Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn fast charging points f’Malta u f’Għawdex, f’liema lokalitajiet jinsabu, u f’liema sena ġew installati u kkummissjonati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Installazzjoni - Charging Points u Charging Pillars
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew installati charging points u charging pillars f’Malta u f’Għawdex mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għaliex in-nefqa fuq l-organizzazzjoni tal-attivitajiet organizzati minn Project Green telgħet minn €12,824 fis-sena 2024 għal €180,528 fis-sena 2025 – li tammonta għal żieda ta’ aktar minn 1,300%? Tista’ tgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għal din id-deċiżjoni, x'kienet in-natura ta' dawn l-attivitajiet addizzjonali li ġġustifikaw din iż-żieda fl-ispejjeż f'sena waħda biss u tispjega l-għan aħħari li qed tipprova tilħaq Project Green permezz ta’ din in-nefqa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fl-2025, Project Green implimentat programm usa’ ta’ attivitajiet immirati lejn il-familji u l-komunità inġenerali. Dan il-programm kien maħsub biex jinkoraġġixxi l-użu attiv tal-parks pubbliċi u biex dawn l-ispazji jsiru ambjenti ħajjin li jintużaw b’mod regolari minn sezzjonijiet differenti tas-soċjetà.
Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ispiża tal-2025 tinkludi wkoll spejjeż ta’ attivitajiet li saru fl-2024 u li tħallsu fl-2025.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kemm kienet l-attendenza għal kull waħda minn dawn il-41 attività organizzati minn Project Green li saret referenza għalihom?
Nefqa PR u Marketing - Aġenziji, Awtoritajiet u Entitajiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa fil-marketing u PR fir-rigward tal-aġenziji, awtoritajiet u l-entitajiet l-oħra kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tispjega kif qed jitkejjel is-suċċess ta' investiment qawwi fil-marketing u PR mill-aġenzija Project Green u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe studju jew informazzjoni li turi li din in-nefqa qed tagħti riżultati tanġibbli u proporzjonati għas-somma li l-Gvern qed joħroġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iktar ma jinfetħu spazji miftuħa ġodda, iktar ma ssir konsultazzjoni dwar proġetti differenti u iktar ma jkunu organizzati attivitajiet, kif spjegat fi tweġiba 33119, iktar l-informazzjoni għall-pubbliku hija importanti.
L-effettività ta’ dawn il-kampanji tirriżulta mill-fatt li r-rispons għall-inizjattivi ta’ Project Green qed ikun wieħed tajjeb, il-parteċipazzjoni fil-konsultazzjoni hi waħda wiesgħa u l-attivitajiet li jsiru jkunu suċċess.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta' kif kienet imqassma n-nefqa minn Project Green ta’ kważi €627,000 f'informazzjoni, u speċifikament kemm intefqu fuq reklamar fil-mezzi tax-xandir, kemm fuq il-midja soċjali, u kemm fuq materjal stampat? Tista' tindika wkoll min kienu l-benefiċjarji ta' dawn il-pagamenti (kumpaniji, aġenziji jew individwi) u tgħid jekk dawn intgħażlux permezz ta' tenders jew direct orders?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont dettaljat tan-nefqa fil-marketing u PR mill-aġenzija Project Green mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-marketing u l-PR minn Project Green, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, ammonta għal €17,895 (eskluża l-VAT).
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ Garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ Tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33357, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif ġie ngaġġat il-perit tal-proġett u kif intgħażel il-kuntrattur responsabbli għat-tiswija tas-soqfa tal-garaxxijiet fil-Qasam Binja Qlejgħa fl-Imtarfa? Jista' wkoll jispjega r-raġuni għalfejn il-Method Statements ittellgħu fuq is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar reċentement, minkejja li huma datati għal Novembru 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat
li l-periti tal-proġett ġew ingaġġati permezz ta’ direct order, peress li kienu diġà wettqu xogħol sostanzjali fuq l-istess proġett fil-passat mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa. Ix-xogħol imsemmi jifforma parti minn ftehim li l-Awtorità tad-Djar għandha ma’ Infrastructure Malta; għaldaqstant, il-kuntratturi responsabbli mill-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jintgħażlu minn Infrastructure Malta.
Fil-fatt, l-ewwel kuntrattur li kien intgħażel – u li saħansitra l proċessi ta’ selezzjoni kienu waslu fi stadju avvanzat – irrifjuta li jibda bix-xogħlijiet fuq is-sit. Konsegwentement, kien meħtieġ li jintgħażel kuntrattur ġdid, u b’hekk il-proċessi relatati kellhom jerġgħu jibdew mill-ġdid. Din is-sitwazzjoni tispjega għaliex il-Method Statements huma datati Novembru 2025, minkejja li ttellgħu fuq is-sistema tal-Awtorità tal-Ippjanar f’data aktar reċenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33738, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li jiddistingwixxu jekk isirux kunċerti u avvenimenti fil-picnic area f’Ta’ Qali jew fiż-żona dedikata għall-kunċerti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżistux kriterji stabbiliti kif imsemmija fil-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33737 u jgħid min huma l-persuni jew l-entità li ġiet imqabbda bħala espert biex tagħti pariri dwar il-ħaxix tal-picnic area f’Ta’ Qali, kemm qabel li ntefa’ ż-żrar kif ukoll wara? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlet tali persuna jew entità, u jgħid kemm qed titħallas għal dan is-servizz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-persuna li qed taqdi l-funzjoni ta’ espert għal dan il-Ministeru f’ħidma marbuta mas-settur huwa s-Sur Joe Schembri, illi għandu aktar minn għoxrin sena ta’ esperjenza fil-qasam ta’ proġetti ta’ tħaddir madwar il-pajjiż. Il-kuntratt datat 7 ta' Jannar 2026 ingħata skont ir-regolamenti dwar ix-xiri, bir-rata ta' ħamsin ewro fis-siegħa eskluż VAT għal massimu ta’ 180 siegħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33621 u ċjoè: B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar il-vetturi klassiċi, twettqu total ta’ 434 spezzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni jew l-entità li ġiet imqabbda bħala espert biex tagħti pariri dwar il-ħaxix tal-picnic area f’Ta’ Qali, kemm qabel li ntefa’ ż-żrar kif ukoll wara? Jista’ jgħid ukoll kif intgħażlet tali persuna jew entità, u jgħid kemm qed titħallas għal dan is-servizz?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan jew diskussjonijiet għaddejjin biex is-siti arkeoloġiċi ta’ Santa Verna, it-Tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra jiġu integrati f’żona ta’ protezzjoni arkeoloġika unifikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza ma tarax il-bżonn f’dan l-istadju li ż-żoni ta’ protezzjoni eżistenti jiġu estiżi biex jiffurmaw żona ta’ protezzjoni arkeoloġika waħda. Fil-proċessi kollha, s-Sovrintendenza tieħu nota taż-żoni ta’ protezzjoni, kif ukoll tas-siti kollha magħrufa fil-madwar, sabiex tieħu l-miżuri kollha provduti mill-liġi biex il-wirt arkeoloġiku jiġi mħares.
Iż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta) - Okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika
Question
Fid-dawl tal-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fiż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta), fejn anke ġie rrappurtat li kienet ikkaġunata ħsara strutturali fuq il-Victoria Lines, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-awtoritajiet kompetenti biex titwaqqaf din l-illegalità u jiġi aċċertat li s-sit jiġi żgumbrat kompletament, u jgħid x’passi legali jew ta’ infurzar qed jittieħdu fil-konfront tal-persuni responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet irċeviet ilment dwar okkupazzjoni ta’ art b’tined u vetturi, u li twaħħal xi ħadid fiż-żona tad-Dwejra, limiti tar-Rabat Malta. L-Awtorità investigat l-ilment u ħadet azzjoni minnufih, tant li fi żmien tlett ijiem tneħħa l-iżvilupp illegali. Eventwalment, il-post ġie żgumbrat kompletament mill-istess okkupanti. Għaldaqstant il-każ ingħalaq min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar. Jekk - kif qiegħed jiġi allegat - saret xi ħsara strutturali fuq il-Victoria Lines, dan għandu jiġi rrappurtat lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH) għal investigazzjoni, jekk hu l-każ.
Iż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta) - Okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika
Question
Fid-dawl tal-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fiż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta), fejn anke ġie rrappurtat li kienet ikkaġunata ħsara strutturali fuq il-Victoria Lines, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni ttieħdet mill-awtoritajiet kompetenti biex titwaqqaf din l-illegalità u jiġi aċċertat li s-sit jiġi żgumbrat kompletament, u tgħid x’passi legali jew ta’ infurzar qed jittieħdu fil-konfront tal-persuni responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Iż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta) - Okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika
Question
Fid-dawl tal-okkupazzjoni illegali ta’ art pubblika fiż-żona tad-Dwejra (Limiti tar-Rabat, Malta), fejn anke ġie rrappurtat li kienet ikkaġunata ħsara strutturali fuq il-Victoria Lines, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-awtoritajiet kompetenti biex titwaqqaf din l-illegalità u jiġi aċċertat li s-sit jiġi żgumbrat kompletament, u jgħid x’passi legali jew ta’ infurzar qed jittieħdu fil-konfront tal-persuni responsabbli biex jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħala Awtorita’ ta’ l-Artijiet qeda ssir investigazzjoni fuq dan il-każ, u qed jaraw li tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?