Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imġarr Malta — Provvista tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għas-sospensjoni b’mod regolari ħafna tal-provvista tal-ilma fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) u tgħidilna x’xogħlijiet saru u dawk li huma ppjanati li jsiru biex din il-problema tissolva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sospensjonijiet kienu kawża ta’ bdil ta’ madwar erba’ kilometri ta’ mejnijiet sabiex tittejjeb l-kwalità tal-ilma fil-lokalità.

Qorti ta’ Malta – Entratura għall-akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura tal-Qorti biex tiddetermina minn liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta, jekk hux mill-entratura prinċipali jew entratura sekondarja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta akkużat ikun jew ingħata l-libertà proviżorja jew ġie mressaq biċ-ċitazzjoni, dan jidħol mill-bieb prinċipali. F’kull każ ieħor, dan jiġi deċiż, skont il-każ mill-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.

Pulizija — każi ta’ vjolenza domestika – standard operating procedure

Question

Jista’ l-Ministru jispjega u jippubblika l-istandard operating procedure li l-pulizija jużaw meta jirċievu rapport ta’ każ ta’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fejn rapporti relatati ma vjolenza domestika li qabel kienu jiġu nvestigati mill-Pulizija distrettwali, issa qed jiġu proċessati min din is-sezzjoni speċjaliżżata, li qed toffri approċċ ta’ one-stop-shop, immexxija min uffiċċjali mħarrġa apposta, u għaldaqstant il-proċeduri huma uniformi u ċentralizzati. F’każijiet fejn l-assistenza mitluba tkun ta’ urġenza, minħabba raġunijiet loġistiċi, kemm il-pulizija distrettwali kif ukoll uffiċċjali minn sezzjonijiet operazzjonali oħra u dawk tal-Kommunita, xorta baqgħu jagħtu l-assistenza tagħhom fl-interess lejn il-vittmi, u fl-istess waqt jkun hemm kuntatt ma uffiċċjali mit-taqsima speċjaliżżata. Sintendi dan ix-xogħol jitmexxa wkoll b’koordinament u bi sħubija ma aġenziji oħra, li jagħtu servizzi effettivi tagħhom, lill-vittmi u lill-familjari tagħhom. Għaldaqstant qed jiġi offrut servizz aħjar lil vittmi ta' vjolenza domestika. Ninsab infurmat illi proceduri ta’ vjolenza domestika hemm linji gwida (SOPs) li jinħargu lill-Pulizija, madankollu minħabba s-sensitvita ta’ dawn il-każi u fl-interess tal-vittmi, mhux opportun li dawn ikunu ippubblikati. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Pulizija tħares lejn każi ta’ vjolenza domestika b’responsabilità kbira u kommessa li tnaqqas u tgħin dawn il-każi kontra kull persuna vulnerabbli. Għal din ir-raġuni l-uffiċċjali investigattivi mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika fil-Korp tal-Pulizija, jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom bir-reqqa, abbażi ta’ każ b’każ, u fejn ikun hemm provi ammissibbli biżejjed, jittieħdu proċeduri legali kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. Dan barra xogħol ieħor ta’ sostenn pro-attiv lejn il-vittmi, permezz ta’ miżuri biex jipprevjenu vjolenza kontra tagħhom.

Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1916 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm 3 beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna.

Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1917 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018, is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Bajja tal-Armier – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1904 u 2068 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja tal-Armier hemm 5 lidos li għandhom liċenzja sabiex jikru deckchairs u umbrelel abbażi ta’ concession tal-Lands.

Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1908 u 2069 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja ta’ Golden Sands hemm operatur wieħed li għandu l-liċenzja jikri deckchairs u umbrelel lill-pubbliku inġenerali.

Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1906 u 2070 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fuq il-Bajja tal-Għadira hemm 8 lidos/kiosks li għandhom il-liċenzja biex jikru deckchairs u umbrelel abbażi ta’ concession tal-Lands.

Kumpens għal esproprjazzjoni ta’ art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1608, jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni ta’ art qabel l-2017?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel l-2017, esproprjazzjoni ta’ art kien jinħadem skont il-Kap. 88. F’każijiet li kien hemm dikjarazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern mill-President ta’ Malta jew mill-Gvernatur Ġenerali, u ma kienx hemm avviż ta’ ftehim, l-istima kienet issir abbażi tal-01/01/2005, filwaqt li f’każijiet fejn kien hemm avviz ta’ ftehim, il-ħlas isir skont kif kien indikat fl-avviż ta’ ftehim.

Pretty Bay – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1915 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tikkonferma li fuq il-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa hemm concession waħda sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.

Pretty Bay – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1914 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1913 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tikkonferma li fuq il-Bajja ta’ Fra Ben hemm concession ta’ kjosk sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.

Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1912 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fuq il-Bajja ta’ Fra Ben hemm liċenzja waħda sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.

Bajja tar-Ramla – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1911 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm encroachment mil-Lands biex il-hawkers li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja jkunu jistgħu jikru deckchairs u umbrelel.

Bajja tar-Ramla – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1910 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja tar-Ramla apparti operaturi itineranti li għandhom Lands encroachment sabiex jikru deckchairs u umbrelel, hemm ukoll żewġ kjosks illi huma lliċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sabiex jikru deckchairs u umbrelel.