Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tnaqqis fuq imgħaxijiet

Question

Meta kienu telgħu l-imgħaxijiet ta' banek, sar għagħa kbir, issa li tnaqssu, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qegħdin jiffrankaw familji li għandhom loans mal-banek? Ċifra medja tkun biżżejjed biex tagħti idea.

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — Sliema Road - tiswija tat-triq

Question

Fi sfont ta' ħafna mistoqsijiet parlamentari li saru fuq Sliema Road, Kappara, u l-istat ħażin ħafna ta' din it-triq li tagħti ukoll lejn l-isptar, jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-tiswijiet, u jekk hux aħjar li t-triq ssir darba għal dejjem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ħa jkun qed isir xogħol ta’ resurfacing fuq din it-triq bi sħab bejn l-ADT u l-Kunsill Lokali ta’ San Gwann li tiegħu hi r-responsabbiltá.
Leg 11 PQ #5875 Sitting 81 2009-02-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

riforma ta' liberazzjoni — kumpanniji fuq l-istock exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riforma ta' liberazzjoni tinkludix ukoll kumpanniji li huma listed fuq l-istock exchange?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sussidju f'forma ta' voucher ta' € 75

Question

Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Beneficcju tal-Energija se jkun amministrat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dejjem għamel s’issa.

Familji li jospitaw studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-familji li jospitaw l-istudenti kemm se jibbenefikaw mill-miżura li tħabbret fil-budget?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond stima li saret, huwa previst li b’riżultat tal-miżura mħabbra fil-budget, familji li jospitaw l-istudenti ser jiffrankaw madwar €45,000 taxxa għas-sena bażi 2009.

Skema għal dawk li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #3910 Sitting 53 2008-11-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija ta' l-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani liema postijiet li jagħmlu parti mid-9 u mill-10 distrett għandhom diġa' l-iskema tal-Ispiżerija tal-għażla tiegħek? Rigward dawk il-postijiet fejn is-sistema għadha ma bdietx, jista' jinfurmani d-dati meta din l-iskema se tibda tintuża?

Response (DALLI, JOHN)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Turiżmu — Taxxa fuq lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern hu li tali miżata tkun imħallsa direttament minn min jagħmel użu mis-servizz ta’ akkomodazzjoni, kif spjegat fid-Diskors tal-Baġit 2009 (Paġna 29). Ma jkunx hemm għalfejn li jinħolqu strutturi ġodda għall-amministrazzjoni ta’ din l-miżata billi din il-50 ċentezmu ta’ euro ser tkun forma ta’ eko kontribuzzjoni. Il-ħlas isir lis-sid ta’ l-akkomodazzjoni li, imbagħad, dan jgħaddiha lid-Dipartiment tal-VAT Department, meta jagħmel il-ħlasijiet tiegħu normali tal-VAT.

Sussidju f'forma ta' voucher ta' € 75

Question

Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Turiżmu — Taxxa fuq lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skema għal dawk li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2301 Sitting 43 2008-10-15 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Giljan — Zebra Crossing

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1102, fejn hemm indikat li se jsiru railings fi Triq Angelo Pullicino, nixtieq ninforma lill-Prim Ministru li dawn ir-railings qatt ma saru. Jista' jinfurmani liema permit number inħareġ mill-MEPA fuq dan ix-xogħol li sar f'dawn ir-rampi stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-railings ma sarux fuq parir tal-perit tal-Kunsill peress li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers u dawn ma jkunux jistgħu jgħaddu jekk ikun hemm dawn ir-railings. Madanakolu ser jitwaħħlu tabelli li jindikaw li r-rampa saret għall-użu ta’ shopping carriers biss. Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda permess tal-MEPA għall-imsemmija rampa u għalhekk ser jittieħdu passi kemm mill-MEPA kif ukoll mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali jekk jirriżulta li sar abbuż minn fondi pubbliċi.

Importazzjoni ta' mufflers għall-muturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2302 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?

Response (FENECH, TONIO)

Cust 45/08/26 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont in-nomenklatura statistika tat-Tariffa Komuni tad-Dwana ta’ l-Unjoni Ewropea l- mufflers għall-muturi jaqgħu taħt CN code 87141900 u huma aggregati ma’ diversi spare parts u aċċessorji oħra ta’ muturi, roti u karreġġi għal persuni b’diżabilita’. L-importazzjoni matul din is-sena ta’ dan is-CN code 87141900 laħħqet valur ta’ EUR 31591, b’total ta’ 3257 spare parts u aċċessorji differenti. Għalhekk mhux possibbli li d-Dwana tkun taf kemm minn dawn kienu mufflers għall-muturi. Rigward l-aħħar mistoqsijiet nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministri konċernati.

Importazzjoni ta' mufflers għall-muturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2302 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ċumnija ta' l-Isptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk tul dawn l-aħħar xahrejn ċ-ċumnija ta' St Lukes kellhiex xi ġranet fejn bdiet titfa' in-nugrufun? Din kienet okkażjoni waħda jew se tibda ssir kull tant żmien?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li f’dawn l-aħħar xagħrejn iċ- ċumnija tal-Isptar San Luqa daħnet darba waħda. Ninsab informat ukoll li dan ġara meta ġew mixgħula il- boilers , minħabba ħsara fil-mekkanizmu li jaffetwa l-ħruq tal- fuel ta’ dawn il- boilers . Minn dakinhar l-hawn qegħdin isiru testijiet regolari, li jiġu rreġistrati, biex episodji oħra jiġu evitati. Madankollu, jista’ jiġri li ċ-ċumnija terġa’ ddaħħan kaġun ta’ xi ħsarat.
Leg 11 PQ #2301 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Giljan — Zebra Crossing

Question

B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 1102, fejn hemm indikat li se jsiru railings fi Triq Angelo Pullicino, nixtieq ninforma lill-Prim Ministru li dawn ir-railings qatt ma saru. Jista' jinfurmani liema permit number inħareġ mill-MEPA fuq dan ix-xogħol li sar f'dawn ir-rampi stess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' mufflers għall-muturi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk għadhomx jiġu mportati mufflers- cioe' dak l-apparat li jitwaħħal mal-mutur biex jagħmel iktar ħoss fis-sewqan? Jekk le, kemm ilha li twaqqfet l-importazzjoni tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew importati minnhom din is-sena u jekk humiex aċċettati għall-fini ta' ambjent minħabba n-noise pollution? X'kontrolli hemm fuqhom? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet fuq kontravvenzjoni ta' ħoss eċċessiv minn dawn il-muturi bil-mufflers?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.
Leg 11 PQ #2303 Sitting 35 2008-09-29 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Investigazzjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1263, jista' l-Ministru jinfurmani x'inhu l-eżitu ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni KNPD?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li saret irriżulta lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ li r-rampi in kwistjoni saru għall-shoping carriers u li twaħħlu sinjali li jindikaw dan il-fatt. Irriżulta wkoll li t-triq hi kollha taraġ u li mhux teknikament possibli li jsiru rampi għall-użu ta’ persuni skond il-Linji Gwida tal-Kummissjoni.