karreġġata waħda. Għaldaqstant, Transport Malta leħqet kompromess billi neħħiet il-parkeġġ fir-rush hour filwaqt li ħalliet dan l-istess parkeġġ jaħdem mis-6 ta’ filghaxija u tul il-lejl kollu biex jintuża mir-residenti ta’ l-inħawi.
Leg 13 PQ #5250 Sitting 100 2018-04-16 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Gwidi liċenzjati bla tag

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ir-raġuni għalfejn il-gwidi liċenzjati, ilhom minn Diċembru bla tag? Jista’ jgħid għalfejn iridu jmorru l-Kalkara għat-tag, b’telf ta’ ġurnata xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li t-tag li qed jirreferiha għaliha l-Onor. Interpellant, huwa dokument uffiċċjali tal-identita’ għall-gwidi maħruġ mill-istess Awtorita’ hekk kif stipulat mill-liġi. Il-gwidi ġew infurmati li l-validita’ tad-dokument ta’ identifikazzjoni ġiet estiża sakemm id-dokument il-ġdid jiġi pprovdut. Dwar il-ġbir tad-dokument, ġejt infurmat li l-gwidi ingħataw tlett alternattivi b’ħinijiet estiżi: 1. It-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa mit-0830 sal-1630 mill-Uffiċju tal-Awtorità ġewwa Smart City, l-Kalkara; 2. Il-Ħamis mit-0800 sal-1600 fl-Uffiċju tal-Business First ġewwa l-Imrieħel; kif ukoll 3. Il-possibilta’ li l-gwida j/tibgħat lil xi ħadd għan-nom tiegħu/ha billi jipprovdi awtoriżżazzjoni bil-miktub.

San Ġiljan – Triq San Ġorġ – bus stop bla shelter

Question

Jista’ l-Ministru jneħħi bus stop li hemm fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan li jinsab bla shelter peress li hemm bus stop bix-shelter Spinola u bus stop ieħor bix-shelter Pender li lanqas hemm 85 metru bogħod?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment.
Leg 13 PQ #4998 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – delays

Question

Fid-dawl tad-delays li kellha l-Airmalta, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier ġie affetwat f’dawn l-aħħar tmint ijiem? Jista’ jgħid xi spejjeż totali ġarrbet l-Airmalta? Jista’ l-Ministru jelenka t-titjiriet kollha minn u lejn Malta li ġew affettwati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Din is-sena l-Air Malta imbarkat bi skeda ambizzjuża fejn se topera 18,230 titjira, operazzjoni kumplessa b'madwar 250 titjira fil-ġimgħa. Biex topera din l-iskeda, li matul is-sena li għaddiet rat total ta 14-il destinazzjoni addizzjonali u 3 rotot intra-Ewropej, il-linja tal-ajru għamlet arranġamenti biex ikollha żewġ ajruplani addizzjonali biex tingħaqad mal-flotta tagħha u żżid il-kapaċità tagħha. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri li kienu affetwati b’ delays fuq it-tijiriet tal-Air Malta ngħataw l-għajnuna kollha meħtieġa, fosthom akkomodazzjoni fejn kien hemm meħtieġ, kif ukoll ser jingħataw il-kumpens skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza ta’ dawn id-delays saru minħabba ħsarat tekniċi li ġġarbu minn ajruplan li kien wet-leased minħabba li d-9 ajruplan ġie delayed mis- supplier .

Proġett tal-Kappara — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara għaliex, għalkemm il-Proġett tal-Kappara tlesta, u kontra l-qbil li kien hemm mal-Kunsill, il-pulizija xorta ntbagħtet biex tħarrek il-vetturi pparkjati? Jista’ l-Ministru jreġġa’ lura dawk it-tabelli li jgħidu li jibdew fis-6 ta’ filgħodu, u jiġu kkanċellati ċ-ċitazzjonijiet mogħtija?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika l-lokalità u l-ismijiet tat-toroq li għalihom qed issir referenza sabiex tkun tista' tingħata t-tweġiba meħtieġa.

Ċimiterju ta’ Ħal Għargħur – tiswija ta’ bir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4481 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura rċieva lment li meta tagħmel ix-xita, qed jidħol ilma f’garaxxijiet li qegħdin taħt l-art fi blokk ta’ appartamenti fi Sqaq il-Ħofra, possibilment minn ġibjun li għandu l-bokka tiegħu fi Triq San Ġwann. Id-Dipartiment qiegħed jinvestiga biex jistabbilixxi jekk l-ilma li qed jidħol f’dawn il-garaxxijiet hux ġej minn dan il-ġibjun jew minn xi sorsi oħra prezentament mhux magħrufa.

San Ġiljan – Triq San Ġorġ – bus stop bla shelter

Question

Jista’ l-Ministru jneħħi bus stop li hemm fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan li jinsab bla shelter peress li hemm bus stop bix-shelter Spinola u bus stop ieħor bix-shelter Pender li lanqas hemm 85 metru bogħod?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra

Ċimiterju ta’ Ħal Għargħur – tiswija ta’ bir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4481 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra

Ċimiterju ta’ Ħal Għargħur – tiswija ta’ bir

Question

Peress li taħt iċ-ċimiterju ta’ Ħal Għargħur, hemm bir, li wara li tagħmel ix-xita, jagħmel l-ilma u jidħol fi blokka appartamenti ġo sqaq il-ħofra, bil-periklu ta’ ilma li jidħol fil-lifts u fil-garaxxijiet u jkun ta’ inkonvenjent kbir għar-residenti, jista’ l-Ministru jara li dan il-bir jissewwa ġaladarba s-sid ta’ dan il-bir huwa l-Gvern?

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-bir imsemmi fil-Mistoqsija mhuwiex proprjetà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.