Jista' l-Prim Ministru jara kif l-Iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara stess, bil-mijiet tat-tfal li għandha, u saħansitra anke tpoġġew signs mill-iskola stess ġol-ġnien? Donnu sar takeover tal-ġnien mill-iskola, u dan a skapitu tar-residenti.
Jista' l-Ministru jikkonsidra validi dawk l-applikanti li diġa' kellhom karta bi prezz iffissat fuq xiri ta' oqbra u ma jaqgħux taħt il-prezz il-ġdid li ġie mħabbar?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-investigazjonijiet fil-Kunsill Lokali ta' Pembroke intemmux, u jekk dawn kellhomx xi eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-dokumenti li ntbgħatu mill-Kunsill Lokali Pembroke irriżulta illi l-Kunsill naqas li jagħmel l-Iskeda tal-aġġudikazzjoni teknika u dan peresss li ż-żewġ offerenti ingħataw punti massimi. Id-Dipartiment ma sabx li kien hemm lok li tali irregolarità tannula l-proċess, iżda l-Kunsill ġie mwissi biex ’il quddiem isegwu l-proċedura kollha skrupolożament.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-Tribunal Industrijali huwiex wieqaf? Jekk fl-affermativ, meta waqaf? Hemm xi ħjiel meta dan se jerġa' jibda jiffunzjona?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-means test hux se tkun applikabbli għal nies li diġà qegħdin jokkupaw il-postijiet mikrija? Dan jgħodd f'każ li xi ħadd mill-konjugi jiġi nieqes/nieqsa , jew f'każ ta' seperazjoni?
Xatt tas-Sliema, Rue d’Argens Gzira u Ta’ Xbiex — bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tliet bus shelters li hemm fix-Xatt tas-Sliema, f'Rue d’Argens Gzira u dik ta' Ta’ Xbiex li huma fi stat tal-biki, speċjalment dawk li huma ġodda, isiru suret in-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jara kif it-Turkish Kebab Shop li hemm f'Rudolph Street, kantuniera ma' Mrabat Street, Tas-Sliema huwa konformi fil-permessi ta' signage tal-ħanut, ħażniet ta' ċilindri ta' gass, u skavar taħt djar privati, biswit il-ħanut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sid il-ħanut indikat ġie imġiegħel ineħħi t-tabella li kien waħħal riċentament fuq il-bieb tal-ħanut mingħajr il-permessi meħtieġa. Dan iddeċieda li jikkonforma mal-ordni li ngħata sabiex jevita azzjoni t'infurzar kontrih. Li fadal biss huma adhesive stickers li jindikaw in-negozju ġestit u li huma imwaħħlin direttament mal-vetrina. Ma jirriżultax li dawn huma irregolari. Mill-istess investigazzjoni lanqas ma jirriżulta li qed jinħażnu ċilindri tal-gass ħlief dawk li qed jintużaw fil-kċina jew inkella li sar xi skavar taħt proprjetà ta' terzi. Għaldaqstant mhux il-każ li tittieħed azzjoni t' infurzar mill-Awtorità.
Fis-6 ta' Ottubru 2009 fi Triq il-Miżura, l-Ibraġġ, ġara inċident fejn xi djar ġratilhom ħsara kbira kkawżata minn surge ta' vultaġġ qawwi, li ħaraq bosta affarjiet f'dawn l-istess djar? Fl-istess ġurnata kien hemm krejn qed jaħdem hemmhekk. Jista' l-Ministru jinfurmani kif se jibqgħu dawn il-familji li ġarrbu din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kappara — petition dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction
Question
In vista tal-petition mir-residenti tal-Kappara dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction, jista' l-Ministru jinforma lili u lir-residenti bil-pjanti ta' dan il-proġett, il-ħsieb li hemm warajh u jiltaqa' mar-residenti konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11559, jista' l-Prim Ministru jgħid in vista tal-istqarrija tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan kif ġie kkwotat f'ġurnal, x'fondi ġew allokati lill-kunsill lokali, quantum, u għal liema skop ġew allokati? X'talba saret mill-kunsill lokali għal dawn il-fond, meta saret u għal liema skop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan din is-sena nieda pjan ta’ immaniġjar ta’ traffiku fil-lokalità u abbażi tar-rapport li ppreżenta lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fit-23 ta’ Marzu 2009, talab li jintużaw il-fondi tal-MEPA (CPPS) kif ukoll għamel talba għal fond ital-Unjoni Ewropeja.
Il-proposta tal-Kunsill tinkludi fost affarijiet oħra, bini ta’
car parks
u inizjattivi oħra bħal parkeġġ għar resident (residential parking scheme), użu ta’
mini vans
li jaħdmu bl-elettriku u
water taxis
.
It-talba kurrenti tal-Kunsill għal dawn l-inizjattivi tammonta għas-somma totali ta’ €1,843,000. Il-Kunsill s’issa għadu ma rċieva ebda fondi.
Jista' l-Prim Ministru, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jara kif it-Turkish Kebab Shop li hemm f'Rudolph Street, kantuniera ma' Mrabat Street, Tas-Sliema huwa konformi fil-permessi ta' signage tal-ħanut, ħażniet ta' ċilindri ta' gass, u skavar taħt djar privati, biswit il-ħanut?
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jinforma kemm hemm barranin b'identity cards Maltin u kemm minnhom huma miżżewġin lil persuni Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill Onovervoli Interpellant jirreferri l-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Xatt tas-Sliema, Rue d’Argens Gzira u Ta’ Xbiex — bus shelters
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tliet bus sheleters li hemm fix-Xatt tas-Sliema, f'Rue d’Argens Gzira u dik ta' Ta’ Xbiex li huma fi stat tal-biki, speċjalment dawk li huma ġodda, isiru suret in-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta żvilupp fil-pjazza tal-Balluta, San Ġiljan, li ilha hemm u li ġiet upgraded xi snin ilu? Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet, kemm fil-pjazza kif ukoll fil-wied biswitu? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi fondi tal-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi konvolġiment tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern m’għandu l-ebda pjan għal parkeġġ taħt il-pjazza tal-Balluta. Biss, ninsab infurmat li hemm applikazzjoni mill-Kunsill Lokali (Nru 2358/09) sabiex isir terminus żgħir għal electric bus biex jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti.
Ħaddiema reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin reġistrati bħala nies li għandhom impieg, mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sat-30 ta' Settembru 2009, maqsuma jekk għandu full-time u part-time, Unjoni Ewropea u le, nisa u rġiel?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2242 tal-2006 li kienet tgħid li Triq is-Swatar, Swatar, Msida kellha bżonn traffic calming measures, fosthom sleeping policemen u dan minħabba li hemm skola u hemm diversi okkażjonijiet ta' karozzi li jgħaddu bi speed eċċessiv, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu din il-materja bħala urġenti u tara il-bżonnijiet reali ta' din it-triq qabel ma jkun hemm xi inċident?
Jista' jara wkoll li jsir traffic assesment fi Triq Ġużè Ellul Mercer, Swatar, fejn bejn li hi l-unika triq two way,bejn li tgħaddi xarabank u li hemm ħafna garaxxijiet , forsi huwa lok li din tkun one way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT se tevalwa t-talba għal-traffic calming measures proposti mill-Onor. Interpellant filwaqt li tikkonferma li l-istess ADT approvat talba biex Triq Ġuże' Ellul Mercer issir one-way.
Jista' l-Ministru jara li awtorità kompetenti tindirizza l-periklu li hemm fil-bypass tal-università/sptar , għan-nies li jkunu jridu jaqsmu min-naħa ta' Triq Innoċenz Zammit, Imsida lejn in-naħa l-oħra speċjalment għal min ikun irid jirkeb xi xarabank, qabel ma jsir xi inċident ikrah?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT għamlet survey tal-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. L-ADT tikkunsidra l-istallazzjoni ta’ pelican crossing f’dan il-post bħala waħda perikoluża minħabba li hemm nuqqas ta’ viżibilità mit-traffiku f’dan il-post. Alternattivi oħrajn qegħdin jiġu kkunsidrati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi tip ta żvilupp fil-pjazza tal-Balluta, San Ġiljan, li ilha hemm u li ġiet upgraded xi snin ilu? Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjonijiet, kemm fil-pjazza kif ukoll fil-wied biswitu? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi fondi tal-Unjoni Ewropea? Kien hemm xi konvolġiment tal-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-hoist li hemm f'Marsaxlokk, li jintuża mill-opri tas-sajjieda u li ġie minn fondi tal-Unjoni Ewropea, issa hux qed jintuża mill-jottijiet ukoll? Dan huwa permessibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-hardstanding jista’ jintuża’ minn kulħadd inkluż minn bastimenti li mhumiex tas-sajd u dan sakemm iħallas għas-servizz provdut, liema arranġament ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea.
Kunsilli lokali — Għajnuna lin-nurseries tal-football
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10415 u jgħid jekk kunsill lokali jistax jagħti għotja fi flus jew fi kwalunkwe forma oħra lil xi nursery tal- football tal-lokal tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji ta' din l-għotja u jekk hemmx limitu ta' flus jew ta' żmien? Jekk fin-negattiv, għaliex ma tistax tingħata din l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi skont l-emendi li għadhom kemm saru fl-Att dwar Kunsilli Lokali, Kunsill Lokali ma jista’ jagħti l-ebda donazzjoni la ta’ flus u lanqas mod ieħor lill-ebda entità. Fil-fatt l-istess liġi li emendat l-imsemmi Att, eliminat dik li qabel kienet it-Tmien Skeda ta’ l-Att li kienet telenka organizzazzjoniet mhux governattivi li setgħu jirċievu donazzjonijiet minn Kunsilli Lokali.