Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzja tal-Kategorija B – logħob tan-nar​​​​​​​​​​​​​​​​​

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed isir il-kors għal-liċenzja tal-Kategorija B fix-xogħol tal-logħob tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bħalissa qed isiru l-preparamenti meħtieġa, u wara jiġi komunikat meta ser isiru il-korsijiet għad-detenuri tal-Liċenzji A, B u C.

E-scooters – ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal e-scooters matul din is-sena u fit-tliet snin li għaddew, u jistgħux jiġu indikati separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika li fiha jiġu rreġistrati ċ-ċitazzjonijiet, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu għal e-scooters mill-pulizija u l-uffiċċjali tal-Agenzija LESA, minn meta bdew joħorġu fis-sena 2020 u sas-27 ta’ Mejju ta’ din is-sena, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont li hemm ma jippermettix li dawn jiġu indikati separatament. Peress li għadha qed tiġi kkonvertita s-sistema ta’ ticketing minn dik manwali għal dik elettronika, jista’ jkun illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija f’dawn l-aħħar ġimgħat, jkunu għadhom mhux inklużi f’dan it-total. Sena Nru ta’ kontravenzjonijiet 2020 5 2021 4,702 2022 (sa 27/5) 118 Total 4,825

E-scooters – micromobility regulations

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qegħdin jiġu nfurzati l-micromobility regulations fil-każijiet ta’ e-scooters li jkunu pparkjati kontra l-liġi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huma l-Pulizija u l-uffiċjali tal-LESA li għandhom il-poteri biex jinfurzaw ir-regolamenti msemmija. L-uffiċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta, għalkemm ma għandhomx it-tali poteri, jimmoniteraw u jwissu fuq kull irregolarita’ ta’ traffiku inkluz fuq parkeġġ illegali tal- E-scooters

Pulizija – każi ta’ stupru fuq nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2021 kien hemm disa’ u għoxrin (29) rapport ta’ ka¿i ta’ stupru fuq nisa mal-Pulizija. Min dawn, sebgħa (7) tressqu l-Qorti u sbatax (17)-il każ għadhom qed jiġu investigati. Fil-każi l-oħra ma tressqux persuni l-Qorti għall-raġunijiet diversi.

Pulizija — każi ta' stupru fuq nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' stupru (rape) fuq nisa rrapportati s-sena l-oħra? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każi tressqu l-Qorti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ewwel parti tal-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat. Fir-rigward tat-tieni mistoqsija ninsab infurmat illi fl-2021 tressqu l-Qorti 14-il persuna akkużata bi stupru f'Malta, filwaqt li f'Għawdex tressqet persuna waħda.

Legal Reform for the Tourism Industry

Question

Jista' l-Ministru jagħti aġġornament dwar jekk hemmx ħsieb li quddiem il-Kamra titressaq liġi bbażata fuq il-white paper 'Legal Reform for the Tourism Industry' li ġiet ippubblikata fl-2016, liema riforma kellha ssir skont il-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin li tnediet f’Marzu 2015?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-liġi se tkun qed titressaq quddiem din il-Kamra għall-ewwel qari qabel il-vakanzi tas-sajf.

Ċimiterji tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fil-kostruzzjoni taċ-Ċimiterju tal-Annimali, u meta dan mistenni li jitlesta u jibda jopera?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi x-xogħlijiet fiċ-Ċimiterju tal-Annimali għadhom għaddejjin. Huwa ppjanat li dan jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena.

National Neutering Campaign

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda l-kampanja nazzjonali tan-neutering għall-annimali stray? Apparti l-€125,000 allokati għal national neutering campaign, hemm iżjed fondi allokati għal annimali stray għal din is-sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-kampanja tan-neutering tal-qtates għandha tibda fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Abbażi tal-eżitu tal-kampanja tan-neutering tal-qtates. Total ta' madwar 1.1 miljun ewro (apparti l-€125,000) ġew allokati għall-ħarsien tal-annimali direttament jew indirettament lejn annimali stray.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kriterji biex inħarġu ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u ċekkijiet ta’ stimolu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-kriterji kollha li fuqhom il-Gvern ħareġ iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u ċ-ċekkijiet ta’ stimolu aktar kmieni din is-sena? U allura jista’ jispjega għaliex iċ-ċekk ta’ stimolu ma wasalx għand kulħadd?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 323.

Epilepsy – statistika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu minn dawn iż-żewġ tipi ta’ epilessiji: Lennox-Gastaut Syndrome (LGS) u Dravet Syndrome (DS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pre¿entament għandna madwar 3 ka¿ijiet li huma identifikati li jsofru minn Dravet Syndrome (DS) u madwar 20 taħt l-eta’ ta 15 il-sena li għandhom il-Lennox-Gastaut Syndrome (LGS).