Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta’ persuni gainfully employed f’Diċembru 2019? Jista’ jgħid kemm huma l-persuni gainfully employed f’April 2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar il-persuni li qegħdin fid-dinja tax-xogħol tinħareġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Infurmat li l-aħħar informazzjoni uffiċjali ta’ persuni gainfully employed hija ta’ Novembru 2019.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pensjonanti f’Malta u f’Għawdex, f’Diċembru 2019? Jista’ jagħti break down fil-faxxi ta’ età? Kemm kien hemm ’il fuq minn 70 sena u kemm ’il fuq minn 80 sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu għal pensjonanti residenti f’Malta u f’Għawdex, maqsuma kif mitlub mill-Onor. Interpellant, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Eta'
Pensjoni
Pensjoni
Pensjoni
Pensjoni
Total
tal-Irtirar
tar-Romol
tal-Invalidita'
tal-Eta'
ta' Pensjonanti
21 - 30
-
5
7
-
12
31 - 40
-
93
103
-
196
41 - 50
-
396
484
-
880
51 - 60
-
1,172
1,938
164
3,274
61 - 70
30,862
2,867
422
1,890
36,041
71 - 80
22,615
5,305
73
1,210
29,203
81 - 90
7,537
5,315
44
541
13,437
91 - 100
804
1,058
5
87
1,954
101 -
10
18
-
4
32
Total
61,828
16,229
3,076
3,896*
85,029
* Madwar 600 persuna li jirċievu l-Pensjoni tal-Età m’humiex inklużi fit-total rispettiv minħabba li jirċievu xi waħda mill-pensjonijiet kontributorji u allura huma inklużi hemm.
Peress li l-wage supplement ta' €800 gross għal industrija tat-turiżmu tagħlaq 38 jum ieħor, tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux se jkompli jgħin? Jekk fl-affermativ, b'kemm u għal kemm żmien?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li diversi rapporti tal-media qed jgħidu li dawk il-bastimenti li qegħdin jintużaw għall-immigranti, se jitħallsu mill-EU, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex fatt? Jekk le, allura jista’ jgħid kif ġiet allokata din il-kumpanija speċifika? Jista’ jgħid liema tenders inħarġu? Jekk s’issa il-gvern se jħallas, jista’ jgħid kemm?
Peress li diversi rapporti tal-media qed jgħidu li dawk il-bastimenti li qegħdin jintużaw għall-immigranti, se jitħallsu mill-EU, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex fatt? Jekk le, allura jista’ jgħid kif ġiet allokata din il-kumpanija speċifika? Jista’ jgħid liema tenders inħarġu? Jekk s’issa il-gvern se jħallas, jista’ jgħid kemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal tweġibiet 14193 u 14203. Inżid li Malta temmen li m’għandiex titħalla waħedha mill-Unjoni Ewropea inkluż f’din iċ-ċirkostanza u għalhekk hemm proċess biex jintużaw fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-għan.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-diffuso concept applikabbli għal guest houses, hux qed jiġi kkunsidrat mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunċett ta’ Albergo Diffuso huwa wieħed ferm interessanti li jista’ jintuża f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (urban conservation areas) fejn propjetajiet li mhumiex ’il boghod minn xulxin jistgħu jintużaw konġuntament bħala stabbiliment wieħed. Dan il-kunċett qed jiġi introdott bħala ‘Label’ fir-riforma leġislattiva li għaddejja bħalissa, pero’ li għadu ma sarx liġi. Għaldaqstant, l-Awtorità taċċetta il-prinċipju għall-fini ta’ permessi ta’ żvilupp, pero’ ma jistax jiġi fis-seħħ kompletament fil-prattika sakemm il-liġi l-ġdida tidħol fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta Air ordnatx xi ajruplani f’dawn l-aħħar 18-il xahar? Jekk iva, x’tip huma, u meta se jiġu Malta, jekk mhux diġà ġew?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Malta Air hija entità kummerċjali privata. Il-Gvern ma jindaħalx fl-operat tal-Malta Air u għaldaqstant it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant la jista’ jinġabar u lanqas mhu magħruf.
Nies akkużati bi qtil volontarju li għadhom ma tressqux il-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ persuni akkużati bi qtil volontarju u għadhom ma tressqux il-qorti jew il-ġuri tagħhom għadu ma bediex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li fuq id-domanda kemm hemm każijiet ta’ persuni akkużati bi qtil volontarju u għadhom ma tressqux il-qorti ma tistax tiġi mwieġba għax tali kazijiet ma jkunux għadhom ġew quddiem il-Qorti.
Għat-tieni parti tad-domanda dwar kemm hemm ġurijiet pendenti fir-rigward ta’ persuni akkużati bi qtil volontarju u li għadhom ma bdewx, ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm disgħa (9), u dan għar-raġunijiet li huma indikati fit tabella anessa.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu lesti x-xogħlijiet li qed isiru fi Triq il-Ġojjin fil-Kappara?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq investiment ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin biex tibni mill-ġdid it-toroq residenzjali. Kien lejn l-aħħar ta’ Jannar tal-2019 meta l-aġenzija varat dan il-programm, ftit xhur wara li twaqqfet fis-sajf tas-sena ta’ qabel, u fl-ewwel sena ta’ dan l-investiment lestiet il-bini mill-ġdid t’aktar minn 130 triq.
Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’50 triq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin.
Ix-xogħlijiet fit-triq indikata, li kienu jinkludu tqegħid ta’ servizzi fosthom dawk għad-distribuzzjoni tal-ilma u postijiet għall-parkeġġ, bdew madwar tliet ġimgħat ilu u waslet biex titlesta. Wara li ssaħħulha l-pedamenti t-triq bħalissa qed isirilha wiċċ ġdid u tinkesa b’diversi saffi t’asfalt.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif qegħdin jiġu mogħtija avviżi lill-media kollha? Jista’ jgħid x’inhu l-metodu u t-total minfuq ta’ flus għal kull ġimgħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ġeneralment jippublika avviżi fuq il-gazzetti kollha. Rigward it-televiżjoni dawn isiru fuq it-tliet stazzjonijiet prinċipali u dawk ta’ fuq ir-radju jvaraw skont għal liem tip ta’udjenza jkunu immirati l-promozzjonijiet kkonċernati.Il-promozzjonijiet/avviżi isiru skont il-kampanji li jkunu jridu jiġu reklamati u mhux bilfors ta’ kull ġimgħa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx biżżejjed equipment fl-Institute for Tourism Studies (ITS), speċjalment fil-kċejjen li fihom jipprattikaw l-istudenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata min naħa tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li l-kċejjen tagħhom huma attrezzati sew. Apparti minn hekk, għandhom ukoll store fejn jiġi maħżun apparat żejjed li jista’ jintuża f’ċirkostanzi speċjali. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li n-numru ta’ kċejjen fl-istitut ġewwa Ħal-Luqa huwa d-doppju ta’ dak li kien hemm f’San Ġiljan.
Tista' l-Ministru tispjega jekk fil-leġiżlatura kurrenti kienx hemm persuni li nqabdu jagħtu servizz ta' gwida turistika bla ma kellhom liċenzja u f'każ li iva, kemm kienu dawn il-persuni f'Malta u kemm kienu dawn il-persuni f'Għawdex u x'passi ttieħdu kontra tagħhom?
Fid-dawl tax-xiehda tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ftehim mal-Gvern Libjan? Min hu l-firmatarju? Jista’ jgħid x’fih il-ftehim? Kien approvat mill-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma jeżisti l ebda ftehim.
Fid-dawl tax-xiehda tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ftehim mal-Gvern Libjan? Min hu l-firmatarju? Jista’ jgħid x’fih il-ftehim? Kien approvat mill-Unjoni Ewropea?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li l-passiġġieri li jidħlu Malta bdew jiġu ċċekjati għal COVID -19 (Corona Virus) 15-il ġurnata wara l-Italja? Jista’ jgħid għaliex passiġġier issuspettat li kellu dan il-virus ma n¿ammx l-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri li qed jidħlu Malta qegħdin jagħddu minn screening point fejn hemm apparat li jidentifika persuni li għandhom id-deni.
Dawk identifikati bid-deni jiġu evalwati u fejn hemm bżonn isiru testijiet oħra. Persuni suspettati li jistgħu jkunu pożittivi għall-
virus
jinżammu f’iżolament.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swiet is-sensiela ta' X Factor imxandar fuq l-istazzjon nazzjonali? Kemm kien hemm profitt jew telf minn dan il-programm? Min kien is-sensar li ġab dan il-programm?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab informat li l-produzzjoni hija ffinanzjata fuq linji purament kummerċjali. Ma jingħatawx figuri li huma kummerċjalment sensittivi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12548, tista' l-Ministru tgħid jekk tħallsux xi kummissjonijiet u lil min tħallsu? Tħallsu xi flus lejn klabbs tal-futbol u klabbs oħrajn?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li ma tħallsu l-ebda kummissjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-ice rink li ġie armat bejn Diċembru 2019 u Jannar 2020? Dan sar b’xi tender? Kemm kien hemm persuni li tefgħu tenders? Tħallsu xi kummissjonijiet u lil min tħallsu flus (klabbs tal-futbol u klabbs oħrajn)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-villaġġ tal-Milied ġie armat wara kuntratt li sar ma’ kumpanija barranija rinomata għal dawn it-tip ta’ attrazzjonijiet. L-attrazzjonijiet kollha ta’ dan il-villaġġ ġew f’pakkett wieħed.
Kien hemm interess qawwi sabiex din l-attivita’ tibda’ ssir kull sena u tkun żieda importanti fil-prodott turistiku li Malta toffri fi żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena. It-total ta’ bejgħ ta’ biljetti għal Fairyland 2019/20 kien ftit inqas minn 160,000 biljett.