Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10415 Sitting 141 2009-09-28 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Għajnuna lin-nurseries tal-football

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kunsill lokali jistax jagħti għotja fi flus jew fi kwalunkwe forma oħra lil xi nursery tal- football tal-lokal tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji ta' din l-għotja u jekk hemmx limitu ta' flus jew ta' żmien? Jekk fin-negattiv, għaliex ma tistax tingħata din l-għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

San Gwann — Triq Sebuqa

Question

Ġaladarba qed ikun hemm inċidenti spissi fit-Triq Sebuqa, San Gwann u hemm talbiet għal miżuri ta' traffic calming mir-residenti u mill-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid x'miżura beħsiebha tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex dawn l-inċidenti jitnaqqsu u r-residenti jistgħu jserrħu rashom li t-triq ma tibqax tintuża donnha korsa tal-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ talbet proposti dettaljati mill-Kunsill Lokali ikkonċernat għal miżuri ta’ traffic calming fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant sabiex dawn ikunu jistu jiġu evalwati.
Leg 11 PQ #9669 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke — Kunsill lokali - ħlas

Question

In vista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8852 u ġaladarba dawn l-attivitajiet saru matul is-sena li għaddiet, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill rrifonda l-flus li tħallsu anke għal drabiet oħra, fejn intwerew logħbiet tal-football bil-ħlas, skond il-flyers li ntbgħatu fid-djar ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet li saru għall-logħba finali kollha ġew rifużi. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġie infurmat mill-Kunsill Lokali Pembroke illi s-sena l-oħra saret l-istess attività u dak inhar kienu nġabru €45. Il-Kunsill ġie mitlub biex anke dan l-ammont jiġi rifuż.
Leg 11 PQ #9669 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke — Kunsill lokali - ħlas

Question

In vista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8852 u ġaladarba dawn l-attivitajiet saru matul is-sena li għaddiet, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill rrifonda l-flus li tħallsu anke għal drabiet oħra, fejn intwerew logħbiet tal-football bil-ħlas, skond il-flyers li ntbgħatu fid-djar ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8852 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — attività tal-final champions league

Question

Kunsill Lokali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qed jibgħat flyers lir-residenti fejn il-kunsill stess se juri l-final champions league, u dan bi ħlas li jinkludi xi drinks u finger food. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex legali? Il-kunsill kellu jitlob xi permess mid-dipartiment? Kemm daħħlu flus minn din l-attività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hu minnu li l-Kunsill Lokali indikat minnek kien qed juri l-logħbiet tal-UEFA Champions League bi ħlas. Dan hu bi ksur tal-liġi peress li l-istess Kunsill m’għandux bye-laws li jippermettu dan. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-waqt li, appena d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġie a konjizzjoni ta’ dan il-każ, l-imsemmi Kunsill ġie mwaqqaf milli jagħmel l-attività maħsuba għall- Final Champions League u jirrifondi l-flus lill-persuni li laħqu ħallsu, ser jittieħdu wkoll passi oħra punittivi fil-konfront tal-istess Kunsill. L-ammont kollu miġbur mill-Kunsill Lokali hu ta’ € 252, li jinkludi ammont li jrid jiġi rifuż lill-persuni kkonċernati għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq.

Imsida — Triq Innocenza Zammit

Question

Jista' l-Ministru jara li awtorità kompetenti tindirizza l-periklu li hemm fil-bypass tal-università/sptar , għan-nies li jkunu jridu jaqsmu min-naħa ta' Triq Innocenza Zammit, Imsida lejn in-naħa l-oħra speċjalment għal min ikun irid jirkeb xi xarabank, qabel ma jsir xi inċident ikrah?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8852 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — attività tal-final champions league

Question

Kunsill Lokali li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qed jibgħat flyers lir-residenti fejn il-kunsill stess se juri l-final champions league, u dan bi ħlas li jinkludi xi drinks u finger food. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan huwiex legali? Il-kunsill kellu jitlob xi permess mid-dipartiment? Kemm daħħlu flus minn din l-attività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Air Malta — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta żiedet it-taxxi b'xi madwar ewro? Minn meta bdiet din iż-żieda fit-taxxi u x'kienet il-kawża ta' din iż-żieda? Kemm se tiġbor l-Air Malta b'din iż-żieda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta ma tiċċarġjax taxxi. It-taxxi li jkunu nklużi fil-prezz tal-biljett huma imposti minn entitajiet oħra u japplikaw għal linji ta’ l-ajru kollha.

Heritage Malta — żieda fil-prezzijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti ir-raġuni taż-żieda fil-prezzijiet tal-Heritage Malta għal 2010 għad-dħul fil-mużewijiet? Kemm se jkunu dawn iż-żidiet u l-iskop ta' tnaqqis ta' ċerti benefiċċji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Membru żgur japprezza li l-prezzijiet ta’ dħul għall-mużewijiet u siti kif kienu sa issa kienu estremament baxxi, speċjalment meta paragunati ma’ postijiet simili fl-Ewropa, iktar u iktar meta wieħed iqis li ċerti siti huma uniċi (bħal per eżempju t-tempji megalitiċi) għax ma jinstabu imkien ieħor fid-dinja. Il-mużewijiet u s-siti kollha jeħtieġu manutenzjoni kbira jekk nixtiequ li jkunu attraenti, kif ukoll management addattat. Żdiedu diversi benefiċċji, bħal tnaqqis fil-prezz għall-anzjani, studenti, gruppi, minbarra ‘multi-site tickets’ u dħul b’xejn f’okkażjonijiet stabbiliti.

Air Malta — taxxi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta żiedet it-taxxi b'xi madwar ewro? Minn meta bdiet din iż-żieda fit-taxxi u x'kienet il-kawża ta' din iż-żieda? Kemm se tiġbor l-Air Malta b'din iż-żieda?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

San Gwann — Triq Sebuqa

Question

Ġaladarba qed ikun hemm inċidenti spissi fit-Triq Sebuqa, San Gwann u hemm talbiet għal miżuri ta' traffic calming mir-residenti u mill-kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid x'miżura beħsiebha tieħu l-Awtorità dwar it-Trasport biex dawn l-inċidenti jitnaqqsu u r-residenti jistgħu jserrħu rashom li t-triq ma tibqax tintuża donnha korsa tal-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7825 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

liċenzji tal-campers

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk huwiex veru li l-liċenzji tal-campers se jogħlew minn din is-sena? Jekk huma ogħla mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea , jista' jgħid għaliex, anke jekk dawn il-caravans jintużaw għall-weekends biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bical

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal flus biex jitħallsu lid-depożitaturi tal-Bical u meta dawn beħsiebhom jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ €756,904 (Lm324,939) li huwa dovut lill-klijenti jirrappreżenta l-aħħar porzjon ta’ 20% mill-kapital oriġinali li kien għadu dovut fis-27 ta’ Novembru 1972 u li għadu ma ġiex distribwit mill-Kontrollur, kif ukoll l-interessi li jistgħu jkunu pagabli fuq din is-somma. Rigward il-possibilita’ ta’ distribuzzjonijiet futuri, il-kontijiet bankarji huma fil-preżent ibblokkati b’riżultat ta’ mandati ta’ sekwestru li ġew maħruġa fuq il-kontijiet bankarji u ebda distribuzzjonijiet ma jkunu possibbli sakemm dawn il-proċeduri ġudizzjarji ma jiġux finalizzati.

Swatar — Triq is-Swatar u Triq Ġużè Ellul Mercer

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2242 tal-2006 li kienet tgħid li Triq is-Swatar, Swatar, Msida kellha bżonn traffic calming measures, fosthom sleeping policemenu dan minħabba li hemm skola u hemm diversi okkażjonijiet ta' karozzi li jgħaddu bi speed eċċessiv, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu din il-materja bħala urġenti u tara il-bżonnijiet reali ta' din it-triq qabel ma jkun hemm xi inċident? Jista' jara wkoll li jsir traffic assesment fi Triq Ġużè Ellul Mercer, Swatar, fejn bejn li hi l-unika triq two way,bejn li tgħaddi xarabank u li hemm ħafna garaxxijiet , forsi huwa lok li din tkun one way?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sliema — Bus stop

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex bus stop fix-xatt tas-Sliema, n-naħa tal-baħar ma nbidilx filwaqt li oħrajn inbidlu? Din il-bus stop hija eye sore kbira.

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Bank Bical — pagamenti

Question

Wara diversi drabi ta' intenzjoni ta' ħlas, jista' l-Ministru jagħti data ċerta ta' meta se jsiru l-aħħar pagamenti lil dawk in-nies li kellhom bank account mal-Bank Bical?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi diversi proċeduri ġudizzjarji qed iwwasslu għal dewmien fit-tqassim lid-depożitanti ta’ l-aħħar għoxrin fil-mija tal-kapital u l-interessi dovuti fuq id-depożitu kollu. Il-Kontrollur qiegħed jagħmel dak kollu possibli fil-poter tiegħu biex din il-kwistjoni tiġi finalizzata fl-aktar żmien qasir sabiex l-likwidazzjoni tal-kumpaniji titkompla sal-finali u issir distribuzzjoni ta’ dak kollu dovut fl-iqsar żmien possibbli.

Tnaqqis fuq imgħaxijiet

Question

Meta kienu telgħu l-imgħaxijiet ta' banek, sar għagħa kbir, issa li tnaqssu, jista' l-Ministru jinfurmani kemm qegħdin jiffrankaw familji li għandhom loans mal-banek? Ċifra medja tkun biżżejjed biex tagħti idea.

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi peress li data li qed jitlob hi ta’ natura kummerċjali, din trid tinġabar mingħand il-Banek li huma privati. Għaldastant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Leg 11 PQ #5983 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Scheme — Fondi

Question

Ladarba l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha miljuni ta' euros miġburin mill-commuted parking scheme għal diversi lokalitajiet u rari jintnefqu, jaħseb il-Prim Ministru li huwa l-mument li dawn il-flus li jappartjenu lil-lokalijiet għandhom ikunu mgħoddija lill-kunsilli lokali rispettivi sabiex jintnefqu fuq toroq fil-lokal stess? Jista' jgħid kemm hemm flus fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-commuted parking scheme f'kull lokalità u min qed jiggwadanja mill-interessi ta' dawn is-somom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-flus fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-commuted parking scheme f'kull lokalità. L-interessi ta' dawn is-somom qed jiġu ridepożitati fil-kontijiet tas-CPPS stess, u jinqasmu fuq il-lokalitajiet skond il-bilanċi relattivi.
Leg 11 PQ #5983 Sitting 82 2009-02-11 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru