Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sidien ta’ white taxis – wage supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali San Ġwann – laqgħat online

Question

Peress li bosta lmenti minn residenti ta’ San Ġwann, qed jgħidu li laqgħat tal-kunsill mhux qed isiru online, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Dawn xtaqu wkoll jsegwu kif il-kunsill organizza coffee morning fiż-żmien il-pandemija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li l-laqgħat tal-Kunsill kienu jkunu dejjem streamed meta kienu qed isiru fil-Boardroom tal-Kunsill. Peress li 6 minn 9 membri tal-Kunsill ta’ San Ġwann huma l’ fuq minn 60 sena u minħabba l-miżuri ġodda li daħlu fis-seħħ dwar kemm jistgħu jinġabru nies f’post wieħed, dawn il-laqgħat bdew isiru via skype. Il-Kunsill illum huwa attrezzat biex jagħmel laqgħat fuq skype u fl-istess ħin ikunu streamed. Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jippreċiża x'informazzjoni jirrikjedi.

Ta’ Xbiex – xatt — tarmak u drenaġġ

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 19298 u 19534, tista’ l-Ministru tgħid meta ser jibda x-xogħol neċessarju matul Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li kif diġa ġie indikat fir-risposta għal-mistoqsija parlamentari 19534, hemm numru ta’ proġetti ppjanati biex jindirizzaw nuqqas ta’ ppjanar serju fil-passat fl-akkwati. 1. Proġett fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex (in-naħa li tieħdok lejn il-Belt), it-tender qiegħed fi stadju ta’ aġġudikazzjoni u hu mistenni li x-xogħol jibda’ lejn l-aħħar nofs ta’ din is-sena. 2. Proġett fi Triq ix-Xatt ta’ Xbiex (in-naħa tal-knisja), fejn ix-xogħol kien beda imma minħabba nuqqas ta’ progress sodisfaċenti fix-xogħlijiet, il-Korporazzjoni ħadet il-passi biex dan il-kuntratt jiġi tterminat u jiġi allokat lil kuntrattur ieħor skont ir-regolamenti applikabli. Dan ix-xogħol mistenni jitkompla immedjatament malli jispiċċa dan il-proċess. 3. Upgrade tal- pumping stations , biex dawn ikunu jifilħu għad-domanda preżenti u anke tal-futur. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jkun lest lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Ma dawn trid iżżid numru ta’ proġetti oħra li l-Korporazzjoni qed tikkollabora fuqhom ma’ Infrastructure Malta. Dawn il-proġetti flimkien se jkunu qegħdin isaħħu n-networks u l-infrastrutura tal-Korporazzjoni u jnaqsu/jeliminaw ħafna mill-inkonvenjent preżenti.

COVID-19 – anzjani li qed jintbagħtu l-Gżira għat-tilqima

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani qegħdin jintbagħtu l-Gżira biex jieħdu t-tilqima tal-COVID-19 meta qiegħed isir tilqim fil-Berġa tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex jiġu mlaqqma aktar nies u anzjani f’perjodu qasir ħafna qed jintużaw numru konsiderevoli ta’ vaccination sites differenti.
Leg 13 PQ #19895 Sitting 440 2021-03-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Airmalta Aviation Services

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Airmalta Aviation Services se tispiċċa? Jista’ jgħid kemm hemm impjegati u x’inhu l-futur tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, din hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, in-numru ta’ impjegati li jaqgħu taħt il-kumpanija huwa 16. Hemm 416 impjegat ieħor li qegħdin fuq il-kotba ta l-AirMalta izda jagħtu servizz f'sezzjonijiet li sal-llum għadhom taħt r-responsabilta ta l-AAS.

MCESD – chairman – salajru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa s-salarju jew onararja jew dħul taċ-Chairman ta’ MCESD? X’benefiċċju hemm lil min jokkupa din il-pożizzjoni?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-salarju taċ-Chairman ta’ MCESD jammonta għal € 17,900, filwaqt li għandu wkoll € 2,685 disturbance allowance u € 4,650 car allowance.

Ta’ Xbiex – Xatt — Drenaġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19298, peress li hemm drenaġġ ħiereġ minn ċertu restoranti, tista’ l-Ministru tikkonferma dan u tgħid x’se jsir biex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-area indikata tippreżenta numru ta’ sfidi minħabba nuqqas ta’ ppjanar serju fil-passat. Għalhekk il-Korporazzjoni, flimkien ma’ entitajiet oħrajn għandha pjan għal soluzzjoni permanenti u fit-tul. Il-Korporazzjoni beħsieba timplimenta żewġ proġetti li ħa jsiru fil-futur qarib fejn ser isir tibdil tal-medda matul Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex li se jkun iffinanzjat kollu mill-Korporazzjoni. Filwaqt li mistenni wkoll jitwettaq proġett ieħor li għandu jiġi mplimentat flimkien ma entita oħra matul l-istess triq. Permezz ta’ dawn il-proġetti, se nkunu qed ntejbu l-kapaċita tal-mejnijiet, kif ukoll jintużaw mezzi sabiex nissiġillaw il-pajpijiet u l-manholes biex jiġi evitat l-infiltraġġ tal-ilma baħar u b’hekk ikollna upgrade fis-sistema tal-akwati. Barra minn hekk, ħa jsir upgrade fil-pompi tal-pumping stations tal-viċinanzi, tal-Msida u tal-Gżira, li wkoll se jikontribwixxu għall-benefiċċju tas-sistema ta’ din iż-żona.

Ta’ Xbiex – Xatt — tarmak

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19030 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u issa ġie riferuta lilha u ċjoe: Peress li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex se jkollu tarmak ġdid, tista’ l-Ministru tgħid hemmx il-ħsieb li jkun hemm drenaġġ peress li hemmhekk id-drenaġġ ta’ spiss ifur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha diversi proġetti u qed tikkollabora ma’ entitajiet oħra biex isir tisħiħ fin-networks tal-ilma u d-drenaġġ fit-triq indikata u fl-akkwati tal-madwar.

Persuni b’diżabilità – applikazzjoni għad-drittijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex persuni b’diżabilità mit-twelid iridu jgħaddu bord kull darba li japplikaw għal xi dritt u l-familja tkun trid tagħmel ċertifikat ġdid kull darba?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux kull kundizzjoni li timmanifesta ruħha mat-twelid, jew qabel, hija l-istess. Jeżistu kundizzjonijiet li l-effetti tagħhom ma jinbidlux, oħrajn li l-effetti negattivi tagħhom jistgħu jiġu mmitigati permezz tat-terapiji u oħrajn li huma minnhom infushom deġenerattivi. L-istess, mhux kull ħaġa li wieħed japplika għaliha hi l-istess.Għaldaqstant, tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun aktar ċar dwar x’qed isaqsi eżattament. Li nista’ nikkonferma hu illi dan il-gvern wiret ħafna proċessi nġusti minn amministrazzjonijiet preċedenti u li biddilhom u għadu għaddej bit-tibdiliet meħtieġa sabiex itaffi l-piżijiet minn fuq il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Aktar bidliet mistennija jitħabbru fil-jiem li ġej.

LESA

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ħaddiema tal-LESA peress li jidher li hemm xi salarji li ma tħallsux u li qegħdin b’lura u peress li jidher ukoll li hemm problemi interni li jinkludu xi akkużi ta’ flus li għebu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li s-salarji tal-Aġenzija LESA jitħallsu kull erbgħa (4) ġimgħat, mal-pay-dates tal-ħaddiema taċ-ċivil, bl-aħħar salarju maħruġ fis-27 ta’ Jannar, u li jmiss, ser joħrog fl-24 ta’ Frar. Dan jinkludi is-salarji tal-ħaddiema kollha tal-aġenzija. Kull salarju jkun jinkludi l-overtime u allowances dovuti lill-ħaddiema, li jithallas b’erbgħa ġimgħat b’lura. Ma hemm l-ebda impjegat li, b’xi mod ieħor ma tħallasx, għandu xi salarju lura, jew ma ħax dak li huwa dovut lilu, skont il-proċeduri imsemmija. Nigbed l-attenzjoni li ma hemm l-ebda problema interna li tinkludi xi akkuzi ta’ xi flus li għebu.

Sodod reġistrati għat-turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod reġistrati f'Malta, maqsuma fis-South, fin-North, il-Belt u ż-Żona ta' San Ġiljan: a. f'lukandi; b. f'appartamenti; c. f'AirBnB; d. f'hotels e. f'boutique hotels f. f'kull kategorija oħra liċenzjata?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod licenzjati f’Malta skont ir-reġjuni u l-lokalitajiet imsemmija huma kif murija fit-tabella hawn taħt. Il-lokalitajiet għar-reġjuni msemmija ttieħdu skont kif imqassmin fil-Kunsilli Reġjonali. AirBNB u Boutique Hotels ma je¿istux bħala kategoriji ta’ akkomodazzjoni fir-regolamenti li jirrigwardaw l-akkomodazzjoni turistika. Collective Accommodation Private Accommodation Locality Hotels Guesthouses Hostels Tourist Village Host Family Holiday Furnished Premises Northern Region (Mellieħa, Mġarr, Mosta, Naxxar, Saint Paul’s Bay, Attard, Balzan, San Ġwann, Mtarfa) 16277 274 7 738 950 2776 Southern Region ( Qormi,Żejtun, Birżebbuġa, Għaxaq, Santa Venera, Marsascala, Marsaxlokk, Santa Luċija, Ħamrun, Luqa, Marsa) 154 395 30 348 1323 Valletta 707 456 16 86 606 St Julian’s 10085 260 107 245 1503

San Ġiljan — Fidi ta’ Ċens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi konkluż il-fidi ta’ ċens tal-Joint Office f’San Ġiljan, referenza: T/2566/197/020 u T/2566/1997/021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Tourist Swabbing Centre

Question

Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm tourist swabbing centre li tkun separata għal dawk it-turisti li jistgħu jagħżlu Malta b’din l-inizjattiva ġdida u peress li dan l-swab test hu neċessarju biex jerġgħu jirritornaw f’pajjiżhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #18254 Sitting 417 2021-01-19 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

HSBC — charges

Question

Rigward l-aħbar jew regolament il-ġdid tal-HSBC fejn pensjonanti qed jintalbu jiddepożitaw €1,200 fi tliet xhur jew inkella jkun hemm charges u l-għeluq tal-kont, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jagħmlu hekk? Il-Gvern aċċetta li jsir hekk?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi la l-Gvern, u lanqas l-MFSA u l-Bank Centrali m’għandhomx is-setgħa li japprovaw deċizjonijiet dwar tariffi. Madankollu l-MFSA u l-Bank Centrali ghaddejjin f’diskussjonijiet ma' l-HSBC rigward l-introduzzjoni ta’ din it-tariffa.
Leg 13 PQ #18113 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – refund fuq biljetti lill-aġenziji

Question

Peress li f’din is-sena, refunds kienu l-prassi f’din l-industrija minn airlines għal hotels, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fejn hemm aġenziji li mhux ser ikollhom xogħol din is-sena, u dawn diġà ħallsu għall-biljetti tal-Gozo Channel, jikkunsidrax li jagħtihom refund? Nittama anke li f’dan il-każ.

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li nirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 17878, inżid li b’kollaborazzjoni mal-Gozo Channel, il-Ministeru għal Għawdex kontinwament jiddiskuti proċeduri li jkunu meħtieġa bil-għan li jimitigaw ċirkostanzi li jinqalgħu b’riżultat tal-pandemija.

COVID-19 – każijiet pożittivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet pożittivi għall-COVID-19 fuq persuni li huma Maltin u kemm kien hemm li kienu barranin li jgħixu Malta sat-12 ta’ Jannar 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-7 ta’ Marzu 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 kien hemm 14,769 ka¿ tal-Covid-19. Minnhom 12,065 kienu Maltin u 2,596 barranin li jgħixu Malta. Ma hemmx informazzjoni fuq in-nazzjonalita’ ta’ 108 ka¿.
Leg 13 PQ #18216 Sitting 416 2021-01-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Taxxi – tnaqqis mid-dħul fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jagħti ċifra globali tal-estimi tat-telf fid-dħul għas-sena 2020, peress li kien hemm inqas dħul minn kull sorz ta taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata tweġiba għalissa minħabba li d-dħul tal-2020 għadu mhux finalizzat.

Vaċċini li rċeviet Malta

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċeviet vaċċini Malta f’dawn l-aħħar 15-il jum? X’inhu n-numru uffiċjali ta’ Maltin li ħadu l-vaċċin f’dawn l-istess 15-il jum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-bieraħ 17 ta’ Jannar kienu ġew amministrati 11,705 dożi tal-vaċċin tal-Covid. Ninfurmah ukoll illi sal-bieraħ kienu waslu Malta 22,650 doża li kienu biżżejjed biex jitlaqqmu 11,325 ruħ. Matul il-ġurnata tal-lum mistenni li jaslu aktar dożi.