Legislature:
Category:
Reset
Active:

xatt ta' Ta' Xbiex — rotot ġodda tal-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk il-buses u r-rotot tal-Arriva hux se jibqgħu jgħaddu mix-xatt ta' Ta' Xbiex ġaladarba r-residenti tal-inħawi ma rċevew l-ebda informazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ta’ Xbiex se jkollhom diversi rotot li jgħaddu mill-lokalità, fost oħrajn ir-rotot b’numri 11, 12 u 13.
Leg 11 PQ #26831 Sitting 369 2011-06-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tas-Sliema — Pedestrian Zone - vot tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani bid-data ta' liema seduta ttieħdet id-deċiżjoni mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema fuq il-pedestrianzone ta' Bisazza Street? Kemm kien hemm kunsilliera preżenti u kif ġew il-voti? Meta ttieħed il-vot? Il-kunsill kien jaf bis-sitwazzjoni tal-Arriva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-data li fiha saret il-laqgħa tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, li matulha ttieħdet id-deċiżjoni fuq il-pedestrian zone ta’ Triq Bisazza, saret fil-25 ta’ Mejju 2011. Dan wara korrispondenza li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema rċieva mingħand Transport Malta li permezz tagħha ntalab jagħti l-kummenti tiegħu dwar il- full-pedestrianisation tat-triq imsemmija. Il-vot ittieħed dakinhar stess. Matul din il-laqgħa kien hemm għaxar (10) kunsillieri preżenti. Seba’ kunsillieri (7) vvutaw favur, kunsillier wieħed (1) ivvota kontra u żewġ (2) kunsillieri astjenew. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ kunsillieri preżenti u l-vot tagħhom.

kwestjoni dwar pensjonanta li tixtieq tospita l-istudenti barranin

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani jekk pensjonanta li għandha pensjoni ta' €400 fix-xahar, u tieħu tal-mard u sussidju tal-kera, tistax tospita studenti barranin, bla ma titlef l-ebda minn dawn il-benefiċċji? Jekk fl-affermativ , hemm xi ceiling ta' dħul? Jekk fin-negattiv, hemm xi tama li din titranġa biex il-persuna tkun tista' tgħix aħjar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-test tal-meżżi biex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Medika, ma jistax ikollu dħul ta’ aktar minn €131.80 fil-ġimgħa. Dan id-dħul jinkludi wkoll kull tip ta’ pensjoni. Meta persuna tospita studenti mid-dħul iġġenerat ta’ sena sħiħa, jiġu imnaqqsa €3500 bħala spejjeż u mill-bilanċ jiġu kkunsidrati biss 35% minnhom. Dan huwa dħul li jrid jiġi kkalkulat wkoll fit-test tal-meżżi. Peress li t-tip ta’ pensjoni (jekk hux kontributorja jew le) tista’ tagħmel differenza, nitlob lill-Onor Membru biex jagħti parir lill-persuna biex titkellem direttament mal-Uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Tas-Sliema — Triq Bisazza - Traffic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qabel l-għeluq ta' Bisazza Street, Sliema sarx traffic impact assessment, għat-toroq ġo Tas-Sliema? Jista' jinformani jekk hemmx toroq oħra li se jiġu affettwati minn xi tnaqqis ta' parkeġġ jew effetti oħra, anke fid-dawl tas-servizz il-ġdid tal-Arriva?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li saru studji preliminari fejn ġew evalwati skemi differenti għas-sistema tat-trasport fi Triq Bisazza. Is-sistema għall-immaniġġjar tat-traffiku qed tiġi analizzata fiż-żona u 'l madwar ta' Triq ix-Xatt bil-għan li jassigura rotta sikura għall-vetturi tat-trasport pubbliku fiż-żewġ direzzjonijiet.

Tas-Sliema — tnaqqis ta' postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tnaqqsu postijiet ta' parkeġġ ġo Tas-Sliema f' dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm se jerġgħu jonqsu fis-sitt xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kappara — servizz tat-trasport pubbliku - rotot u ħinijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi ta' trasport pubbliku se jkollhom mill-Arriva r-residenti tal-Kappara? X'rotot hemm konfermati u x'inhuma l-ħinijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-residenti tal-Kappara se jkollhom rotta ċirkulari bin-numru 123 li titlaq mill-Park & Ride ta’ Pembroke, tgħaddi ġewwa l-Kappara, tibqa' sejra lejn l-isptar ta’ Mater Dei u terġa lura lejn il-Park & Ride ta’ Pembroke. Din ir-rotta se jkollha frekwenza ta’ kull nofs siegħa, fejn l-ewwel waħda titlaq mill-Park & Ride ta’ Pembroke fil-5.20 ta’ filgħodu u l-aħħar waħda titlaq fl-10.50 ta’ filgħaxija. Infurmat ukoll li mill-Park & Ride ta’ Pembroke u mill-Interchange ta’ Mater Dei, il-passiġġieri se jkollhom il-faċilità li jirkbu rotot oħra li jeħduhom f’diversi lokalitajiet oħra, fosthom lejn il-Belt Valletta, l-Mosta, iċ-Ċirkewwa, tas-Sliema u l-Ajruport ta’ Malta.

Arriva — nies b'karta tal-identità ta' disabled

Question

Jista' l-Ministru jinforma x'kundizzjonijiet hemm mill-Arriva għal nies b'karta tal-identità ta' disabled?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ta’ servizz ta’ trasport pubbliku jesiġi sensiela ta’ kundizzjonijiet biex jassiguraw aċċessibilità sħiħa lill-persuni b’diżabilità. Dawn jinkludu staffa baxxa, avviżi bil-fomm tal-waqfiet li jkun imiss, aċċessibilità tal-magni tal-biljetti, prijorità għas-siġġijiet qrib il-bieb u servizzi u speċifikazzjonijiet simili oħra. Biex ikun assigurat li persuni li jkunu b’siġġu tar-roti jkollhom il-ħin kollu li jkollhom bżonn biex isibu posthom u jinqaflu qabel titlaq il-karozza, passiġġieri fuq siġġu tar-roti se jivjaġġaw b’xejn b’deċiżjoni tal-operatur.

Yatchs — chartering fl-ibħra ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma kemm hemm yachts reġistrati għal skop ta' chartering f'ibħra ta' Malta? Qatt inqabdu xi yachts li kienu chartered u ma kellhomx permess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li liċenzja t'Operatur ta' Bastiment Kummerċjali tkopri l-attivita` kummerċjali kollha li għaliha tinħtieġ liċenzja taħt ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali. Għaldaqstant, meta bastiment jiġi ċertifikat sabiex iġorr passiġġieri skont ir-regolamenti msemmija, dan jista' jintuża kemm għal chartering kif ukoll għal ġarr ta' passiġġieri bi ħlas. Għalhekk mhuwiex possibli li jiġi stabbilit l-ammont ta' bastimenti tal-passiġġieri li jintużaw għal chartering biss. Transport Malta ġieli rċeviet rapporti li hemm xi bastimenti li kienu qed jintużaw għal chartering mingħajr ma kellhom liċenzja u l-Awtorita’ dejjem ħadet il-passi meħtieġa u l-attivita` ġiet regolarizzata.
Leg 11 PQ #23675 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open Top Buses — biljetti għal free harbour cruise

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga kif l-open top busesli għandu s'issa kull mezz ta' propoganda bla limitu, joffru ukoll free harbour cruise mal-biljett tal-coach tour? Ma jaħsibx li dan huwa detriment għall-operaturi tal-cruises, operaturi tal-excursions f'Malta u huwa ukoll detriment għall-operaturi barranin li jġibu t-turisti lejn Malta? Hemm xi ħsieb li dan it-tip ta' aġir jiġi kkontrollat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA tilliċenzja l-operaturi tal-open top buses biex jagħmlu l-excursions. M'hemm xejn fil-kundizzjonijiet ta’ din il-liċenzja li tipprekludi l-operaturi li jagħmlu offerti simili.

Timber Wharf

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għal timber wharf fil-ġejjieni? Jekk hemm xogħlijiet, x'inhuma u jekk hemmx xi żmien stipulat biex jitlesta x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Timber Wharf jagħmel parti mill-proġett tal-menqa u l-masterplan tiegħu qiegħda quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni.

Sliema — yellow lines quddiem bakery

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif bakery li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li dejjem kellha yellow lines għall-ħatt tax-xogħol ta' dqiq, injam u affarijiet oħra, illum m'għadhomx hemm u b'hekk qed jikkawżaw ħafna traffiku, storbju u inkonvenjent għar-residenti tat-triq u għat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta tat struzzjonijiet biex jitneħħew l-yellow lines in kwistjoni għaliex il-bakery in kwistjoni mhux eliġibbli għal un/loading bay skont il-policies applikabbli.
Leg 11 PQ #25488 Sitting 340 2011-05-02 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sliema — Triq Kurunell Savona - xogħlijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru, flimkien mal-kunsill lokali, jara ftit l-istat ħażin tat-Triq Kurunell Savona f'Tas-Sliema, fejn fuq art pubblika hemm triq mimlija ħofor u wasal iż-żmien li terġa' tingħata attenzjoni lil din it-triq? Jista' jalloka xi fondi għal din it-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għadda l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema jirriżulta li l-parti tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant sabiex tiġi rranġata hi proprjetà privata. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed isegwi l-materja mal-awtoritajiet konċernati.

Imsida — Triq Ħarrub - resident parking

Question

Peress li jidher li fi Triq Ħarrub, Imsida, hemm sistema ta' parkeġġ li mhux dejjem jidher regolari jew bla permess, hemm parkeġġi żgħar u oħra kbar, unloading li jintuża darba f'sena, yellow lines quddiem garage li m'għandux karozzi ħerġin/deħlin, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-arranġamenti humiex regolati minn Transport Malta, jekk jistax jsir audit, jew saħansitra residents parking?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-approvazzjonijiet fit-triq imsemmija huma skond it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Sadattant, il-Kunsill Lokali Msida għamel talba biex din it-triq, flimkien ma' numru ta' toroq oħra, tkun inkluża fl-iskema tal-parkeġġ residenzjali kkontrollat. Madankollu, dawn it-talbiet huma on hold minħabba kawża pendenti fil-Qrati.

Persuna li neħħewlha l-għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għaliex is-Sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet imneħħija mill-għajnuna soċjali? Tista' tgħid jekk il-każ ġiex mistħarreġ u jekk il-persuna tistax terġa' tibda tieħu l-benefiċċju meta wieħed jara l-istat tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew xi persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Leg 11 PQ #23675 Sitting 314 2011-02-15 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Open Top Buses — biljetti għal free harbour cruise

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga kif l-open top busesli għandu s'issa kull mezz ta' propoganda bla limitu, joffru ukoll free harbour cruise mal-biljett tal-coach tour? Ma jaħsibx li dan huwa detriment għall-operaturi tal-cruises, operaturi tal-excursions f'Malta u huwa ukoll detriment għall-operaturi barranin li jġibu t-turisti lejn Malta? Hemm xi ħsieb li dan it-tip ta' aġir jiġi kkontrollat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

miżura — għotja ta' flus lill-pensjonanti tas-servizzi

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani kemm se tiswa l-miżura mħabbra fil-budget, fejn €200 se jiġu mogħtija bħala kura lill-pensjonanti tas-servizzi? Kemm se jibbenfikaw nies minn din il-miżura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-diskors tal-estimi għas-sena 2011 kull pensjonant li jirċievi wkoll pensjoni tas-servizz se jkollu €200 oħra mhux kunsidrati meta ssir stima mill-ġdid tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. B’hekk il-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ta’ dawn il-pensjonanti tiżdied. L-ispiża totali ser tilħaq madwar €1.3 miljuni u b’din il-miżura se jgawdu madwar 6,200 pensjonant.
Leg 11 PQ #15403 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qui Si Sana

Question

Għan-nom tar-residenti ta' Qui Si Sana, jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq PA 05941/08 fejn aċċettat upgrade of kitchen operation fuq sit li għandu biss permess ta' mini market?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuta li tirreferi għal din id-deċiżjoni.
Leg 11 PQ #19880 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għaqdiet tal-banda li rċevew kontijiet mill-protezzjoni ċivili

Question

Peress li xi għaqdiet tal-banda rċevew kontijiet mill-Protezzjoni Ċivili ta' mijiet ta' ewro bħala servizz standby waqt il-ħruq tan-nar tal-festa, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-ispejjeż kenux diġà avżati u konfermati minn qabel mal-għaqdiet konċernati? Jekk iva, hemm xi formula jew tabella ta' spiża, ġaladarba hemm żewġ kontijiet, wieħed iżjed mill-ieħor? Jekk le, għaliex intbagħtu dawn il-kontijiet li jekk ma jitħallsux fi żmien 30 ġurnata, jista' jiġi mitlub interess bankarju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għandu żewġ applikazzjonijiet, waħda (Applikazzjoni Nru. A) biex tintuża meta s-servizz se jingħata waqt festa tal-belt jew raħal, u t-tieni formola (Applikazzjoni Nru. B) biex timtela' meta l-attività hi waħda privata jew kummerċjali. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ Applikazzjoni Nru A u Applikazzjoni Nru B. Infurmat ukoll illi meta ssir xi talba minn xi persuna/għaqda/entità għal servizz mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, dan jiġi mogħti formola biex timtela’ u tiġi ffirmata mill-istess persuna f’isimha jew f’isem is-soċjetà jew l-għaqda li hi tirrapreżenta. F’din l-istess formola hemm indikat b’mod ċar x’inhuma r-rati li dik il-persuna li qed tiffirma, trid tħallas tas-servizz li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ikun wettaq biex ikopri l-ispejjeż ta’ sahra, fuel tal-vetturi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-istess vetturi. Għalhekk wara li jingħata s-servizz kif mitlub, jintalab il-ħlas jekk ma jkunx diġà sar.

Marina tal-Imsida — pontoons vojta

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx pontoons vojta fil-Marina tal-Imsida? Jekk iva, x'inhi s-sistema ta' allokazzjoni? Jekk le, hemm waiting list? Kemm hemm fil-waiting list?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha 41 irmiġġ fuq il-pontoons fil-marina tal-Imsida kif ukoll 50 irmiġġ mal-moll tal-Pietà li mhumiex allokati, iżda li jintużaw bħala irmiġġi temporanji jew għal dgħajjes li ma joqogħdux fl-irmiġġ li jkun ġie allokat lilhom. Irmiġġi annwali jiġu allokati skont il- waiting list li bħalissa tinkludi 464 applikazzjonijiet.

Paceville — dħul u ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala hemm erba' daħliet għal ġo Paceville, waqt li hemm post wieħed biss ta' ħruġ? F'każ ta' emerġenza jew traffiku kbir, jaħseb li dan l-arranġament huwa tajjeb? Hemm xi soluzzjoni għar-residenti li tant isofru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan l-arranġament ta’ traffiku ġie attwat wara talba li saret mill-Awtorità tat-Turiżmu bħala parti minn proġett ta’ tisbieħ u tkabbir tal- promenade mill-Bajja ta’ San Ġorġ sa Triq il-Knisja, liema proġett kien jinkludi twessiegħ tal-bankini b’konsegwenza li kienet ser tidjieq it-triq tant li ma tippermettiex traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet. Qabel l-approvazzjoni ġew analizzati t- traffic flows u wara li ġew analizzati r-riżultati, ġiet implimentata s-sistema ta’ one way , l-ewwel bi prova imbagħad b’mod permanenti. Dwar il-kwistjoni ta’ każi ta’ emerġenza, dawn jiġu indirizzati mill-awtoritajiet kompetenti skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull każ.