Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #17878 Sitting 413 2021-01-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – flus lura lill-operaturi għal xiri bil-quddiem tal-biljetti

Question

In vista li operaturi lokali xtraw biljetti bil-quddiem tal-vapur għal Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-Gozo Channel ma tridx tagħti l-flus lura bħalma għamlu kumpaniji mad-dinja kollha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel infurmat lit-Tour Operators li l-ammonti ta’ biljetti li ma ġewx użati minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, ser jerġgħu jingħataw lura lilhom meta dawn jinfurmaw lill-kumpanija Gozo Channel li ser jerġgħu jibdew joperaw JEW meta dawn jagħmlu t-talba tagħhom biex jinbiddlu l-biljetti li ma wżawx.
Leg 13 PQ #17778 Sitting 410 2020-12-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ħaż-Żebbuġ – Skola Thi Lakin

Question

Peress li l-iskola Thi Lakin li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ se tagħlaq ħesrem, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi soluzzjoni għal skola oħra bħal ri-allokazzjoni f’post ġdid jew ideat oħra biex studenti li se jiġu affetwati u l-familji tagħhom, ikollhom is-serħan tal-moħħ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ġenituri tal-istudenti li kienu jattendu t-Thi Lakin huma mħeġġa li jirreġistraw lil uliedhom fl-iskejjel tal-istat tal-Kulleġġ tal-lokal tagħhom. Madanakollu, il-Ministeru qiegħed f’kuntatt biex jassisti b’kull mod possibbli.
Leg 13 PQ #17407 Sitting 403 2020-11-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

BOV – mistoqsijiet lill-klijenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kull branch tal-Bank of Valletta jistaqsu lill-klijenti li jkunu jridu joħorġu flus mill-bank mistoqsijiet personali; bħal għalfejn trid il-flus, x’se tagħmel bihom, minbarra l-battikata kbira li jagħtu lil kull klijent?

Response (CARUANA, CLYDE)

Il-BOV hija kumpanija privata u għalhekk m’għandix mezz kif inkun naf ir-risposta għad-domanda li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Hemm ir-regolamenti dwar il-ħasil tal flus. Il-bank jitlob għal kull informazzjoni li jħoss li hu meħtieġ.

Hip u knee replacements – uncemented prosthesis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li uncemented prosthesis li jintużaw għall-hip replacements u knee replacements bħalissa huma out of stock, għax it-tender għall-provvista ta’ dawn il-prosthesis skada u għadu ma ngħatax, b’konsegwenza li pazjenti li qed jistennew sabiex jiġu operati għal hip replacement jew knee replacement qed ibatu minħabba li m’hemmx dawn il-prostheses b’detriment kbir għal saħħithom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-uncemented prosthesis li jintużaw għan-knee replacements mhumiex out of stock. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ xiri għal- uncemented prosthesis li jintużaw għall-hip replacements. Is- Central Procurement and Supplies Unit ħarġet sejħa għal-Negotiated Procedure u bħalissa din qedgħa tiġi evalwata.

Is-Swieqi u l-Ibraġġ — tourist zones

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-tourist zones uffiċjali fis-Swieqi u l-Ibraġġ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ismijiet tat-toroq li jinsabu fil-lista ta’ żoni turistiċi għas-sajf 2020, għal fini tal-Avviż Legali 295 tal-2007, huma dawn: SWIEQI · TRIQ ST ANDREW’S (minn Triq M.A. Vassalli sa Triq l-Ibraġġ) · TRIQ IS-SIDRA · TRIQ IL-KEFFA · TRIQ L-IMGĦAŻEL · TRIQ IL-ĠWIELAQ · TRIQ L-GĦARBIEL · TRIQ ID-DRIS · TRIQ A.M. CASSOLA · TRIQ IL-ĦEMEL · TRIQ IL-BRAMEL · TRIQ IL-KTAJJEN · TRIQ IS-SIRK · TRIQ IL-GEJŻA · TRIQ IS-SWIEQI · TRIQ IL-QLUGH · TRIQ FUQ IL-GONNA · TRIQ L-GHOQOD · TRIQ IR-RONKUN · TRIQ IL-QATTA · TRIQ IL-MOLLETTA · TRIQ L-ILMA · TRIQ IL-ĠIEBJA · TRIQ PASSIFLORA · TRIQ IT-TIBEN · TRIQ IL-ĠIŻMIN · TRIQ TA’ L-IBRAĠĠ (minn Triq San Andrija sa Triq il-Kejla) · TRIQ MARBAT · SQAQ LOURDES · TRIQ IL-MIĠBED · TRIQ IL-GĦAJN · TRIQ L-ILMA · TRIQ IL-ĦAWT · TRIQ IL-GĦAMAD · TRIQ L-GĦOQOD · TRIQ IL-ĠIEBJA · TRIQ JOSEF KALLEJA · TRIQ IL-GOGI · TRIQ IL-WASLIET · TRIQ L-ISPERA · TRIQ IS-SEJJIEĦ · TRIQ IL-QATTA · LOWER STRETCH OF IL-QASAM (minn Triq is-Sejjieħ sa Triq is-Swieqi) · TRIQ IL-ĦORŻA (formerly part of Triq is-Sejjieħ)

Il-Kappara — Triq Gardell - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' Triq Gardell fil-Kappara fejn hemm konfużajoni ta xogħlijiet, dewmien u inkonvenjenza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interepllant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Fit-triq indikata għadhom mhux qegħdin isiru xogħlijiet minn Infrastructure Malta. Bħalissa qed tinbena mill-ġdid Triq G Despott li tmiss magħha u l-aġenzija qed iżżid ir-riżorsi biex ix-xogħlijiet jitlestew mill-aktar fis. F’San Ġwann u l-Kappara Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Mensija, Triq il-Ġojjin u Triq Wied Għollieqa waqt li bħalissa qed issir ukoll Triq San Franġisk. Fix-xhur li ġejjin għandhom jinbdew xogħlijiet fi Triq Ta’ Żwejt u Triq iċ-Ċawsli.

Banek — loans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-banek humiex se jkomplu jagħtu loans lil dawk li ħadu loans meta kienu bil-full wage u issa spiċċaw bi 3 u 4 day week?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, permezz ta Avviz Legali Nru142 ta l-2020, kien ppubblika Regolamenti tal-2020 dwar Moratorju għal Faċilitajiet ta’ Kreditu f’Ċirkostanzi Eċċezzjonali. Dawn ir-regolamenti ppermettew lill-banek liċenzjati mill-MFSA sabiex jagħtu moratorju għal ¿mien ta’ sitt xhur fuq il-pagamenti ta’ kapital u/jew imgħax fuq self li kienu ħadu individwi, kif ukoll kumpaniji, qabel il-pandemija, u allura fi żmien meta kienu qed jaħdmu bil-“ full wage ”. Dawn l-individwi, kif ukoll kumpaniji, għandhom sat- 30 ta’ Ġunju 2020 biex japplikaw mal-banek minn fejn kienu issellfu biex jagħtihom moratorju. Dan il-moratorju kien sar speċifikament għaliex kien qed jiġi antiċipat li xi ħaddiema jistgħu jitnaqqsilhom iż-żmien ta’ xogħol jew is-salarju tagħhom, għal żmien temporanju, li ma kienx jippermittilhom li jagħmlu il-pagament sħiħ li kienu jagħmlu lill-bank qabel ma faqqghet il-pandemija.

Malta Tourism Authority – ground advertising minn Manchester United – talba għal flus lura

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm staqsiet flus lura mill-Manchester United, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ġaladarba ma hemmx futbol u għalhekk ma hemmx ground advertising?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-partnership tmur lil hinn mill-ground advertising. Saru diskussjonijiet ta’ natura kummerċjali biex ikun assigurat li dawk l-assets li ma setgħux ikunu utilizzati, jiġu mċaqalqa għal xhur oħra sabiex ikunu aktar effettivi.

Trasport Malta – persuni b’diżabilità – miżuri kontra l-virus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu kontra l-virus, fi ħdan Transport Malta għal persuni b’diżabilità u vulnerabbli? Dawn il-miżuri huma skont kif miftiehma mal-union?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta sejħet lura l-impjegati tagħha biex jirrapportaw lura għax-xogħol nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju 2020, skont iċ-ċirkolari OPM Circular 12/2020. L-Awtorità tara li tieħu ħsieb il-bżonnijiet tal-impjegati tagħha, inkluż persuni b’diżabilità, u l-familji tagħhom u fejn kien ġustifikat it-teleworking ġie estiż sal-aħħar ta’ Ġunju 2020. L-Awtorità tqis kull każ fuq bażi individwali.

Gainfully Employed

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 14881, jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-gainfully employed fl-aħħar ta' April 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14881, l-aħħar informazzjoni uffiċjali ta’ persuni gainfully employed hija ta’ Novembru 2019 u għaldaqstant ic-ċifra ta’ gainfully occupied fl-aħħar ta’ April 2020 mhux disponibbli.

Ftuħ tal-Ajruport

Question

Tista’ l-Ministru tagħtina data ta’ meta ser jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bieraħ il-Prim Ministru ħabbar id-data tal-ftuħ tal-ajruport, ċjoè 1 ta’ Lulju. Dan kien possibbli wara li bħala Gvern konna għaddejjin kontinwament b’diskussjonijiet kemm fuq livell internazzjonali kif ukoll diskussjonijiet inter-ministerjali biex meta jasal il-mument li jinfetaħ l-ajruport, dan jiftaħ b’mod l-aktar sigur biex inkomplu nħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi.

Ftuħ tal-Ajruport – titjiriet tal-AirMalta

Question

Ġaladarba tingħata d-data ta’ meta ser jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Airmalta hijiex preparata biex tibda ttir bl-istaff?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija dejjem preparata biex tagħti s-servizzi ta’ garr tal-passiġġieri u tal-merkanzija lill- pajjiż u tibqa'’ hekk ippreparata meta jinfetaħ l-ajruport.

Ftuħ tal-Ajruport

Question

Ġaladarba ingħad li hemm studji xjentifiċi u risk assessment kontinwu, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-data ta’ meta ser jingħata l-permess li jinfetaħ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta baqa’ miftuħ għal vjaġġi ta’ merkanzija, għal titjiriet ta’ ripatrijazzjoni kif ukoll għal okazzjonijiet eċċezzjonali oħrajn.

Żieda għal wage supplement għal min għandu pensjoni ta’ €500

Question

Fil-każ ta’ persuni li huma fuq pensjoni u allura mhux intitolati għal wage supplement, jista’ l-Ministru jikkunsidra li min għandu €500 pensjoni u ma jgħaddix, ikun jista’ jiżdiedlu l-wage supplement sal-massimu tal-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninfrma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Knisja tal-Balluta – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir fix-xogħlijiet taħt il-Knisja tal-Balluta? Jista’ jgħid x’inhu l-kaġun li l-kulur tal-baħar fil-Balluta nbidel? Jista’ jinforma lill-Kamra min ser jieħu jew ġa ħa, il-konċessjoni ta’ bar u restaurant mal-baħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 14689 u 14789, kif diġà spjegajt dan il-moll li jintuża ħafna mill-għawwiema se jibqa’ għall-istess użu mill-pubbliku bħalma kien. Għalhekk, m’hemm l-ebda pjan li dan il-moll jinbidel f’xi bar jew ristorant. Il-kulur tal-baħar ivarja minħabba diversi fatturi, fost oħrajn minħabba l-elementi u skont kemm ikun hemm partiċelli f’sospensjoni fl-ilma. Tajjeb wieħed jinnota li f’bajja jekk jitqawwa l-baħar, fi ftit minuti dan jinbidel minn lewn kaħlani u jsir griż. Dan minħabba li jitqalleb il-qiegħ tal-baħar u jkun hemm ammont sostanzjali ta’ materjal fin f’sospensjoni. Peress li waqt jkunu qegħdin isiru xogħlijiet mal-kosta huwa inevitabbli li jiżdied il-materjal fin fl-ilma, f’kull xogħol li jsir minn Infrastructure Malta, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet ambjentali. Fix-xogħlijiet tal-moll li tlestew s’issa fl-ebda waqt fil-bajja ma kien hemm materjal estranju preżenti li ma kienx diġà jifforma parti mill-moll eżistenti.

Malta Development Bank — loans

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-loans mill-Malta Development Bank, qed tintalab 100% personal security?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-COVID-19 Guarantee Scheme, li qed tiġi amministrata mill-Malta Development Bank, qed tipprovdi garanzija ta’ 90% fuq is-self li banek kummerċjali qed jagħtu għal skop ta’ working capital lill-entitajiet li ntlaqtu ħazin minn din il-pandemija. Hija fid-deskrizzjoni tal-bank kummerċjali, li filwaqt li jibqa’ kompetittiv, jitlob dawk is- securities , liema rekwiziti jkunu jiddependu, fost l-oħrajn, fuq il- credit worthiness tal-klijent.