Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema — Knisja ta' San Girgor - spazju riservat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li ħdejn il-Knisja ta' San Girgor tas-Sliema, ikun hemm ukoll spazju riservat għall-persuni b'diżabilità u għall-użu ta' nies fil-kollettiv fil-ħinijiet tal-quddies, bħalma hemm biswit knejjes oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ingħata permess għat-tpoġġija ta’ Communal Parking for Blue Sticker Badge Holders Parking Bay fil-viċinanzi tal-knisja ta’ San Girgor. Fir-rigward ta’ talba għall-parkeġġ għall-użu tan-nies fil-kolletiv fil-ħinijiet tal-quddies, ninsab infurmat li dawn it-talbiet ma jistgħux jiġu milqugħa bħalissa minħabba każ pendenti fil-Qorti. Skont Avviż Legali 200/2009, fi Triq Nicolo Isouard, Sliema, hemm approvazzjoni għal residential/timed parking. Minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-Awtorita`, instab li din l-iskema għadha ma ġietx implementata mill-Kunsill Lokali.

Msida — Triq Ċensu Farrugia

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemm xi pjan biex issir Triq Ċensu Farrugia, Msida? Jekk fl-affermattiv, hemm xi data? Jekk le, hemm xi raġuni għal dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 19277.

Tas-Sliema — Knisja ta' San Girgor - spazju riservat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm li ħdejn il-Knisja ta' San Girgor tas-Sliema, ikun hemm ukoll spazju riservat għall-persuni b'diżabilità u għall-użu ta' nies fil-kollettiv fil-ħinijiet tal-quddies, bħalma hemm biswit knejjes oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18125 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — ilmenti għand il-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm hemm ilemti għand il-Pulizija ta' Tas-Sliema fuq il-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, u x'passi ttieħdu fuq l-ilmenti li saru dan l-aħħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kellha diversi rapporti dwar il-ħanut imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ħadet passi skont il-ligi fejn instab li kien hemm ksur ta' liġi. Fil-fatt ninsab infurmat illi hemm diversi kawżi pendenti quddiem il-Qorti.

Tas-Sliema — snack bar u restaurant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li hemm ġo Triq il-Kbira Tas-Sliema għaddiex mill-inspettorat tas-saħħa minn snack bar għal restaurant? Ġaladarba saru ilmenti min-nies mad-Dipartiment tas-Saħħa, jista' l-Ministru jivverifika jekk il-livell ta' rwejjaħ li joħorġu mill-bitħa tal-istess bar għal ġod-djar tan-nies hijiex aċċettabbli? Jekk saru spezzjonijiet, jista' jinforma x'inhu l-esitu tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda talba għal change of use minn snack bar għal restaurant mill-Awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta’ permessi, li huma d-Dipartiment tal-Kummerċ, l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu jew l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Skond l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel kull persuna responsabbli għall-immaniġjar ta’ kull fond tal-ikel hija responsabbli sabiex tirreġistra tali stabbiliment mas-Segretarjat Kummissjoni Għas-Sigurta` fl-Ikel. L-istabbiliment imsemmi qiegħed irreġistrat bħala snack bar mal-istess Kummissjoni u dan mit-22 ta’ Marzu tal-2003. Ninsab infurmat ukoll li f’Diċembru tas-sena li għaddiet kien sar ilment wieħed rigward irwejjaħ ħerġin mill-istess stabbiliment. Wara spezzjoni li kienet saret minn uffiċċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ma ġiex ikkonfermat. Din is-sena ma saru l-ebda lmenti dwar irwejjaħ fuq dan l-istess stabbiliment madankollu fit-8 ta’ Ġunju, 2010 saret spezzjoni oħra u għal darb’oħra ma kienx hemm irwejjaħ.
Leg 11 PQ #17875 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tas-Sliema — Triq il-Kbira - rapporti lill-pulizija fuq bar

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk fl-Għassa tal-Pulizija ta' Tas-Sliema waslux ilmenti fuq bar li hemm fi Triq il-Kbira tas-Sliema stess, liema bar għandu anke flower pots fuq il-bankina quddiemu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dawn l-ilmenti kienux fuq storbju ġej minn barra jew minn ġewwa, jew rigward ħinijiet eċċ.?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fi Triq il-Kbria ġewwa Tas-Sliema hemm żewġ bars li għandhom il-flower pots fuq il-bankina quddiemhom. Infurmat ukoll illi l-Pulizija ġieli rċevit rapporti rigward storbju ġewwa wieħed minn dawn il-ħwienet. Dawn l-ilmenti ġew investigati u, fejn irriżulta li kien hemm xi ksur ta’ liġi, il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti.
Leg 11 PQ #17880 Sitting 233 2010-06-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja u kundizzjonijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17617 , jista' l-Ministru jinfurmani kemm-il rapport sar mir-residenti fl-Għassa ta' Tas-Sliema fl-ewwel jiem tal-operat ta' dan il-bar? X'tip ta' liċenzja għandu? X'età ta' żgħażagħ jistgħu jidħlu fih? X'inhi s-sena tal-ħruġ tal-permess? Il-kundizzjonijiet li dak iż-żmien kienu applikabbli, huma relevanti għaż-żmenijiet tal-lum?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-bar imsemmi f’Mistqosija Parlamentari numru 17617, ninsab infurmat illi dan l-aħħar ma jirriżultax li saru xi rapporti mir-residenti. L-informazzjoni li għadni hija li nhar il-31 ta’ Mejju 2010 fil-għaxija, il-Pulizija kienet irċeviet telefonata anonima li kien hemm argument quddiem dan il-ħanut u li l-Pulizija ipproċediet immedjatament fuq il-post pero’ irriżulta li ma kien hemm ebda argument. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17617.

Bar f'Tas-Sliema — Liċenzja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17567, jista' l-Ministru jassigura li m'hemmx storbju ħiereġ minn dan il-bar, speċjalment ħsejjes li joħorġu minn xi airconditioning fuq Windsor Street, liema storbju huwa kbir u ma jħalli lill-ebda resident jorqod fil-kwiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li filwaqt li bars huma liċenzjati mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar it-Turiżmu, kif diġa referut fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17567, il-kontroll tal-istorbju ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa, L-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Paceville — Triq Elija Zammit - taxi stand

Question

Ġaladarba ġo Triq Elija Zammit, Paceville saret taxi stand jista' l-Ministru jara li din it-taxi stand titniżżel ftit 'l isfel ħalli tiskapula lit-tliet ristoranti/bars biex dawn ikunu jistgħu jkomplu bin-negozju tagħhom li jinkludi take away? L-inżul ta' din l-istand m'għandha teffetwa ħażin lil ħadd għax hemm ħajt int u nieżel fl-istess triq fejn tista' ssir din it-taxi stand?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bar f'Tas-Sliema — Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-Ministeru tas-Saħħa kienx jew huwiex involut fil-ħruġ ta' permessi jew xi infurzar, jew xi forma ta' liċenzji oħra, lill-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, plonk f'żona residenzjali? Jekk iva, jistax jikkonferma li l-kriterji kollha huma sodisfatti? Jekk le, għaliex l-ebda awtorità fi ħdan il-Ministeru ma ġiet avżata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma joħroġ l-ebda permessi rigward postijiet tal-ikel imma huwa kkonsultat fil-proċess tal-ħruġ ta’ permessi kif ukoll fuq infurzar tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel u regolamenti oħra li joħorgu minnha. Permessi dwar postijiet tal-ikel jinħargu mid-Dipartiment tal-Kummerċ jew mill-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu. Għaldaqstant skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel kull persuna responsabbli għall-immaniġjar ta’ kull fond tal-ikel huwa responsabbli sabiex jirreġistra tali fond mas-Segretarjat Kummissjoni Għas-Sigurtà fl-Ikel. Fir-rigward tal-fond imsemmi ninsab infurmat li tali fond kien direġistrat mas-Segretarjat Kummissjoni Għas-Sigurtà fl-Ikel fit-18 ta’ Mejju, 2010 meta dakinhar id-Direttorat ġie nfurmat li tali fond mhux se jkompli jintuża bħala stabbiliment tal-Ikel.
Leg 11 PQ #17616 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja

Question

B’riferenza għall-bar f’Windsor Street f’Tas-Sliema, li ismu qed jintbagħat separatment, peress li jidher li dan is-sit se jkun night club, jista’ l-Ministru jinfurmani taħt liema liċenzja se jiftaħ dan in-night club u jekk hux ammissibbli li jinfetaħ night club f’area residenzjali? Saru xi studji dwar l-impatt ta’ parkeġġ biswit il-post u dwar il-ħsejjes li jinħarġu mill-post? Hemm il-liċenzji neċessarji mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u mill-Pulizija? X’kienu l-kummenti mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dwar dan il-post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #17617 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja

Question

B’riferenza għall-bar f’Windsor Street f’Tas-Sliema, li ismu qed jintbagħat separatment, peress li jidher li dan is-sit se jkun night club, jista’ l-Prim Ministru jinfurmani taħt liema liċenzja se jiftaħ dan in-night club u jekk hux ammissibbli li jinfetaħ night club f’area residenzjali? Saru xi studji dwar l-impatt ta’ parkeġġ biswit il-post u dwar il-ħsejjes li jinħarġu mill-post? Hemm il-liċenzji neċessarji mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u mill-Pulizija? X’kienu l-kummenti mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dwar dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità tat-Turiżmu toħroġ liċenzji għal night clubs. Iżda qabel toħroġ tali liċenzja, l-Awtorità tat-Turiżmu tara li jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Awtorità tar-Riżorsi, ċertifikazzjoni mill-Protezzjoni Ċivili, ċertifikat minn Inġinier kwalifikat li l-post huwa sound proof, li s-sid għandu kondotta nadifa u permess mill-MEPA. Il-bar indikat f’Windsor Street f’Tas-Sliema għandu liċenzja valida ta’ bar u mhux ta’ night club . Ma saret l-ebda talba lill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu sabiex fil-lok imsemmi toħroġ liċenzja ta’ nightclub .

Ċimiterju tal-Addolorata — prezzijiet ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra validi dawk l-applikanti li diġà kellhom karta bi prezz iffissat fuq xiri ta' oqbra u ma jaqgħux taħt il-prezz il-ġdid li ġie mħabbar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-prezz finali fuq xiri ta’ oqbra jkun iffissat wara li jiġu stmati l-ispejjeż kollha involuti speċjalment l-evalwazzjoni ta’ l-art inkwistjoni. Ninforma li l-gvern se jikkonsidra kull possibilità, imma bħalma ġara f‘każi simili, wara tali evalwazzjoni l-prezz finali jiġi maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew isiru l-kuntratti relattivi.
Leg 11 PQ #15851 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — studji fuq Tas-Sliema

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx xi studji fuq Tas-Sliema, f'dak li jikkonċerna ambjent, arja, traffiku u l-effetti fuq ir-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta saru? Jekk fin-negattiv, meta għandha ħsieb li dawn ir-rapporti jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA tkejjel il-kwalità tal-arja f’Tas-Sliema permezz tal-passive diffusive tubes. Dawn it-tubi ġew installati fi tlett siti differenti f’din il-lokalità, li huma Triq Manwel Dimech, Triq Rudolph u Triq Ġorġ Borg Olivier. Permezz ta’ dawn it-tubi l-MEPA tiġbor il-medja fuq xahar tal-konċentrazzjoni fl-arja tad-dijossidu tal-kubritu (SO2), dijossidu tal-azotu (NO2), benzene u ozone (O3). Ir-riżultati ta’ dan it-tip ta’ monitoraġġ jistgħu jinkisbu mill-pubbliku u fil-fatt is-Sliema Residents Association (SRA) talbet (u ġa ngħatat) din l-informazzjoni. Il-MEPA topera wkoll stazzjon għall-monitoraġġ tal-arja awtomatiku li tqiegħed l-Imsida biex jieħu kampjun tal-arja minn sit traffikuż fl-agglomerazzjoni li ġiet definita għall-Malta, ’l hekk imsejħa Valletta-Sliema agglomeration . Dan l-istazzjon jagħti l-konċentrazzjoni medja siegħa b’siegħa ta’ dijossidu tal-kubrit (SO2), dijossidu tal-azotu (NO2), monossidu tal-karbonju (CO), benzene, ozon (O3), u trab fin kemm tat-tip PM10 kif ukoll tat-tip PM2.5. Tajjeb li wieħed jinnota wkoll l-istudji li kienu saru bħala parti mill-EIAs għall-proġetti l-kbar ippjanata f’din il-lokalità ukoll jitfgħu ftit dawl fuq il-kwalità tal-arja f’din il-lokalità. B’referenza għall-mistoqsija dwar l-effetti fuq ir-residenti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ma tagħmilx studji li jassessjaw l-effetti tat-tniġġiż fuq is-saħħa tal-bniedem billi dawn huma r-responsabbilità tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

għajnuna għal min għandu multiple sclerosis

Question

Jista' l-Ministeru jgħid jekk il-gvern jgħinx lil nies li għandhom il-multiple sclerosis? B'kemm qiegħed jgħinhom fil-ġimgħa u kemm hemm nies li jibbenifikaw minn dan is-servizz u għajnuna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Il-Multiple Sclerosis hija waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi imniżżlin fuq l-Iskeda Ħamsa taħt il-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Min-naħa tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-pazjenti li jbatu mill-Multiple Sclerosis ma jingħatawx kumpens finanzjarju iżda jingħataw b’xejn il-mediċini rilevanti għal kundizzjoni tagħhom minn dawk approvati mid-Dipartiment. Skont l-aħħar informazzjoni li għandu d-Dipartiment hawn madwar 376 pazjent f’Malta u Għawdex li jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Leg 11 PQ #16361 Sitting 209 2010-04-26 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill ta' San Ġiljan — bankina dejqa

Question

Peress li hemm talba lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li bankina dejqa titwessa' fi Triq Luigi Apap wara li tlesta x-xogħol f pender place, peress li hemm lukanda li ntalbet li tħallas ix-xogħol hi, jista' l-Prim Ministru jipperswadi lill-kunsill lokali biex din il-bankina ssir għall-ġid tan-nies li jgħixu u jgħaddu minn hemm, kif ukoll għat-turiżmu, imma l-iżjed għas-safety tan-nies li jimxu fuq din il-bankina dejqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan iddeċieda illi jagħmel ix-xogħlijiet indikat mill-Onorevoli Interpellant għas-spejjeż tal-Kunsill. Il-Kunsill iddeċieda wkoll illi jekk il-lukanda li irrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant trid tagħmel xi tip ta’ embellishment, din trid tħallas għad-differenza fl-ispejjeż.
Leg 11 PQ #15851 Sitting 204 2010-03-23 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — studji fuq Tas-Sliema

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għamlitx xi studji fuq Tas-Sliema, f'dak li jikkonċerna ambjent, arja, traffiku u l-effetti fuq ir-residenti? Jekk fl-affermattiv, meta saru? Jekk fin-negattiv, meta għandha ħsieb li dawn ir-rapporti jsiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14705 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - rampa

Question

Peress li Triq Angelo Pullicino f San Ġiljan se tiġi upgraded, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se jsir mir-rampa li nbniet illegalment mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li ħadd qatt ma uża minkejja s-signs li hemm għat-trolleys? X'infurzar sar min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, min ħallas għal dan ix-xogħol illegali u x'sanzjonijiet ħarġu kontra min għamel dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li ma jirriżultax illi r-rampa ndikata, meta saret, kienet saret illegalment mill-Kunsill Lokali u dan għaliex dan ix-xogħol speċifiku huma awtomatikament permess bis-saħħa tal-AL 115/07 Class 3 Sezz 1 (i) & (ii), fejn hu speċifikat li toroq u bankini fil-konfini tal-Pjan Regolatur jew ħolqien/twessigħ/titjib jew manutenzjoni ta’ toroq u bankini minn agenziji tal-Gvern, Kunsilli Lokali jew entitajiet imqabbdin minnhom jista’ jsir mingħajr il-ħtieġa ta’ notifika (DNO). Dan l-ilment kien diġa ġie investigat lura fl-2008 meta l-Awtorità qieset li ma’ setgħatx tieħu xi passi t’infurzar kontra l-Kunsill dwar din ir-rampa. Fil-frattemp inħareġ il-permess biex isir ‘upgradin’ ta’ din it-triq fejn hu ndikat illi r-rampa ser eventwalment tinqala’ u minflok ser isir taraġ, paving , flower planters u street furniture adattat. (Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 14816). Għalkemm l-Awtorità ser tassigura li x-xogħol jirrifletti dak li ġie approvat fil-permess meta dan jinbeda. L-istess Awtorità m’hiex f’posizzjoni li tgħid minn kien ħareġ il-flus biex kienet saret din ir-rampa (u li din issa ser tinqala kif indikat fil-permess imsemmi).
Leg 11 PQ #14816 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Ġiljan — Triq Angelo Pullicino - pjanti ta' xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Mnistru jgħid hux minnu li hemm pjanti ta' xogħlijiet fit-triq imtarrġa, Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan? Jekk dan hu minnu, il-pjanti qegħdin għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanat jew għand il-kunsill lokali? Min applika għal dawn ix-xogħlijiet? Meta ġew infurmati r-residenti? Se ssir xi laqgħa ta' diskussjoni mar-residenti? Jekk iva, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, huwa minnu li hemm pjanti ta’ xogħolijiet fi triq mtarrġa Triq Angelo Pullicino, San Ġiljan. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet permess għal dawn ix-xogħolijiet (PA 639/09) fit-22 ta’ Lulju 2009. L-applikazzjoni għal xogħol ta’ tisbieħ tat-triq saret mingħand id-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Avviż ta’ din l-applikazzjoni dehret f’gazzetta lokali fl-4 ta’ April, 2009, u twaħħal ukoll avviż fuq is-sit, filwaqt li l-Kunsill Lokali ġie nfurmat li daħlet applikazzjoni għand il-MEPA. Ma kien hemm l-ebda talba la mill-Kunsill u lanqas mill-pubbliku biex isiru xi laqgħat fuq din l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #15403 Sitting 197 2010-03-09 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qui Si Sana

Question

Għan-nom tar-residenti ta' Qui Si Sana, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq PA 05941/08 fejn aċċettat upgrade of kitchen operation fuq sit li għandu biss permess ta' mini market?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.