Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 574 u jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 574.

Fostering ta’ Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 879 u jgħid kemm ġew fostered tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ma kienx hemm każijiet ta’ tfal li nġibu Malta esklussivament biex ikunu fostered. Però tfal li mhumiex Maltin, iżda li ġew fostered is-sena l-oħra, hemm total ta’ 13-i1 tifel u tifla ta’ nazzjonalità barranija li ġew fostered. Dawn il-minuri kienu diġà jirrisjedu Malta fiż-żmien ta’ meta daħlu fis-sistema ta’ kura alternattiva. NATIONALITY Total Philippino 1 Libian 1 Nepalese 1 Moldovian 1 Italo-Greek 1 Romanian 1 Austrian 2 Nigerian 2 Italian 3

Imġarr Malta – lista ta’ toroq — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' toroq li hu mistenni li jagħmel mill-ġdid, jew jagħmel manutenzjoni fuqhom fl-Imġarr, Malta? Jista' jipprovdi l-programm u jispjega kif qed jagħmel, jew se jagħmel, dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel ħames xhur tal-2022, ir-raba’ sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 90 triq residenzjali li flimkien iġibu 19-il kilometru oħra ta’ toroq b’infrastruttura ta’ kwalità ogħla. Dan ifisser medja t’erba’ toroq fil-ġimgħa kif kienet fl-2021 li matulha l-aġenzija lestiet 220 triq residenzjali. Infrastructure Malta tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li kompliet għaddejja bi proġetti kbar f’toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, ukoll b’ħidma ta’ titjib tat-toroq rurali u programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fl-Imġarr l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Ġnien id-Dwieli, triq ġdida fi Triq San Pietru, Triq Ras il-Ġebel,Triq Madre Tereża, Triq Xagħra tal-Knisja, Triq Dun Ġużepp Micallef, Triq San Filippu, Triq Barbara, Misraħ is-Sebbieħ, Triq Fisher, Triq il-Kbira, Triq l-Għansar, Triq il-Fuħħar l-Aħmar, Triq Profs David H Trump, triq ġdida fi Triq l-Alwiża, Triq l-Imġarr, Triq Sir Temi Zammit li fiha bniet ukoll roundabout ġdida, Triq Sentinarju, triq bla isem fil-limiti tal-Lippija, Triq Fomm ir-Riħ, Triq tat-Taqsisa, Triq tal-Ħaddedin, Trejqa tal-Qala, Triq Lazzru Pisani, Ta’ Ħalqun fl-inħawi Ta’ Santi, Trejqet it-Tafal ta’ San Ġwann, Triq Għajn Tuffieħa u Triq Binġemma. Bħalissa qed isiru xogħlijiet fi Triq iż-Żebbiegħ, Saqa in-Naħal u triq rurali ħdejn Ras il-Wied, waqt li diġà hemm ippjanati biex fiż-żmien li ġej jinbdew xogħlijiet fi Triq l-Iskorvit, Sqaq Sant’Isidorju, Triq il-Konkors Teatrali, triq bla isem fi Triq Fomm ir-Riħ, it-triq li minn Għajn Tuffieħa twassal għax-Xemxija, sqaq fi Triq il-Wilga (Manikata), Triq is-Santi u s-sqaq ġo fiha, triq bla isem ħdejn Triq il-Palma u Trejqet Fidloqqom.

Ta’ Qali Crafts Village – area ta’ parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapporti li operaturi privati ħadu kontroll ta’ area ta’ parkeġġ viċin Ta’ Qali Crafts Village li qabel kienet pubblika humiex veritieri? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-qbil bejn il-Gvern u dawn l-operaturi privati? Jekk m’hemmx kuntratt, jista’ jgħid x'passi ħa jew se jieħu l-Gvern biex dawn l-affarijiet ma jsirux?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lura fl-2019 wara sejħa pubblika , ingħata encroachment ta’ art biex jintuża għall-parkeġġ, b’numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jsir tindif tal-post li li l-operatur jista’ jopera bejn is-18.00 u s-06.00. Il-peremss ġie mġedded minħabba li waqt il-pandemija ma sarux avvenimenti tal-massa, fuq parti iżgħar ta’ art u l-kuntratt għal żmien iqsar. Wara li dehru rapporti fuq il-media, dwar abbużi fil-ħin li kien qed jaħdem fih l-operatur, l-INDIS ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf il-kuntratt ta’ encroachment fis-27 ta’ Mejju 2022.

Dipartiment tal-Artijiet — kumpens għall-esproprjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni qabel l-2017 u kif qiegħed jinħadem issa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Il-kumpens illum jinħadem kif ġej, jekk diġa kien hemm gazzetta tal-Gvern tal-President jew Gvernatur Generali u qatt ma kien ħareg avviz ta‘ ftehim, allura l-valur tal-art jittieħed fid-data ta‘ meta ħarget il-Gazzetta originali u jiġi aġġustat bl-indiċi tal-inflazzjoni sallum Jekk kien avviz ta‘ftehim u l-kumpens offrut f’tali avviz kien aċċettat mis-sid, allura l-kumpens dovut ikun dak l-ammont indikat fl-avviz ta‘ ftehim, aġġustat bl-indici tal-inflazzjoni sallum

Awtorità tal-Artijiet – permessi għal postijiet riservati biex jipparkjaw caravans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn u jipprovdi pjanti u lista tal-areas f’Malta u Għawdex li l-Awtorità tal-Artijiet ħarġet permessi għall-postijiet riservati biex jipparkjaw caravans għal din is-sena, l-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2022, ma ħarġu l-ebda konċessjonijiet (encroachments) għal ipparkjar ta’ caravans.

Liġijiet dwar l-Intelliġenza Artifiċjali fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jipprepara liġijiet ġodda għal dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fit-toroq, partikolarment dwar liabilities f’każijiet ta’ aċċidenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Unjoni Ewropea qegħda tissuġġerixx biex l-Intelliġenza Artifiċjali f’ċerti oqsma tkun regolata, fejn l-istutuzzjionijirt għadhom qed jiddiskutu dawn ir-regolamenti. Ladarba l-Unjoni Ewropea tilleġiżla dawn ir-regolamenti, Malta tkun qegħda tagħmel traspożizzjoni tagħhom fil-liġijiet nazzjonali tagħha. Malta diġa’ għandha qafas regolatorju ta’ ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jaħdmu permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali inkluż fit-Trasport, liema ċertifikazzjoni toħroġ mill-Awtorita’ Maltija għall-Innovazzjoni Digitali. Dan il-programm ta’ ċertifikazzjoni jagħti aktar assigurazzjoni li l-Intelliġenza artifiċjali taħdem kif suppost u allura jnaqqas ir-riskju ta’ liabilities.

Liġijiet dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jipprepara liġijiet ġodda rigward l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-postijiet tax-xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta diġà għandha qafas regolatorju ta’ ċertifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jaħdmu permezz tal-Intelliġenza Artifiċjali, liema ċertifikazzjoni toħroġ mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Digitali. Din iċ-ċertifikazzjoni hija offruta fuq bażi volontarja. L-Unjoni Ewropea qiegħda tissuġġerixx biex l-Intelliġenza Artifiċjali f’ċerti oqsma tkun regolata, fejn l-istutuzzjionijiet għadhom qed jiddiskutu dawn ir-regolamenti. Ladarba l-Unjoni Ewropea tilleġiżla dawn ir-regolamenti, Malta tkun qegħda tagħmel traspożizzjoni tagħhom fil-liġijiet nazzjonali tagħha.

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur — ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm irċieva lmenti l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-2017 sal-2021? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew solvuti? Sena b’sena, kemm minnhom ġew solvuti b’kumpens monetarju, kemm minnhom ingħata prodott ġdid lill-konsumatur u kemm minnhom ġew solvuti permezz ta’ tiswija tal-prodott?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ lmenti reġistrati mal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur u li minnhom ġew solvuti b’mod amikevoli sena b’sena mill-2017 sal-lum, huwa skont it-tabella t’hawn taħt: Sena Total Solvuti 2017 936 457 2018 824 358 2019 963 348 2020 1270 499 2021 1100 414 2022 (sal-aħħar ta’ Mejju) 398 135 TOTAL 5491 2211 Nixtieq nikkjarifika li mit-total ta’ lmenti reġistrati kien hemm 832 ilment li ġew irtirati, 379 ilment ieħor li ma setgħetx tittieħed azzjoni fuqhom, 298 ilment ieħor magħluqa, filwaqt li 1597 ilment ġew referuti lit-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi. Għall-mistoqsijiet ta’ kemm mill-ilmenti ġew solvuti b’kumpens monetarju, kemm minnhom ingħata prodott ġdid lill-konsumatur u kemm minnhom ġew solvuti permezz ta’ tiswija tal-prodott, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, preżentement ma għandux din l-informazzjoni aggregata u għaldaqstant tkun trid tidħol fid-dokumentazzjoni ta’ kull każ biex tkun tista’ tingħata din l-informazzjoni

Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur – ilmenti dwar servizzi diġitali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-ilmenti li rċieva l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-2017 s’issa, kemm minnhom kienu rigward servizzi diġitali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ilmenti li rċieva l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-2017 s’issa, ma kienx hemm minnhom li jirrigwardaw servizzi diġitali. Għal fini ta’ din ir-risposta ‘servizzi diġitali’ ġew meqjusa skont it-tifsira li hemm fir-Regolamenti dwar kuntratti għal kontenut diġitali u servizzi diġitali (L.S. 378.20) li ġie fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022. Għaldaqstant ilmenti relatati mà servizzi li ma jaqgħux taħt l-iskop ta’ dan ir-Regolament ma ġewx inklużi.

Korsijiet ta’ Veterinary Sciences – għoti ta’ boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw boroż ta’ studju lil studenti biex isegwu korsijiet ta’ Veterinary Sciences f’pajjiżi barranin f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta bdiet l-iskema fl-2020 ingħataw ħamsa u erbgħin (45) borża ta studju għall-korsijiet ta’ Veterinarji

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – operaturi li għandhom liċenzja biex jikru umbrelel jew deckchairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm operaturi li għandhom liċenzja mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet din is-sena? Kif inhuma mqassma, f'Malta, f'Għawdex u f’Kemmuna u f’liema bajjiet jistgħu joperaw? Jista’ jgħid jekk hemmx limitu ta’ kemm jistgħu jitpoġġew umbrelel u deckchairs għal kull każ u jekk hemmx min jagħmel infurzar kontra l-abbużi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Speed Limits

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu riveduti ċertu speed limits partikolarment f’żoni fejn se jsir użu minn speed guns?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport issegwi mal-iSpeed Management Policy and Technical Guidance Manual li jinkludi l-metodoloġija ta' kif jiġu eżaminati li-speed limits tat-toroq arterjali u dawk distributorji. Il-polza tinsab fuq il-website uffiċċjali tal-Awtorità tat-Trasport. https://www.transport.gov.mt/strategies/road-safety/speed-management-1348 (Kopja tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra). Speed limits ezistenti jiġu riveduti meta f’każ li ssir road traffic accident analysis jew proġetti infrasttruturalli kbar u jkunu fl-stadju tal-ippjannar u d-disinn ta’ toroq.

Wied Rini – art tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal xiex qed jintuża l-bini ta' Wied Rini Maritime Coastal Station u Wireless Telegraphy Station bħalissa? Jista’ jgħid jekk din l-art għadhiex proprjetà tal-Gvern jew inkella saritx tal-privat jew ġietx okkupata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit immarkat bl-aħmar fid dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra huwa mikri lill-Go plc filwaqt li s-sit immarkat bil-blu mhux okkupat.

Adozzjoni u fostering ta’ tfal minn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati u fostered tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel parti tal-mistoqsija tagħha, fir-rigward ta’ kemm ġew addottati tfal minn pajjiżi barranin matul is-sena l-oħra, tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ tfal fostered għall-istess perijodu, ser jingħata minni, f’seduta oħra.

Ħal Far – proġett tat-trakka tal-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-trakka tal-karozzi f’Ħal Far u meta hu previst li jitlesta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art ġiet identifikata u saru l-istudji preliminari kollha. SportMalta ffirmat ittra wkoll ta' impenn mal-MMF u l-pjanijiet issa huma ffinalizzati. Infakkar ukoll li diġà ġie allokat budget għall-istess proġett mill-Fond Socjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali.

Independent Police Complaints Board — Membri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 577 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti lista ta’ min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-membri tal-Independent Police Complaints Board u li t-terminu tagħhom jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022 huma dawn: Independent Police Complaints Board formerly Police Board (Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija) l-Imħallef Emeritus Franco Depasquale KCSG, BA, LL.D. Chairperson Il-Kaptan Reuben Lanfranco BA (Crim), M. Jur (Int. Law), LL M (IMLI) Membru Is-Sur Michael Cassar Membru Is-Sur John Spiteri M. Ed. Admin. & Man. Segretarju

Proġett pilota ta’ autonomous buses

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proġett pilota ta’ autonomous buses li ġie mħabbar f’Mejju tal-2021? Inkisbu fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jgħidilna kemm u jagħtina rendikont ta’ kif dawn se jintefqu? Jekk le, jista’ jagħtina indikazzjoni dwar meta dawn jistgħu jinkisbu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk tlestietx ir-riċerka fuq dan il-proġett? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx timeframe dwar meta se jsiru l-provi ta’ dan il-proġett fit-toroq ta’ pajjiżna u jekk hemmx l-infrastruttura kollha meħtieġa biex jibda l-ittestjar?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- applikazzjoni għal proġett ġiet sottomessa bħala parti minn konsorzju għal finanzjament mill-UE. Ladarba jiġi kkonfermat, il-proġett ikun jista jibda. Dawn il-fondi se jintefqu fuq l-implimentazzjoni attwali, it-tfassil ta' leġislazzjoni xierqa u r-riċerka. Tlestiet l-ewwel parti li kienet tinkludi ezerċizzju ta’ skoping li wassal għat-tfassil tal-proġett. Il-fazi li jmiss se tikkonsisti fl-istudju u l-implimentazzjoni attwali. L-iskop ewlieni għal din ir-riċerka huwa li nifhmu aħjar kif l-aħjar nindirizzaw l-infrastruttura tat-toroq tagħna u nippreparaw għall-introduzzjoni ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda.

Kumpens għal ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għal kumpens rigward ħsarat li ġarrbu vetturi minħabba l-istat ħażin tat-toroq fis-sena 2021? Jista' jagħti l-informazzjoni minn liema lokalità sar kull ilment? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet kienu aċċettati u kemm ingħataw kumpens f’kull każ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.