Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kappara — Triqat għar-residenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2005 u jikkunsidra flimkien ma' l-ADT, li triqat fil-Kappara bħalma huma Triq Antonio Schembri u triqat biswit isiru triqat għar-residenti biss, ġaladarba l-Kappara suppost hija residential area?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proposta tiegħu se tiġi evalwata mill-ADT.

Kappara — Triqat għar-residenti

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra flimkien ma' l-ADT, li triqat fil-Kappara bħalma huma Triq Antonio Schembri u triqat biswit isiru triqat għar-residenti biss, ġaladarba l-Kappara suppost hija residential area?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

St Julians — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jivverfika jekk il-Belgravia Auction Gallery, f'Main Street, St Julians għandu xi reserved parking jew loading/unloading bay għalih biss. U jekk fl-affermattiv, b'liema kriterji dan għandu d-dritt u ħwienet oħra le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima ghall-Immaniġġjar tat-Traffiku rriżulta li ma hemm l-ebda talba w lanqas approvazzjoni għal loading and unloading jew reserved għal Belgravia Auction Gallery li jinstab f’Main Street. Izda fil-post hemm parkeġġ ta’ sitt metri tul riservat għall-persuni b’dizabbilità li ġie approvat fil-15 ta’ Ġunju 2004 mill-Bord għall-Parkeġġ Riservat għall-Persuni b’Disabilita’.
Leg 11 PQ #1399 Sitting 25 2008-06-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani x'permessi intalbu lill-MEPA fuq ir-rampa ġo Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan wara li sar xogħol li kien ikkummissjonat mill-kunsill lokali ta' San Ġiljan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità irċeviet tliet (3) applikazzjonijiet relatati mar-rampa ġo Triq Angelo Pullicino, San Giljan. Dawn huma:- PA 150/03 Placing of tables and chairs in external area and opening of door to link with existing clients restaurant . Din l-applikazzjonjoni ġiet rifjutata fit-23 ta' Marzu 2004. PC 30/03 Modify part of existing stairway to place tables and chairs. Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fit-30 ta' Settembru 2003. PA 694/05 Placing of tables and chairs in external area and opening of door to link with existing clients restaurant (wider staircase than in PA 150/03) Din l-applikazzjoni ġiet rifjutata fit-3 ta' Mejju 2005, it-talba ta' " reconsideration" ġiet miċħuda fid- 9 ta Marzu 2006 u l-appell ġie miċħud fis- 26 ta' Marzu 2008.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 922 u jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 922.

UEFA

Question

Ġaladarba l-Parlament Ewropew ivvota bil-kbir kontra l-proposta tal-UEFA, peress li f'Malta m'hawnx free movement kif kontemplat mill-Unjoni Ewropea, tista' l-Ministru twieġeb mistopqsija parlamentari 539 u tgħid hux se jittieħdu passi kontra l-Malta Football Association biex din tirregola ruħha fuq ir-regoli ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk se jittieħdu xi passi, meta se jsir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew mhix kontra dik tal-UEFA kif tagħti x’tifhem il-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant. Il-Kummissjoni Ewropea għadha qed tistudja r-regoli tal-UEFA. Hi l-Qorti Ewropea li tiddeċiedi jekk ir-regoli tal-MFA imorrux kontra l-liġijiet Ewropej u dan fit-tmiem ta' proċess legali. Sa fejn jien infurmata, s'issa, ħadd għadu ma beda xi proċess legali dwar dawn ir-regoli.
Leg 11 PQ #1263 Sitting 24 2008-06-25 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Ġiljan — Rampi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'permessi ntalbu mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u x'permessi nħarġu mill-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', fuq ir-rampi li saru ġo Triq Angelo Pullicino? Dawn ir-rampi huma konformi mal-guidelines tal-Kummisjoni? Dawn huma fi stat li jintużaw għal persuni b'diżabilita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita’ ma toħroġ ebda permess dwar it-tip ta’ xogħlijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant, iżda tagħti r-rakkomandazzjoni tagħha meta tiġi mitluba mill-MEPA jekk il-pjanti jew ix-xogħlijiet humiex skond il-Linji Gwida tal-Kummissjoni kif ippubblikati fl-Access for All - Design Guidelines. F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma ntalbitx tagħti rakkomandazzjoni. Peress li l-Kummissjoni, meta tirċievi lment li jkun sar xogħol li mhux skond dawn il-Linji Gwida, tista’ tinvestiga hi stess, għaddejt din il-Mistoqsija lill-Kummissjoni biex tagħmel l-investigazzjoni li jidhrilha xierqa.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li din il-PQ hija relatata ma’ amenda li saret fit-Treasury Pensions Ordinance, għandha tiġi riferuta lid-Director (Employee Relations) (MPO). Il-bidliet li jsiru fil-‘policy’ isiru mill-MPO.
Leg 11 PQ #1102 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Zebra crossing

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ż-zebra crossing li hemm fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan, tinżeba' kemm jista' jkun malajr mill-kunsill lokali, liema talba biex dan ix-xogħol isir u xogħol ieħor fuq Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan, ilu li ntalab żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skond il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, il-pedestrian crossings tal-lokalità ser jibdew jinżebgħu minn din il-ġimgħa. Fir-rigward ta’ Triq Angelo Pullicino, ir-rampa li kellha ssir saret, issa jonqos biss li jsiru r-railings.
Leg 11 PQ #1155 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xatt tas-Sliema — Slielem

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonfermali li s-slielem li suppost kellhom ikunu f'posthom fix-Xatt ta' Tas-Sliema sal-1 ta' Ġunju, 2008 se jkunu f'posthom ma jdumux? Jista' jinfurmani jekk hemmx xi postijiet oħra fejn jgħumu n-nies li huma mingħajr slielem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-slielem twaħħlu f’Mejju u fil-maġġoranza tagħhom qegħdin f’posthom. Kien hemm istanzi li xi wħud minnhom inqalgħu kawża tal-maltemp. Is-Sezzjoni tat-Tindif tax-Xtut qiegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fejn in-nuqqasijiet ġew identifikati u dawn diġà twaħħlu minnhom. Il-proċess ser jitkompla. Is-Sezzjoni qed tieħu nota fejn jiġu rrappurtati slielem neqsin u qed tagħmel ġodda, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jaf b’xi każ partikulari, nistiednu jgħaddi l-informazzjoni biex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 11 PQ #1102 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Zebra crossing

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li ż-zebra crossing li hemm fil-bajja tal-Balluta, San Ġiljan, tinżeba' kemm jista' jkun malajr mill-kunsill lokali, liema talba biex dan ix-xogħol isir u xogħol ieħor fuq Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan, ilu li ntalab żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pensions Ordinance

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk in-negozjati fuq il-legal notice 197, li hija l-Pension Ordinance li taffettwa xi impjegati tal-MITTS, ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk fin-negattiv, meta se jikkonkludu ruħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gżira Football Club and Nursery

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani fejn wasal il-proġett ta' 7-a-side pitch ġo l-iskola tal-Gżira? Hemm il-possibilita' li dan il-pitch, jew ieħor, jkun a dispożizzjoni tal-Gżira Football Club and Nursery li jinstab f'kondizzjoni mill-agħar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li m’hemm l-ebda ftehim dwar xi turf pitch f’xi skola ta’ l-Istat tal-Gżira.

San Gwann, Kappara — Triq tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk Triq tas-Sliema, Kappara, San Gwann hux qegħda f'xi programm ta' rranġar tat-toroq bħala triq prinċipali u iżjed issa bit-traffiku li jgħaddi għall-iSptar Mater Dei? In vista ta' l-istat ħażin li t-triq tinsab fiha, jista' jikkonsidra li jsiru xi xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT taf bis-sitwazzjoni ta' din it-triq u sa tagħmel minn kollox sabiex tiddaħħal fil-lista tax-xogħolijiet li għandhom jsiru.

Yacht marinas

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx waiting list għal postijiet ta' jottijiet f'marinas f'Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm u kemm ilhom jistennew? Hemm intenzjoni li jsiru yachts marinas fil-ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa mill-1993, l-Awtorita` Marittima bdiet żżomm waiting list għall-irmiġġi fil-marinas tagħha, ċioe l-Imsida, Ta’ Xbiex u l-Imġarr, Għawdex. Sal-lum, fuq din il-waiting list hemm 437 applikazzjoni għal irmiġġ ġewwa l-Imsida u Ta` Xbiex, u 111-il applikazzjoni għal irmiġġ ġewwa l-Imġarr. Dawn il-figuri ma jinkludux dettalji dwar applikazzjonijet għal irmiġġi f’marinas tal-privat. Iva, hemm intenzjoni li jsiru yacht marinas fil-ġejjieni.

Tas-Sliema — Triq it-Torri

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 281 u jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq it-Torri, Sliema li ġie mwaqqaf biex issir trinka ta' Enemalta għal ħanut partikolari? Jista' jinfurmani meta dan se jitkompla għaliex dan suppost diġa' sar u m'hemm l-ebda risposta bil-miktub minn uffiċjali tal-ADT għal mistoqsijiet tal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema u għar-residenti? Kienet ippjanata wkoll li ssir bankina ġdida ġo Triq it-Torri, Sliema li tagħti lejn ix-xatt, jista' jinfurmani meta dawn ix-xogħlijiet se jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa x-xogħol huwa wieqaf peress li qed jiġu riveduti xi talbiet għal varjazzjonijiet li saru fuq parti mix-xogħolijiet. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li l-bankina l-ġdida ppjanata fi Triq it-Torri hija parti minn proġett akbar li ser isir minn Ministeru ieħor.
Leg 11 PQ #743 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-gvern bla job description allavolja ilhom hemm bosta snin? Hemm xi żmien stipulat fejn dawn in-nies se jirċievu dan il-job description?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 45 uffiċjali pubbliċi li baqgħu fil-grad sustantiv ta’ Officer in Grade/Scale għal raġunijiet diversi li jinkludu uffiċjali pubbliċi li: (i) temmew il-kuntratt tagħhom f’Top Structure Positions jew f’Segretarjati Privati ta’ Ministri/Segretarji Parlamentari; (ii) ġew assimilati wara li waqfu jagħmlu xogħol skond il-grad tagħhom; (iii) għamlu snin sekondati mas-Servizz Pubbliku minn ma’ kumpaniji parastatali u ingħataw grad fis-Servizz Pubbliku komparabbli mal-livell ta’ responsabbiltà skond id-dmirijiet li kienu jwettqu. Dawn l-impjegati pubbliċi xorta jagħmlu xogħol fil-livell ta’ l-iskala ta’ salarju li jirċievu, u jistgħu japplikaw għal sejħiet t’applikazzjonijiet skond ir-rekwiżiti ta’ l-eliġibilità.

St Julians — Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jivverfika jekk il-Belgravia Auction Gallery, f'Main Street, St Julians għandu xi reserved parking jew loading/unloading bay għalih biss. U jekk fl-affermattiv, b'liema kriterji dan għandu d-dritt u ħwienet oħra le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #3 Sitting 11 2008-06-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Irranġar ta' galleriji ta' l-injam

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinfurmani kemm-il applikazzjoni għall-għajnuna ta' sussidju għall-irranġar ta’ galleriji ta’ l-injam ġew konfermati lis-sidien tad-djar fil-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, l-Gżira u San Ġiljan u dan bħala parti mill-iskema tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li: F’Tas-Sliema ġew konfermati 223 applikazzjonijiet u F’San Giljan ġew konfermati 8 applikazzjonijiet. Il-Gzira mhix Żona ta’ Konservazzjoni jiġifieri UCA u b’hekk ma setgħux jiġu konfermati applikazzjoniet.

Eurovision 2008

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swiet b'kollox lill-kaxxa ta' Malta l-kompetitzjoni tal-Eurvision 2008 mill-bidu tal- kontestazzjoni sa l-aħħar ġurnata f'Belgrade? Wara voti sfaċċati bħal dawk, Malta se tkompli tipparteċipa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li n-nefqa tal-Kunsill Malti ghall-Kultura u l-Arti ghall-kompetizzjoni tal-Eurovision 2008 tammonta ghall- Ewro 46,588, u l-ispejjez l-ohra involuti f’dan il-festival gew minn Sponsors. Huwa l-hsieb tal-Kunsill li Malta tkompli tippartecipa f’dan il-festival.