Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13974 Sitting 193 2010-03-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — restawrar ta' galleriji

Question

Fl-iskema maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq restawr ta' galleriji magħluqa hemm applikazjonijiet konfermati u li fuqhom sar ix-xogħol iżda għadhom ma tħallsux. Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li ma tħallsux, kemm jammontaw dawn l-applikazzjonijiet, kemm hu t-total dovut mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u meta se jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt l-iskema ta' Jannar 2008 l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċiviet ’il fuq minn 590 applikazzjoni sabiex isiru xogħlijiet fuq il-galleriji ta' l-injam. Sa l-aħħar ta’ Jannar ġew mħallsa 202 applikazzjoni, hemm 392 applikazzjoni pendenti li minnhom 64 għadhom qed jiġu pproċessati minħabba diversi raġunijiet ta' diskrepanzi fl-applikazzjonijiet milqgħuha. Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra tabella b'iktar dettalji.

Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema — double jew single yellow line

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ħdejn u madwar l-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema ġiet kollha b'żebgħa safra, double jew single yellow line, reserved areas, biex illum l-ebda resident ma jista' jipparkja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-interventi li saru fuq il-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, saru wara ftehim li ntlaħaq bejn it-Transport Malta, il-Pulizija u l-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema. Dan sar peress illi f'dan il-post kien qed isir ipparkjar illegali li kien qed jikkawza kongestjoni.

Paceville — Triq Elia Zammit - taxi stand

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif biċċiet ġodda fi Triq Elia Zammit, Paceville ġew allokati lil taxi stand li ma tintużax, minflok f'posthom iżjed 'l ġewwa fil-qalb ta' Paceville u ġol-istess triq hemm no parking sign donnha falza u li minħabba fiha, nhar il-Ġimgħa għal xi l-10pm, il-pulizija bdew jagħtu ċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fit-triq in kwistjoni fil-fatt hemm 19-il taxi stands li ġew approvati minn Transport Malta fit-12 ta' Mejju 2004. Għaldaqstant, ma jistax isir ipparkjar ta' vetturi normali, dan skond it-tabelli li hemm fuq il-post.

Uffiċju Kongunt — skema ta' fidi ta' ċnus ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm saru kuntratti taħt l-iskema preżenti ta' fidi ta' ċnus ta' proprjetà residenzjali ta' bejgħ u ta' proprjetà residenzjali mikrija, amministrati mill-Uffiċċju Kongunt fis-snin 2005 , 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kien id-dħul tal-Gvern f'dawn is-snin? Minn liema nutara tad-dipatiment jew nutura privati ġew pubblikati dawn il-kuntratti fl-2009? Meta bdiet ir-riforma ta' din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntratti u d-dħul minnhom, taħt l-Iskema preżenti ta’ fidi ta’ ċnus ta’ proprjeta’ amministrata mill-Uffiċċju Konġunt fis-snin mill-2005 sal-2009 kienu kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq inżid li, ġaladarba issa qbadna ċertu ritmu wara s-sospensjoni tal-ipproċessar minħabba r-riforma, din is-sena huwa previst li jsiru ħafna iktar kuntratti mis-sena li għaddiet u ta’ qabilha, fil-fatt f’Jannar 2010 diġa saru 49 kuntratt bi dħul gross ta’ € 448,849. Irrid niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Membru li, kif stipulat f’Artiklu 7 tal-Ftehim iffirmat fit-28 ta’ Novembru 1991 bejn l-Istat u s-Santa Sede, l-Gvern jieħu biss parti minn dan id-dħul. Kif jistipula l-istess Artiklu 7, il-bqija irid jingħata lill-Fondazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja permezz ta’ Bonds li jinħarġu apposta. Il-kuntratti li saru fl-2009 kienu ppublikati minn 3 nutara tal-Gvern li bejniethom ippublikaw 158 kuntratt, u minn 48 nutara privati li bejniethom ippublikaw 92. Ir-riforma ta’ din l-iskema bdiet fid-29 ta’ Jannar 2009.

Tħawwil ta' siġar bħala memorja għal nies mejta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-qraba ta' nies li mietu humiex qegħdin jiġu mistoqsija jekk iridux jitħawwlu siġar għall-memorial? Jekk dan hu minnu, liema dipartiment qiegħed jistaqsi lil dawn il-qraba? X'rispons hemm? Minn liema distretti hemm l-iżjed rispons? Kemm-il siġra ġiet imħawla fl-2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Kampanja 34U tinkorpora ukoll l-iskema “Tree For Life” li hija skema voluntarja u li fiha il-pubbliku in ġenerali qed jigi imħeggeg iħawwel siġra kull meta tiġi nieqsa persuna. Permezz ta' din l-iskema wieħed ikun qed joħloq tifkira ħajja ta' persuni għeżież billi nagħtu ħajja ġdida bit- tħawwil ta' siġra bħala tifkira dejjiema.Il-Kampanja 34U tinkorpora ukoll l-iskema “Tree For Life” li hija skema voluntarja u li fiha il-pubbliku in ġenerali qed jigi imħeggeg iħawwel siġra kull meta tiġi nieqsa persuna. Permezz ta' din l-iskema wieħed ikun qed joħloq tifkira ħajja ta' persuni għeżież billi nagħtu ħajja ġdida bit- tħawwil ta' siġra bħala tifkira dejjiema.

Entitajiet reliġjuzi — proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm huma l-entitajiet reliġjuzi li tagħhom ġie konkluż il-proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet minnhom trasferiti lill-Gvern permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ entitajiet reliġjużi li l-proċess ta' rikonċiljazzjoni tal-valuri tal-proprjetajiet minnhom trasferiti lill-Gvern permezz tal-ftehim bejn il-Gvern u s-Santa Sede ġie konluż huwa kif muri fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li kull entità tinkorpora numru konsiderevoli ta’ proprjetajiet, infatti l-aħħar żewġ entitajiet li ġew rikonċiljati, bejniethom jinkorporaw aktar minn 1,500 proprjetà.

Flus mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-uffiċċju konġunt, wara l-ħruġ ta' tenders għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kien l-ammont ta' bonds trasferiti fis-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 lill-foundation of church schools konsegwenti għal dan il-bejgħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dħul tal-Gvern mill-bejgħ ta' proprjetajiet amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, wara l-ħruġ ta' tenders u l-ammont ta' bonds trasferiti lill-foundation of church schools konsegwenti għal dan il-bejgħ għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009 kien hekk: SENA DĦUL GROSS Stock lill-Fondazzjoni 2005 € 1,152,304 € 1,085,546 2006 € 3,651,700 € 2,684,415 2007 € 3,639,152 € 3,560,241 2008 € 11,876,384 € 11,797,558 2009 € 473,510 # # L-ammont li jrid jinħareġ bħala Stock fis-sena 2010 b’ konsegwenza tad-dħul gross minn proprjetajiet fis-sena 2009, għadu mhux magħruf peress li r-Rata tal-Inflazzjoni għas-sena 2009 għadha ma ġietx stabbilita.
Leg 11 PQ #15104 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema dwar restawr ta' gallariji

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13974 u 14486, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dawk l-applikanti li kienet saritilhom il-wegħda li se jitħallsu, humiex se jdumu ħafna biex jitħallsu, ġaladarba l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'għandom l-ebda problema ta' flus? Hemm data fissa ta' ħlas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli li fil-waqt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tiskuża ruħa minħabba d-dewmien fil-ħlasijiet tal-applikazzjoni li saru taħt din l-iskema, l-Awtorità ser tagħmel dawn il-ħlasijiet favur l-applikazzjonijiet approvati sat-3 ġimgħa ta' Marzu 2010.
Leg 11 PQ #15105 Sitting 192 2010-03-01 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13782 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk it-Tribunal Industrijali huwiex wieqaf? Jekk fl-affermativ, meta waqaf? Hemm xi ħjiel meta dan se jerġa' jibda jiffunzjona?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Tribunal Industrijali qatt ma waqaf jiffunzjona u s-seduti baqgħu jinżammu regolarment peress li l-Artikolu 73(6) tal-Kap. 452 (Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali) tal-Liġijiet ta’ Malta jipprovdi li persuna li tkun qed isservi ta’ chairperson tat-Tribunal għandha tibqa’ hekk isservi fil-proċeduri li tkun qed isservi bħala chairperson sakemm jintemmu dawk il-proċeduri u għall-fini ta’ l-interpretazzjoni ta’ kull sentenza mogħtija fihom. Ninsab infurmat li, wara li saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali kif rikjest mill-liġi, iċ- Chairpersons ġew maħtura mill-Onorevoli Prim Ministru biex iservu għal perjodu ta’ 3 snin oħra b’effett mit-12 ta’ Novembru 2009.
Leg 11 PQ #13694 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kappara — Chiswick School - takeover tal-ġnien

Question

Jista' l-Prim Ministru jara kif l-Iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara stess, bil-mijiet tat-tfal li għandha, u saħansitra anke tpoġġew signs mill-iskola stess ġol-ġnien? Donnu sar takeover tal-ġnien mill-iskola, u dan a skapitu tar-residenti.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-preokkupazzjoni ta’ l-Onorevoli Interpellant li “l-iskola Chiswick fil-Kappara ħadet over il-ġnien li hemm fil-Kappara”, mhix waħda reali peress li din kienet okkażjoni ta’ darba fejn l-imsemmija skola għamlet fire & evacuation drill. Jidher iżda li f’din l-okkażjoni li saret fil-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill ma kienx infurmat, u l-iskola ġiet mitluba mill-Kunsill Lokali biex 'il quddiem tinfurmah minn qabel.
Leg 11 PQ #14705 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - rampa

Question

Peress li Triq Angelo Pullicino f San Ġiljan se tiġi upgraded, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir mir-rampa li nbniet illegalment mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li ħadd qatt ma uża minkejja s-signs li hemm għat-trolleys? X'infurzar sar min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, min ħallas għal dan ix-xogħol illegali u x'sanzjonijiet ħarġu kontra min għamel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14709 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

nurses fl-isptarijiet u health centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nurses impjegati bħalissa fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Paul Boffa, fir-Residenza San Vincenz de Paule u fil-health centres? Hemm postijiet vakanti? Jekk iva, fejn hemm dan in-nuqqas u f'liema grad? Dawn il-postijiet jistgħu jkunu mimlija minn nies ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew mhux mill-Unjoni Ewropea? X'inhuma r-rekwiżiti f'dawn iż-żewġ każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14710 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — laboratory technicians

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laboratory technicians impjegati fl-Isptar Mater Dei? Kemm hemm postijiet vakanti ta' laboratory technicians fl-Isptar Mater Dei? Dawn il-postijiet jistgħu jitlew minn ċittadini tal-Unjoni Ewropea jew barra mill-Unjon Ewropea? X'inhuma r-rekwiżiti għal dawn iż-żewġ każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14711 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar health carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health carers bħalissa impjegati fid-diversi residenzi tal-anzjani madwar Malta? Hemm postijiet vakanti ta' health carers u jekk iva, kemm? Xi proċeduri hemm biex nies ġejjin mill-Unjoni Ewropea jew barra mill-Unjoni Ewropea japplikaw għal dawn il-postijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

kumpens għal min jixtri affarijiet li huma energy savers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ibbenifikaw minn xi kumpens għal oġġetti mixtrija li huma energy savers? Kemm ħallset flus l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi? Kemm hemm każi li ġew rifjutati u għaliex? L-Awtorità taċċetta affidavits jew kopji ta' rċevuti ġaladarba dawn l-irċevuti ntbagħtu għal-lotterija tal-VAT ukoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14816 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - pjanti ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Mnistru jgħid hux minnu li hemm pjanti ta' xogħlijiet fit-triq imtarrġa, Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan? Jekk dan hu minnu, il-pjanti qegħdin għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanat jew għand il-kunsill lokali? Min applika għal dawn ix-xogħlijiet? Meta ġew infurmati r-residenti? Se ssir xi laqgħa ta' diskussjoni mar-residenti? Jekk iva, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kappara — petition dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction

Question

In vista tal-petition mir-residenti tal-Kappara dwar kostruzzjoni ta' grade separated junction, jista' l-Ministru jinforma lili u lir-residenti bil-pjanti ta' dan il-proġett, il-ħsieb li hemm warajh u jiltaqa' mar-residenti konċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-grade separated junction fil-Kappara ilha s-snin fuq il-lista ta’ proġetti li jridu jsiru bil-fondi tal-Unjoni Ewropea u nġabet il-quddiem wara li ġie deċiż li l-proġett tat-triq tal-Għadira jiġi funded minn fondi lokali. L-għan bażiku tal-proġett tal-Kappara hu li r- roundabout preżenti tinbidel b’toroq f’livelli differenti li jippermettu l- flow tal-karozzi mingħajr il-geġwiġija li hemm llum u li tnaqqas il-ħin biex sewwieq jgħaddi minn naħa għall-oħra. Il- grade separated junction li hemm ħdejn l-Università hi eżempju ta’ dan. Il-pjanti aġġornati għadhom ma tlestewx għaliex hemm xi tibdil li jrid isir mill-pjanti li oriġinarjament kienu żviluppati iżda qiegħed inpoġġi skizz tal-kunċett fuq il-Mejda tal-Kamra. Nassigura lill-Onor Interpellant li fil-kuntest tal-proċess tal-MEPA jkun hemm konsultazzjoni sħiħa mar-residenti

Eko-kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid ġaladarba diġà hemm kumpaniji li diġà kienu involuti f sistemi ta' riċiklar, allura għalfejn se ssir skema pilota, hekk kif tħabbar fil-budget? Dawn l-azjendi li kienu diġà bdew, ingħataw lura bħala refunds xi eko-kontribuzzjonijiet? Jekk fl-affermativ, kemm u meta? Jekk fin-negattiv, għaliex le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi fl-aħħar baġit il-Gvern ħabbar li ser jagħmel proġett pilota fl-amministrazzjoni tal-eko kontribuzzjoni u mhux ta’sistema ta riċiklar. Tant hu hekk li dakinhar li ġie ppreżentat il-baġit ġew ippublikati numru ta’abbozzi ta’avviżi legali f’dan ir-rigward. Fuq it-tieni parti tal-mistoqsija irrid jingħad illi sakemm ma jidħolx fis-seħħ l-avviż legali ma tista’ titħallas l-ebda rifużjoni tal-eko kontribuzzjoni

ħlas għall-verifikazzjoni tal-meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'charges hemm, mill-Korporazzjoni Enemalta għal xi ħadd li jrid jivverifika l-meter tiegħu? Kemm huma dawn iċ-charges? Qegħdin jithallsu xi imgħaxijiet mir-residenti fuq ħlasijiet b'lura? Jekk fl-affermattiv, kemm huma dawn l-imgħaxijiet? grazzi

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #13974 Sitting 181 2010-01-18 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — restawrar ta' galleriji

Question

Fl-iskema maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq restawr ta' galleriji magħluqa hemm applikazjonijiet konfermati u li fuqhom sar ix-xogħol iżda għadhom ma tħallsux. Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li ma tħallsux, kemm jammontaw dawn l-applikazzjonijiet, kemm hu t-total dovut mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u meta se jitħallsu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.