Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna b’diżabilità sabet impjieg fis-sena 2017? Jista’ jagħti figuri ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li sabu impjieg is-sena l-oħra sal-aħħar ta’ Novembru 2017 kien ta’ 649.
In-numru ta’ persuni b’diżabilità fix-xogħol għal dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:
Sena
Persuni b’diżabilit
à fix-xogħol
Dicembru 2013
1,797
Dicembru 2014
2,007
Dicembru 2015
2,318
Dicembru 2016
2,850
Novembru 2017
3,499
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja u kif se jkun qed igawdi ċ-ċittadin b’dan kollu?
Response (BONNICI, OWEN)
Wara li saru diversi xogħlijiet ġewwa l-Qorti sabiex ikun hemm aktar post minn fejn jinstemgħu l-kawzi bl-għan prinċipali kien li naqsu l-kawżi pendenti, inħass il-bżonn li jitkabbar ir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja sabiex ikun jista’ jakkomoda l-bżonnijiet tal-lum.
Dan ix-xogħol sar b’investiment li gej mill-allokazzjoni budgetarja nazzjonali. Permezz ta’ dan ix-xogħol li sar fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja ser ikun aktar faċli li jingħata liċ-ċittadin servizz aħjar u dan peress li r-Reġistru ġie trasferit għal post akbar.
Ir-Reġistru ta’ qabel kien żgħir wisq tant li ma kienx hemm post fejn wieħed ikun jista’ jitkellem mal-istaff jew mal-avukat tiegħu. Ir-Reġistru l-ġdid jinsab f’post akbar u saħansitra hemm anke mejda u siġġijiet fl-ispazju ta’ quddiem fejn avukat jista’ jkellem lill-klijent tiegħu b’mod privat.
Apparti dan kollhu l-post il-ġdid joffri atmosfera aktar mdawla u spazjuża għaċ-ċittadin kif ukoll għall-istaff tar-Reġistru. Il post jaħseb ukoll għal żieda fli staff jekk jekk ikun hemm il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex l-għaqdiet volontarji, li huma reġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, jivverifikaw l-impjegati/voluntieri mar-Reġistru tal-Ħarsien tal-Minorenni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Protezzjoni tal-Minuri (Kap. 518) jipprovdi dwar il-proċedura li għandha tintuża minn istituzzjonijiet, stabbilimenti jew organizzazzjonijiet li jipprovdu jew li jorganizzaw xi servizzi jew attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni, il-kura, il-kustodja, il-ħarsien jew it-trobbija tal-minuri, sabiex, qabel ma jimpjegaw jew jafdaw persuna (bi ħlas jew mingħajr ħlas), għandhom jitolbu mill-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) għall-informazzjoni li tista’ tkun reġistrata fir-Reġistru dwar dik il-persuna.
Għaqdiet Volontarji li jagħmlu jew ser jorganizzaw xogħol bħal dak hawn fuq indikat għandhom jippreżentaw rikors fir-Reġistru tal-qorti imsemmija (li jinsab fil-bini tal-Qorti tal-Familja fi Triq id-Dejqa, Valletta) fejn jinfurmaw lill-qorti li huma ser jimpjegaw jew jafdaw persuna bl-edukazzjoni, bil-kura, bil-kustodja, bil-ħarsien jew bit-trobbija ta’ minuri, jagħtu d-dettalji tal-persuna konċernata (Isem u Kunjom, Numru tal-Karta ta’ Identita u post ta’ residenza) u jitolbuha jekk dik il-persuna hijiex reġistrata fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.
Tajjeb li jingħad li dan ir-rikors mhux bil-fors irid ikun iffirmat minn avukat imma biżżejjed li jkun iffirmat minn persuni li jkollhom ir-rappreżentanza legali tal-għaqda volontarja. Permezz tal-Avviż Legali Nru. 327 tal-2017 Għaqdiet Volontarji reġistrati fir-Reġistru ta’ Organizzazzjonijiet Volontarji taħt l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jkunu eżenti mill-ħlas tad-drittijiet konnessi mal-preżentata ta’ dan ir-rikors. Għalhekk dawn l-Għaqdiet għandhom jindikaw fl-istess rikors li huma reġistrati bħala Organizzazzjoni Volontarja u n-numru ta’ dik ir-registrazzjoni.
Ta’ min jgħid ukoll li qabel ma ġiet introdotta din il-proċedura l-għaqdiet tal-volontarjat kienu jħallsu Eur 15 għal kull talba u Eur 3.75 għal notifika li jagħmlu biex jivverifikaw jekk impjegat jew voluntier huwiex fir-Reġistru tal-Ħarsien tal-Minorenni. Issa dan il-ħlas mhux isir iktar u allura qed jiġu frankati l-ispejjeż lill-għaqdiet.
B’referenza għall-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali li ddaħħlet reċentement mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżuri msemmija fid-Direttiva kenux diġà parti mil-liġi Maltija? Id-Direttiva x’żiedet iżjed u ġdid li hu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadin Malti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-miżuri msemmija fid-Direttiva kkonsolidaw diversi strumenti leġiżlattivi f’qafas ħolistiku wieħed. Ċertu miżuri (bħal l-assistenza legali reċiproka) kienu diġa` parti mill-liġi Maltija u oħrajn ġew miżjuda, bħal per eżempju l-formola illi għandha tintbagħat bħala rikjesta għall-assistenza f’materji kriminali illi tgħin sabiex l-informazzjoni u t-talbiet ikunu uniformi minn kull Stat Membru. Id-Direttiva tagħti anke termini ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ l-istess talbiet għal assistenza u għaldaqstant iċ-ċittadin Malti illi jkollu bżonn assistenza investigattiva jew ġudizzjarja issa jista’ jirċievi risposti aktar tempestivament. Dan kollu jkompli jnaqqas id-dewmien fil-proċeduri kriminali.
L-implementazzjoni tal-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew itejjeb l-effiċjenza u l-effetivita’ tal-kooperazjoni ġudizjarja bejn l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk nkunu wkoll qed nkomplu nnaqqsu l-kriminalita’ organizzata. L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew tissemplifika ix-xogħol ta’ l-awtoritajiet ġudizjarji meta evidenza tkun intalbet mingħand Stat Membru ieħor. Din l-Ordni b’hekk tissemplifika l-għajnuna legali reċiproka.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol fi ħdan il-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li saru f’dawn l-aħħar snin jinkludu alterazzjonijiet u l-bini ta’ blokk ġdid fis-St Margaret College Middle School f’Bormla; St Theresa College Middle School, B’kara; St Nicholas College Middle School, ir-Rabat (Malta); Maria Regina College Middle School, Naxxar; il-bini tan-National Sports School, Pembroke; il-bini ta’ kindergarten block mal-ġenb ta’ St Claire College Primary School, San Ġwann; lecture block ġdid f’Sir MA Refalo Sixth Form, Victoria, Għawdex; bini ta’ skola ġdida St Benedict College Middle School, Ħal Kirkop; skola ġdida f’St Nicholas College Senior School, Ħad-Dingli; refurbishment sħiħ tas-St Ignatius College Primary School, Ħaż-Żebbuġ; il-bini ta’ sular ġdid fid-Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre, il-Wardija; refurbishment sħiħ fil-Gozo College Primary School, ix-Xewkija; il-bini ta’ Child Care Centres ġodda f’Birkirkara u f’Ħaż Żebbuġ; it-titjib tas-St Margaret College Learning Support Centre, Bormla; il-bini ta’ sular ġdid fil-Maria Reġina College Primary School, Ħal Għargħur; u l-bini ta’ grawnd ġdid tal-futbol f’Santa Venera.
Fl-2018 se jkun qed isir il-proġett għat-twaqqif ta’ laboratorji ġodda għal diversi suġġetti vokazzjonali fis-Senior Schools kollha.
Fiż-żmien li ġej l-FTS se tkun qed tibni skejjel ġodda fil-Qawra, Marsaskala, ir-Rabat (Għawdex) u l-Imsida; tieħu ħsieb l-iżvilupp tas-San Miguel Primary Education Resource Centre u tal-Guardian Angel Resource Centre fil-Ħamrun; ir-ristrutturar ta’ blokka biex tilqa’ fiha l-Visual and Performing Arts fil-Ħamrun u ta’ binja biex isservi bħala Migrants’ Learning Unit; sala ġdida fis-Senior School fil-Kulleġġ San Tumas Moore (Santa Luċija); ċentri ġodda għall-ħarsien tat-tfal f’San Ġiljan u Ħaż-Żebbuġ; Learning Support Centre ġdid f’Ħaż-Żebbuġ; Youth Mobility Centre għall-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera; u estensjonijiet f’bosta skejjel primarji fir-Rabat, Żurrieq, Mellieħa, Baħrija, Ħal Lija, Attard, in-Naxxar u Ħal Għaxaq.
Hemm ippjanat ukoll li jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ fl-iskejjel primarji ta’ San Ġiljan, Raħal Ġdid, Santa Venera, Ħal Qormi (San Ġorġ), tas-Sliema, Birkirkara, Nadur u fil-Middle School fi Blata l-Bajda.
Hemm ukoll ippjanat l-istallazzjoni ta’ sistemi ta’ arja kundizzjonata f’diversi ċentri għall-ħarsien tat-tfal f’Birkirkara, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Bormla, il-Furjana, il-Marsa, Ħaż-Żebbug u l-Gżira.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattiva favur il-litteriżmu għal din is-sena? X’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-inizjattivi favur il-litteriżmu għas-sena 2017 kif ukoll tagħrif dwar x’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3467 - Inizjattivi favur il-litteriżmu.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-programmi edukattivi vokazzjonali varji fil-livell obbligatorju għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika qiegħdin jiġu mgħallma ħames suġġetti vokazzjonali, li huma l-Engineering Technology, l-Information Technology, il-Hospitality, il-Health and Social Care u l-Agribusiness. Dawn is-suġġetti qiegħdin jiġu mgħallma fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Independenti. L-istudenti jagħżlu dawn is-suġġetti bħala option subjects fi tmiem il-Form 2 minn fost lista twila ta’ suġġetti diversi offruti. L-għalliema preżenti għal dawn is-suġġetti jiġu mħarrġa mill-kohort ta’ għalliema ta’ suġġetti oħra, billi jingħataw taħriġ speċjalizzat fil-kontenut u l-pedagoġija tas-suġġett vokazzjonali.
Fis-snin li ġejjin ser ikun hemm ukoll għalliema speċjalizzati f’dawn l-oqsma mill-ewwel hekk kif bħalissa qed jiġu mħarrġa mill-Università ta’ Malta wkoll. Inxtraw riżorsi speċjalizzati sabiex dawn is-suġġetti jkunu mgħallma sew fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student ibbenefika mill-inizjattiva “Culture Pass” is-sena l-oħra? Jista’ jgħid jekk din l-inizjattiva hiex se tkompli tiġi offruta lill-istudenti f’din is-sena l-ġdida u, jekk iva, x’miżuri se jittieħdu biex din issir aktar magħrufa? X’inhu l-baġit għal tali inizjattiva f’dak il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ġunju, 2017, ibbenefikaw 8,715-il student sekondarju. Din is-sena dan il-programm daħal fis-seħħ mal-ftuħ tas-sena skolastika. Minn Diċembru sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, diġà ibbenefikaw 3,569 student. Din is-sena bħala promozzjoni żidna fl-ammont tal-katalgi li tqassmu fl-iskejjel u tqassmu wkoll badges b’titli relatati mal-Kultura u l-Arti f’kull Skola Sekondarja għal kull student. Il-progress ta’ din l-iskema qiegħed jiġi segwit mid-Direttorat tal-Kultura biex aktar skejjel jipparteċipaw.
Il-baġit allokat għal dan il-proġett huwa ta’ mija u għoxrin elf Ewro (€120,000).
Infakkar lill-Onor. Interpellant, li hi wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern li biex inkomlu nrawmu aktar kuxjenza kulturali u storika fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, għandna nestendu l-programm tal-Culture Pass għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha li qegħdin f’xi istituzzjoni edukattiva kif ukoll għall-anzjani matul il-weekends u l-festi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ikklassifikati films matul l-2016 u l-2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx policy li fuqha jimxi l-Bord responsabbli biex ikun jista’ jikklassifika l-films bl-aħjar mod?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul l-2016 u l-2017, ġew ikklassifikati b’kollox 490 film. Dawn ġew ikklassifikati skont din it-tabella:
20162017
U = Films li għalihom jista’ jidħol kulħadd1828
PG = Films fejn qed jiġi ssuġġerit li t-tfal għandhom ikunu akkumpanjati minn adult.2429
12A = Films li għalihom t-tfal taħt it-12-il sena, jridu jkunu akkumpanjati minn adult7061
12 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 12-il sena ’l fuq2425
15 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 15-il sena ’l fuq9196
18 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 18-il sena ’l fuq816
Total235255
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-linji gwida li jintużaw waqt il-klassifikazzjoni tal-films. Dawn saru fl-2014.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – għajnuna lill-għaqdiet tal-festi u l-każini tal-baned
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru tiegħu qiegħed jgħin lill-għaqdiet tal-festi u l-każini tal-baned? Jista’ l-Ministru jindika wkoll jekk hemmx xi skemi fis-seħħ għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fl-2017 għall-ewwel darba twaqqfet l-iskema bl-isem ‘Fond Għall-Każini tal-Banda’ għall-konservazzjoni, restawr tal-assi tal-Każini tal-Baned kif ukoll biex tisaħħaħ iktar l-arti fil-komunitajiet. Inħaset il-ħtieġa li ngħinu lil Każini tal-banda għaliex dan il-Gvern tassew jemmen li l-baned għandhom rwol importanti fil-kommunitajiet tagħna kemm permezz tat-tagħlim tal-mużika li joffru kif ukoll permezz tal-valur artistiku miżjud li jsebaħ l-irħula u l-komunitajiet tagħna.
Wara sejħa pubblika tqassmu €180,000 lil 21 każin tal-banda biex jitwettqu proġetti kulturali. Dan seta' jseħħ wara ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Assoċjazzjoni tal-Baned. Ta’ min jgħid ukoll li wara dan is-suċċess hemm pjanat li skema ġdida se terġa' tiftaħ f’April ta’ din is-sena.
Miżuri tal-Baġit 2018 – tisħiħ fis-settur kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-miżuri tal-Baġit 2018 se jkunu qegħdin isaħħu aktar is-settur kulturali? Kemm huma l-fondi allokati u jekk dawn żdidux fuq is-snin ta’ qabel?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-investiment totali fis-setturi kulturali kien ta’ €69,975,000 li hi żieda ta’ 10% mill-Baġit 2017.
Sabiex jissaħħu s-setturi kulturali se jkun hemm żidiet fl-investimenti ta’ entitajiet kulturali fosthom il-Kunsill Malti għall-Arti (minn €1.9m fl-2017 għal €2.1m fl-2018) u l-organiżżazzjonijiet kulturali pubbliċi b’zieda ta’ 36% fuq l-2017 (b’total attwali ta’ €19.5m).
Fost dawn il-figuri hemm investimenti allokati għall-entità ġdida Festivals Malta b’€1.8 miljun u il-Fondazzjoni Valletta 2018 bi €8 miljun. Hemm ukoll inizjattivi ġodda bħall-Atelier forYoung Festival Managers (€40,000), il-proġett tal-Kor Nazzjonali (€60,000) u il-kontinwazzjoni tal-MICAS (Malta International Contemporary Art Space) b’investiment ta’ €275,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il attività se ssir waqt Festival Malta u kif dawn l-attivitajiet se jkunu qegħdin jgħollu l-profil kulturali ta’ Malta fuq livell internazzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Festivals kollha taħt ir-responsabbilta’ ta’ Festivals Malta huma kif ġej:
- Karnival ta’ Malta
- San Girgor
- World Music Festival
- Għanafest
- Malta International Arts Festival
- Malta Jazz Festival
- Summer Carnival
- Rock’n Malta
- Notte Bianca
- The Three Palaces
- Christmas Activities
Festivals Malta qed tagħmel ħilitha biex tagħmel il-festivals parti integrali mill-ħajja soċjali u kulturali Maltija. Dawn il-festivals jinkorporaw aktar min 160 attivita artistika separata li jiprovdu espressjoni kulturali varji u divertiment ta’ livell kulturali, minn diversi ġeneri ta’muzika sa drama, żfin, arti visiva etc. Dawn il-Festivals jiġbdu lejn pajjiżna viżitaturi barranin li flimkien mal-artisti lokali u internazzjonali jogħlu l-profil ta’ Malta fuq livell internazzjonali.
Sabiex dawn il-160 attivita jkunu possibli li jsiru, bħalissa hemm madwar 11,000 persuna impjegata f’dawn is-setturi u għalhekk nemmnu li dawn il-festivals qiegħdin ikunu ta’ kontribuzzjoni lejn l-ekonomija Maltija. Infatti ta’ min jgħid li ġew allokati 70 miljun Ewro li huma 10% aktar mis-sena ta’ qabel għal dan il-għan, fil-budget għal din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew persuni għall-festival ŻiguŻajg u jekk kienx hemm xi skejjel li ħadu lill-istudenti tagħhom għal dan il-festival u, jekk iva, kemm-il skola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Skejjel u istituzzjonijiet Edukattivi oħra li attendew da nil-festival huwa ta erbgħa u erbgħin (44). Dawn kienu maqsuma kif gej:
· Skejjel Governattivi 27
· Skejjel Privati 3
· Skejjel tal-Knisja 9
· Ċentri ta’ Childcare 3
· Kindergarten 1
· Ċentri tar-Riżorsi 1
Din it-tabella t’hawn taħt turi l-ammont ta’ biljetti maħruga kif ukoll attendenza għal presetazzjonijiet bla biljetti:
Biljetti
Ammont
Biljetti maħruġa lil Studenti, Għalliema u
Learning Support Assistants
5,525
Biljetti maħruġa għal Prestazzjonijiet lil Pubbliku in Ġenerali
7,398
Attendenza għal Prestazzjonijiet bla biljetti (għal dan ittieħed headcount f’kull Prestazzjoni)
7,800
Għaldaqstant huwa stmat li għall-aħħar edizzjoni ta’ dan l-Festival annwali attendew għalih mhux inqas minn 20,000 ruħ. Huwa evidenti li dan l-avveniment kull sena qiegħed iżid fil-popolarità tiegħu ma’ etajiet li jvarjaw sa 14+.
Forzi Armati ta’ Malta – operazzjoni ta’ salvataġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn matulhom ġew salvati nies fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2228, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-FAM wetqet operazzjonijiet ta’ salvataġġ u salvat persuni kif elenkat:
Sena
Operazzjonijiet ta’ salvataġġ
Persuni salvati
2013
76
1854
2014
34
602
2015
48
1273
2016
57
1251
2017
(sa 7.11.17)
42
732
Total
257
5712
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kien hemm li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija fejn matulhom ġew salvati nies fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
'Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika dwar "operazzjonijiet ta’ salvataġġ" li involvew membri tal-Korp tal-Pulizija fejn ġew salvati nies fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Ottubru 2017. Madankollu verifiki manwali juru illi f'dan il-perjodu, il-Pulizija "taw assistenza" lil diversi persuni li konsegwentement ġew salvati jew tnaqqset il-ħsara li setgħet saritilhom. Dan ġara l-aktar f'każijiet bħal attentati ta' suwiċidju fejn il-persuni kkonċernati ġew imwaqqfa, konsegwenza ta' negozjar ma’ membri tal-Korp, oħrajn ġew megħjuna wara inċidenti tat-traffiku jew inċidenti oħra fejn l-azzjoni tal-pulizija evitat illi l-inċidenti kienu fatali, ħafna drabi flimkien ma’ aġenziji oħra, bħal timijiet mediċi jew dawk tal-Protezzjoni Ċivili, fost ċirkostanzi oħra. L-ammont ta' dawn il-każi kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt'.
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Drabi li l-pulizija assistew
81
133
123
117
53
Persuni salvati
84
138
143*
133
53
*Ammont ta' nies assistiti f'każ minn din is-sena mhux magħruf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid, fejn applikabbli, kemm ġew salvati nies?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jżommx statistika ta’ kemm ġew salvati nies. Lista’ ta’ każijiet li għalihom intalbet l-għajnuna qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-istatistika tinżamm kull 3 xhur, l-informazzjoni mitluba tkopri sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
2013
2014
2015
2016
2017 sa Settembru
5122
4843
5084
4840
4440
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti fuq drink driving fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija f’Malta u f’Għawdex b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Ottubru 2017, l-ammont ta' persuni li ttellgħu l-Qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
sal-aħħar ta’ Ottubru
Malta
180
213
183
190
177
Gozo
6
6
5
13
4
Persuni li ġabu d-divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn meta daħal id-divorzju f’pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin, sena b’sena, f’Malta u f’Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Dawn huma t-talbiet għal divorzju milqugħa minn Ottubru 2011 sal-lum fil-Qrati Maltin:
SenaTalba għal divorzju milqugħa
Malta
2011(Minn Ottubru sa Diċembru)42
2012432
2013349
2014320
2015354
2016367
2017(sas-7 ta’ Novembru) 261
Total2125
SenaTalba għal divorzju milqugħa
Għawdex
2011 (mill-1 ta’ Ottubru)2
201218
201311
20145
201522
2016 12
2017 (sas-6 ta’ Novembru)13
Total83
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inxtraw kotba inkluż e-books minn Malta Libraries għal-libreriji pubbliċi fl-2016? Kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta’ dawn il-kotba?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kotba li nxtraw inkluż e-books minn Malta Libraries għal-libreriji pubbliċi fl-2016 kien kif se nsemmi:
E-books: 390
Kotba mixtrija: 11,301
In-nefqa totali għax-xiri ta’ dawn il-kotba kienet ta’ €87,658.76