Peress li Malta poġġiet lil ċertu pajjiżi fuq green light, fosthom hemm xi pajjiżi li għandhom bżonn visa biex jidħlu, jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti hemm?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tneħħija ta’ dawn l-inġenji ma taqax taħt ir responsabilità tal-Ministeru. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li fix-Xatt ta’ Spinola, San Ġiljan, fejn biswit hemm lukandi ta’ 4 u 5 stilel, inħallu nġenji sbieħ, kkuluriti u Maltin, minflok dawk li qed jidhru fir-ritratti, biex il-post ikun ta’ kwalità kif mixtieq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tneħħija ta’ dawn l-inġenji ma taqax taħt ir responsabilita’ tal-Ministeru. Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21017, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb li jinsab fi Spinola Bay, ma’ ġenb u taħt ir-restoranti kollha, jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jipprovdi Site Plan tal-propjeta li qed issir il-mistoqsija dwarha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20954, peress li fil-blokka msemmija ħadd għadu ma mar jinvestiga, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-problema tissolva?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex tigi solvuta l-problema ta’ skular ta’ ilma fil-lift pit tal-blokka msemmija jirrikjedi xogħlijiet biex jissaħħaħ l-ilqugħ kontra penetrazzjoni ta’ ilma kif ukoll investigazzjoni fis-sistemi tad-drenaġġ fil-madwar sabiex jiġu identifikati l-ħsarat. Dawn il-proċessi diġa nbdew mill-Awtorità tad-Djar u diġa qed naraw li jsiru l-interventi meħtieġa.
B’referenza għall-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li hemm residenti li għandhom problema ta’ mobilità u peress li hemm spazju għal lift, jista’ l-Ministru jgħid għala s’issa għadu ma sarx lift fil-blokka? Jista’ jieħu rimedju u dan il-lift isir?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura li tittieħed mill-Awtorità tad-Djar rigward l-għażla jekk joqgħodx il-lift, tiddependi fuq il-wisgħa tat-taraġ li ma jkunx iktar dejjaq mil-limitu stabbilit u li kien ġie maqbul mas-CRPD (Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilita’) u mas-CPD (Civil Protection Department). L-Awtorità tagħmel dak kollu possibli biex taċċerta li t-taraġ ma jkunx dejjaq b’tali mod li joħloq problemi ikbar f’każijiet ta’ emerġenza.
L-imsemmi każ jaqa’ taħt il-limitu stabbillit u għalhekk il-
lift
ma jistax jiġi akkomodat. Dan ma jistax jiġi direttament imqabbel ma’ blokki oħra fiż-żona li għandhom qisien tal-wisgħa tal-komun varji.
B’referenza għar-ritratt li jinsab anness, li juri l-istat ta’ post prominenti f’San Ġiljan li hu post turistiku, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-ritratt li jinsab anness, li juri l-istat ta’ post prominenti f’San Ġiljan li hu post turistiku, jista’ l-Ministru jgħid hekk hux possibbli li dan il-bieb jinżamm kif inhu xieraq, u jkun b’kuluri sbieħ li jpaxxu l-għajn u mhux telqa tul San Ġiljan?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi Site Plan tal-propjeta li qed issir il-mistoqsija dwarha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-taħditiet mal-Unjoni Ewropea, minn Ottubru li ġej, il-ground handling ser ikollu jingħata barra u mhux mill-Air Malta? F’dan il-każ, jista’ jgħid x’ser jiġri mill-istaff u jekk għandhomx ix-xogħol garantit?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din il-materja hi waħda li se tiġi deċiża mil-linja nazzjonali tal-ajru in linea mal-pjan strateġiku l-ġdid tagħha, b'ħarsien tax-xogħol tal-ħaddiema tal-lum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20935, ġaladarba huwa ħażin li nħallu post fid-dlam u bla dawl, tista’ l-Ministru minflok tobbliga lill-kumpanija privata biex tirranġa s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kkomunika mal-kumpanija privata u ġejna nfurmati li għaddejin diskussjonijiet biex tiġi solvuta l-problema.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-Marina f’Ta’ Xbiex ilha fid-dlam għal tul ta’ żmien? Min hu responsabbli u meta se jittranġaw dawn id-dwal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dawl fil-Marina f’Ta’ Xbiex ma jaqgħax taħt ir-responsabilita tal-Enemalta, iżda taħt kumpanija privata. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll, l-Enemalta PLC ikkonfermat li d-dwal fit-toroq tal-madwar li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tagħha m’għandhomx ħsarat.
Jista’ l-Ministru jara li l-lift li jinsab fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jittranġa mill-iktar fis possibbli, minħabba li taħt dan il-lift hemm ħafna ilma għax dan il-lift ilu ma jaħdimx, sabiex kulħadd ikollu dan is-servizz?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-lift kien jaħdem u jintuża mir-residenti sas-26 ta’ April 2021. Minn spezzjoni li saret mill-uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar flimkien mal-kuntrattur tal-lifts instab li l-lift pit kellha madwar 30cm ta’ ilma li jista’ jkun drenaġġ. Fiċ-ċirkostanzi, kien fid-dmir tal-Awtorità tad-Djar li titfi b’mod temporanju dan il-lift għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurta’. L-Awtorità bdiet b’mod immedjat l-investigazzjonijiet biex tirrisolvi fl-iqsar żmien possibli dan l-inkonvenjejt.
Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex l-LSE tinżamm flimkien mat-tifel ġaladarba t-tifel avvanza ħafna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull deċiżjoni tittieħed minn tim multi dixxiplinarju fejn il-kunsiderazzjoni ewlenija tkun l-aħjar interess u l-ġid tal-istudent.
San Ġwann – Triq il-Baruża – pelican lights u mera
Question
Jista’ l-Ministru jara li ħdejn Triq il-Baruża, San Ġwann isiru pelican lights b’zebra crossing kif ukoll mera, biex min joħroġ minn Triq it-Trunċiera it-twila, jara t-traffiku li jkun ġej?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ Triq il-Barnuża San Ġwann, mill-Kunsill Lokali rispettiv.
Jista’ l-Ministru jara li l-mixja tul San Ġiljan u Tas-Sliema jsir tindif kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, peress li tinsab maħmuġa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-promenade minn San Ġiljan sa’ Tas-Sliema titnaddaf kuljum. It-tindif isir kemm fuq il-bajjiet kif ukoll tul il-promenade. It-tindif u tbattil ta’ kontenituri tal-skart tul il-promenade isir 3 darbiet kuljum. Ta’ min wiehed jinnota t-tibdil fil-logistika tal-ġbir tal-iskart f’dawn l-aħħar ġimgħat u għaldaqstant, qed isiru sforzi sabiex is-sistema ta’ ġbir tigi aġġornata wkoll għal dawn iċ-ċirkostanzi ġodda.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li minn Jannar il-wage supplement bdiet tinħadem skont id-differenza fit-tnaqqis tas-sales li kellhom bejn l-2019 u l-2020. Dawk is-self employed li huma eżentati mill-VAT baqgħu jirċievu s-supplement bir-rata li kienu jirċevuh bejn Lulju u Diċembru tal-2020.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.