Peress li għal darb’oħra, il-qrati waqfu ftehim mat-Transport Malta u l-operatur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk jidhirlux li Transport Malta ħadmet b’mod inġust u għalhekk ir-riżenja taċ-Chairman hija f’postha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ għadu pendenti quddiem il-qorti u għaldaqstant ma jistax u għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwaru. Madankollu l-ebda allegazzjoni ma hi marbuta mac-Chairman u jew l-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni tal-Comino Ferries?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Transport, is-sejħa kienet miftuħa għal kulħadd. Kien hemm offerta waħda biss u din kienet tissodisfa l-kriterji mitluba mis-sejħa skond il-proċeduri stabbiliti. Wara li l-Awtorità ppublikat avviż tal-port fejn tħabbar is-servizz il-ġdid, numru ta’ operaturi ilmentaw u għamlu għadd t’azzjonijiet biex iwaqqfu lis-servizz milli jopera.
Filwaqt li l-kwistjoni hija pendenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja u għaldaqstant ikun prematur li wieħed jikkummenta f’dan l-istadju, ta’ min jinnota li m’hemm l-ebda allegazzjoni ta’ għaġir mhux xieraq miċ-Ċermen tal-Awtorità.
Ta’ min jinnota wkoll li wara li numru t’operaturi oġġezzjonaw għas-servizz, l-Awtorità laqqgħet numru ta’ laqgħat biex jiġu ċċarati xi diffikultajiet li seta’ kien hemm. Transport Malta ipposponiet il-bidu tas-servizz biex tipprova tindirizza d-diffikultajiet li għandhom l-operaturi l-oħra.
Il-Qorti, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, ħeġġet sabiex ikomplu dawn id-diskussjonijet u tat żmien sa nhar l-Erbgħa biex imbagħad tieħu deċiżjoni.
Provision of Scheduled Passenger Ferry Service between Malta and Comino – selection processed
Question
Jista’ l-Prim Ministru jispjega jekk hux se tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi assigurat li s-selection process għall-Provision of Scheduled passenger ferry service between Malta and Comino jkun fil-fatt trasparenti u dan ir-Request for proposals TM RFP001/2019 jiġi rivedut qabel ma jiġi ffirmat l-agreement mal-preferred bidder propju ftit ġranet oħra u ċjoè fil-25 ta’ Jannar 2020? In vista li dan it-tender joħloq monopolju assolut ta’ 15-il sena u se jiġu affetwati negattivament madwar 40 Operatur, jista’ jara li tittieħed azzjoni issa qabel dan l-agreement ma jiġi ffirmat mal-preferred bidder u in vista tal-fatt li appell kontra dan is-selection board jista’ jsir biss bi prohibitive premium ta’ €75,000?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Provision of Scheduled Passenger Ferry Service between Malta and Comino – selection processed
Question
Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux se tittieħed azzjoni xierqa biex jiġi assigurat li s-selection process għall-Provision of Scheduled passenger ferry service between Malta and Comino jkun fil-fatt trasparenti u dan ir-Request for proposals TM RFP001/2019 jiġi rivedut qabel ma jiġi ffirmat l-agreement mal-preferred bidder propju ftit ġranet oħra u ċjoè fil-25 ta’ Jannar 2020? In vista li dan it-tender joħloq monopolju assolut ta’ 15-il sena u se jiġu affetwati negattivament madwar 40 Operatur, jista’ jara li tittieħed azzjoni issa qabel dan l-agreement ma jiġi ffirmat mal-preferred bidder u in vista tal-fatt li appell kontra dan is-selection board jista’ jsir biss bi prohibitive premium ta’ €75,000?
Jista’ l-Ministru jgħid kif waqt il-budget intqal li fl-2020 is-Sea Hop On/Hop Off tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, diġà applikaw mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid jekk dan hux direct order? X’sar minnu l-proċess ta’ tenders, studji, konsultazzjoni u trasparenza?
Response (BORG, IAN)
Onor. Interpellant hawnhekk m'aħniex nitkellmu fuq xi konċessjoni mogħtija mill-Awtorità. Il-Gvern jiżgura bħal ma għamel f'dan il-każ li jkun hemm l-Infrastrutura meħtieġa għal kulħadd u jikkordina billi jiżgura li operaturi differenti jkunu jistaw jaqsmu dik l-istess opportunità.
Waqt li nieħdu pjaċir naraw investimenti ta' €20 miljun bħal fil-każ misemmi mill-Onor. Interpellant, nittamaw li jkun hemm bosta operaturi li jsegwu u jagħmlu l-istess, billi jużaw l-infrastrutura komuni li għandna fil-portijiet tagħna.
Peress li kien hemm l-isfortuna li persuni mietu jew indarbu f’inċident tal-Hop on Hop off bus, jista’ l-Ministru jgħid b’kemm se jidħol il-Gvern fil-kumpens ta’ dawn il-persuni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, preżentament, il-każ għadu fi stadju sub jiudice, stante li għad hemm inkjesta pendenti. Illi f’ dan l-istadju kwalunkwe informazzjoni ulterjuri tkun biss spekulazzjoni stante li kif diġà ingħad għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. L-Awtorità tat-Trasport f’Malta qiegħda tikkontesta r-responsabbiltà u preżentament hemm intavolati atti ġudizzjarji, sabiex tiġi opposta kull allegazzjoni ta’ responsabbiltà indirizzata lill-Awtorità.
Peress li l-ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Manchester United huwa mill-fondi tal-MTA, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tal-ammont tal-ftehim, għal kemm snin u x’jaħseb li se jkun ir-ritorn għal Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem sabiex tiżviluppa marketing u attività turistika aktar varjata bil-għan li tistimula turiżmu ġdid ta’ kwalità. B’din il-ħidma rnexxielna nkabbru niċeċ eżistenti kif ukoll niżviluppaw inizzjattivi ġodda f’oqsma bħat-turiżmu kulturali, gastronomiku, sportiv, attiv, tal-konferenzi kif ukoll dak reliġjuż u edukattiv. Il-Ministeru tat-Turiżmu flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu jinsabu mpenjati sabiex tkompli tinfirex aktar il-ħidma tagħna lill hinn mis-swieq tradizzjonali u titkabbar l-attivita’ u n-numru ta’ turisti lejn pajjiżna minn swieq ġodda, fejn it-travel trends huma differenti. Ir-riżultati miksuba kemm mil-lat ta’ numru ta’ turisti kif ukoll mill-qliegħ reġistrat mill-industrija turistika jikkonferma li qegħdin fit-triq it-tajba.
Il-club tal-Manchester United huwa l-aktar tim sportiv popolari fid-dinja b’iktar minn 1.1 biljun segwaċi u b’udjenza televiżiva ta’ 3.5 biljun fis-sena, f’il fuq minn 200 territorju mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fl-Asja, Afrika u Amerika ta’ Fuq. Is-saħħa globali tal-marka tagħhom kienet ikkunsidrata bħala fattur kruċjali ta 'dan il-ftehim kummerċjali, li se jara lill-Gvern ta' Malta jikseb drittijiet ta’ sponsorizzazzjoni estensivi biex jirreklama l-marka VisitMalta fuq numru ta' stazzjonijiet inklużi reklami f'Old Trafford, l-iStadium tal-Manchester United, fil-logħbiet kollha li jintlagħbu
home
, il-media stampata tal-klabb, il-pjattaformi diġitali tal-klabb, il-media soċjali tal-klabb, l-Istazzjon tat-Televiżjoni uffiċjali tal-klabb, u marketing dirett u avvenimenti oħra li qed isiru madwar id-dinja. Is-sħubija ma' marka tant b'saħħitha għandha ġġib magħha bosta benefiċċji addizzjonali, speċjalment f'termini ta' viżibbiltà u rikonoxximent imtejjeb tal-konsumatur għal Visitmalta u biex issaħħaħ il-kredibilità ġenerali tagħna mhux biss fir-Renju Unit u swieq tradizzjonali oħra, iżda wkoll fi swieq mhux tradizzjonali bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel, il-Lvant Nofsani, l-Amerika t'Isfel u l-fan-base qawwija ta Manchester United madwar id-dinja.
Filwaqt li nassigura lill-Onorevoli Interpellant li dan il-kuntratt li tat l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ natura turistika, ninfurmah li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jispjega u jikkonferma li fit-titjiriet tal-Airmalta mhux qed jinstema’ iżjed “Welcome to Airmalta” imma xi ismijiet oħra? Jista’ jikkonferma dawn l-ismijiet magħrufa u jgħid xi skop hemm wara dan kollu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq kull titjira l-Inflight Manager iħabbar li l-Air Malta tilqa’ lill-passiġġieri għat-titjira tagħhom. Jekk it-titjira jkollha code share partners, tissemma’ ukoll il-linja ta l-ajru li hija code-shared fuq dik it-titjira. F’każ lit-titjira tkun qed tiġi operata mill-Malta Medair f’isem l-Air Malta, fl-avviż ta’ introduzzjoni l-Inflight Manager jilqa’ l-passiġġieri fuq it-titjira operata minn Malta Medair f’isem l-Air Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Joint Office għadux ibiegħ iċ-ċens rimanenti f’kull lokalità f’Malta? Jekk se jibqa’ jbiegħ iċ-ċnus, b’liema rata? Hemm postijiet f’Malta li huma preferuti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-1 ta’ Ottubru 2019 ġiet varata skema ġdida ta’ fidi ta’ ċnus temporanji u xiri ta’ propjetà amministrata mill-Uffiċċju Konġunt. Dettalji ta’ din l-iskema qegħdin jiġu ppublikati fuq is-siti onlajn tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-Awtorità tal-Artijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10606, tista’ l-Ministru twieġeb l-istess mistoqsija hekk kif saret u tgħid b’liema mod ġie mixtri jew mikri dan il-vapur (jekk hux b’tender, expression of interest jew direct order)? Tista’ tagħti dettalji ta’ kif inxtara jew ġie mikri?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapur ġie mikri għall-6 xhur wara li l-Gozo Channel għamlet riċerka eżawrjenti fis-suq internazzjonali. Sadanittant, diġà hemm tender għand id-dipartiment tal-kuntratti biex jiġi ppubblikat.
Peress li jidher li l-atturi tal-Enactment għandhom xi diffikultà kemm fuq pagamenti b'lura, kemm ta’ xogħol kif ukoll ta’ taqlib ta' xogħol, jista' l-Ministru jispjega dan kollu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi iktar dettalji fuq l-Enactment li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Ġaladarba ġie r-raba’ vapur, tista’ l-Ministru tgħid b’liema mod ġie mixtri jew mikri dan il-vapur (jekk hux b’tender, expression of interest jew direct order)? Tista’ tagħti d-dettalji ta’ kif inxtara jew ġie mikri?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-vapur instab wara riċerka estensiva li saret mill-Gozo Channel biex jinstab vapur li jissodisfa l-bżonnijiet u l-infrastruttura tal-portijiet li huma uniċi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bus shelter ġdid sar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet saru u kemm swew b’kollox? Jista’ jgħid jekk kinitx b’direct order jew b’tender? Jekk tender, jista’ jgħid min kienu li tefgħu t-tenders? Jista’ jgħid min kien ir-rebbieħ ta’ dawn it-tenders?
Response (BORG, IAN)
Fl-2016 Transport Malta kienet ħarget ‘Talba għal Proposti’ sabiex jiġu nstallati bus shelters ġodda fuq in-network tat-trasport pubbliku bi skeda. Sfortunatament l-perjodu ta’ l-aġġudikazzjoni ta’ din it-‘talba għall-proposti’ ġie mtawwal minħabba appell kontra r-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Għażla u l-proċess ta’ installazjoni kellu għaldaqstant jitwal.
Infurmat li it-Talba għall-Proposti kienet tispeċifika dan li ġej:
· Li l-kuntrattur li jirbah din Talba għall-Proposti ser jkun qed jissupplixxi u jwaħħal l-istrutturi tal-
bus shelters
bi spejjez tiegħu;
· Il-Kuntrattur huwa resposabbli wkoll li jimmantjeni dawn il-
bus shelters
tul iz-zmien tal-kuntratt u dan a spejjez ta’ l-istess kuntrattur. Tali spejjez jinkludu tindif, tiswijiet, elettriku u kwalinkwe spejjez oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn il-
bus shelters;
· Minn naħa tiegħu l-kuntrattur izomm l-introjtu mir-riklamar li ikun iġġenerat fil-
bus shelters
li jkun installa;
· Minn naħa tagħha, Transport Malta tkun responsabbli sabiex tikseb il-permessi meħtiega sabiex jiġu nstallati l-
bus shelters
, spejjez ta’ Perit kif ukoll spejjez relatati ma’ dak li għandu x’jaqsam ma’ nfrastruttura li għandhom x’jaqsmu ma’ l-installazjoni ta’ dawn il-
bus shelters
.
B’kollox kien hemm ħames sottomissjonijiet b’dak li rebaħ din it-Talba għall-Proposti tkun il-kumpanija 356 Holdings Ltd.
Ninsab infurmat li fl-ahhar 12-il xahar ġew installati bus shelters ġodda fil-lokalitajiet hekk kif indikat fit-tabella sussegwenti.
Lokalità
Numru ta’
Bus Shelters
li twahhlu
Marsa
1
Fgura
4
Qawra/Bugibba
2
Qormi
1
Triq il-Kosta (San Pawl il-Bahar/ Bahar ic-Caghaq
10
San Gwann
1
Naxxar
2
Mosta
2
Mtarfa
4
Luqa
1
Balzan
1
Mgarr
1
Swieqi
1
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi aħbarjiet fuq id-diżgrazzja tal-Opentop Bus li spiċċat f’imwiet u persuni mweġġgħin? Jista’ jgħid jekk humiex veru l-għajdut li l-Gvern daħal jew ser jidħol għal dawn it-talbiet ta’ kumpens?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament, il-każ għadu fi stadju sub giudice, stante li għad hemm inkjesta pendenti. Illi f’ dan l-istadju kwalunkwè informazzjoni ulterjuri tkun biss spekulazzjoni stante illi kif diġà ingħad għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. L-Awtorità tat-Trasport f’ Malta qegħda tikkontesta r-responsabbiltà u preżentament hemm intavolati atti ġudizzjarji, sabiex tiġi opposta kull allegazzjoni ta’ responsabbiltà indirizzata lill-Awtorità.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx ftehim mas-sidien tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u d-Dipartiment tal-Artijiet? Jekk iva, jista’ jgħid kemm se jdaħħal il-gvern, u din bl-approvazzjoni tal-parlament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet, il-materja in kwistjoni qiegħda tiġi diskussa fil-livell tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità. Sal-lum għadu ma kienx hemm żviluppi ġodda.
Kemm saru serqiet fiż-żona ta’ Tigne u Triq it-Torri f’Tas-Sliema minn Jannar 2019 sal-lum? Jista’ jgħid kemm inqabdu ħallelin b’konnessjoni ma’ dawn is-serqiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
‘Ninsab infurmat illi kien hemm wieħed u tletin (31) rapport ta’ serq fiż-żona ta’ Tignè u Triq it-Torri f’Tas-Sliema minn Jannar sal-aħħar ta’ April 2019. Dawn jinkludu kull tip ta’ serq inkluż ‘pickpocketing’, minn karozzi, bars, lukandi, żoni pubbliċi, residenzi eċċetra. Tliet persuni nstabu li kienu responsabbli għal tlieta minn dawn is-serqiet.’