Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kemmuna - Pjattaforma ankrata - Permessi/awtorizzazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew xi dipartiment, awtorità, entità jew aġenzija li taqa’ taħtu, ta jew approva xi permess, awtorizzazzjoni, clearance, kunsens, ftehim, konċessjoni, lease, No Objection Certificate (NOC), encroachment permit, jew kwalunkwe approvazzjoni oħra, diretta jew indiretta, dwar użu tal-baħar, qiegħ il-baħar, foreshore, żona marittima, moll, slipway, jew faċilità pubblika relatata mal-pjattaforma/floating island ankrata viċin Kemmuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament; u jekk jirriżulta fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawn il-permessi jew awtorizzazzjonijiet, u jindika b’mod ċar id-dati, l-awtorità li ħarġet tali permessi jew awtorizzazzjonijiet u l-kundizzjonijiet imposti?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

BCA - State of the Building Industry Report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34487 u 34896 u jgħid jekk ir-rapport perjodiku ‘State of the Building Industry Report’ ġiex imħejji mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru, inkluż l-Awtorita’ tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), tgħati s-support tagħha biex stakeholders ewlenin fis-settur minn sena għal oħra jikkummissjonaw rapport li jagħti analiżi komprensiva tal-industrija tal-kostruzzjoni u s-suq tal-proprjetà f’Malta.

BCA - Data centre ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34486 u 34895 u jgħid jekk ġiex imwaqqaf depożitorju jew data centre ġdid għall-bini, immaniġġjat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), bl-għan li jipprovdi data li tintuża kemm mill-partijiet interessati kemm pubbliċi kif ukoll minn dawk privati, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li f’dan l-istadju m’hemmx informazzjoni f’dan ir-rigward. Madanakollu, l-Awtorita’ tibqa’ ssegwi fuq l-iżviluppi kbar li qed isiru fis-settur, inkluż il-ħidma li tinsab għaddejja fuq il-building and construction codes u tikkonsidra servizzi li jistgħu jkunu offruti f’dan ir-rigward.

Rabat, Malta – Triq Għeriexem – Solar Footpath

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ġenerati units ta’ enerġija mis-Solar Footpath tal-belvedere ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat, Malta, mill-inawgurazzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BCA - State of the Building Industry Report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34487 u jgħid jekk ir-rapport perjodiku ‘State of the Building Industry Report’ ġiex imħejji mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' xi seduta oħra.

BCA - Data centre ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34486 u jgħid jekk ġiex imwaqqaf depożitorju jew data centre ġdid għall-bini, immaniġġjat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), bl-għan li jipprovdi data li tintuża kemm mill-partijiet interessati kemm pubbliċi kif ukoll minn dawk privati, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f' xi seduta oħra.

BCA - Applikazzjonijiet tal-ippjanar - Planning consultee

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34485 u jgħid jekk sal-lum, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) assumietx ir-rwol ċentralizzat ta’ planning consultee għall-applikazzjonijiet tal-ippjanar, kif kien maħsub li jsir?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l‑funzjonijiet u r‑responsabbiltajiet tal‑Awtorità huma dawk preskritti fil‑liġijiet u r‑regolamenti rilevanti. Kwalunkwe funzjoni oħra tista’ tiġi assunta biss fejn previst minn tali strumenti legali.

Green Jobs – Impjiegi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda li huma kklassifikati bħala ‘Green Jobs’ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll jagħti break down ta’ dawn l-impjiegi skont is-settur ekonomiku?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex tirrferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Rabat, Malta - Ċentru għall-Anzjanità Attiva - Pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u xi pjanijiet hemm sabiex iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jibda jopera għal aktar minn darbtejn fil-ġimgħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li hemm il-ħsieb li l-operat taċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fir-Rabat jiżdied. Dan se jkun qed isir gradwalment, skont kif tiżdied id-domanda ta’ attendenza mill-anzjani għal dan iċ-ċentru.

Project Green - Stima kapitali - Sena 2026

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34482 u tgħid fuq liema bażi ġiet stabbilita l-istima kapitali ta’ €42 miljun għall-aġenzija Project Green għas-sena 2026, u tispjega kif l-aġenzija għandha l-kapaċità li tamministra u tonfoq somma ferm ikbar minn dik allokata fis-snin preċedenti, speċjalment meta wieħed iqis li l-istess aġenzija naqset milli timplimenta l-baġit kapitali anke meta dan kien ferm iżgħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34653.

Urban Greening - Nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34481 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar il-€1.7 miljun li ntefqu għas-sena 2024 taħt il-vot ta’ Urban Greening, u tagħti break down dettaljat ta’ kif intefqet din is-somma?  Tista’ tgħid ukoll liema kienu l-proġetti speċifiċi li saru b’dawn il-fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-Urban Greening Fund għas-sena 2024 intuża f’dawn il-proġetti: •        Ġnien l-Indipendenza f’Birżebbuġa •        Hospice Landscape Garden f’Santa Venera •        San Klement Picnic Area f’Ħaż-Żabbar •        San Klement OCR f’Ħaż-Żabbar •        Pollinator Garden f’San Ġwann •        Ġnien Kacey Sciberras f’San Pawl il-Baħar •        Wied iċ-Ċawsli f’Ħal Qormi •        Wied Qannotta f’San Pawl il-Baħar

Project Green - Allokazzjoni kapitali

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 34480 u ċjoè: Peress li fis-sena 2024, minn allokazzjoni kapitali ta’ €24.7 miljun għall-aġenzija Project Green, intefqu biss €2.3 miljun, li jfisser rata ta’ implimentazzjoni ta’ 9% biss, tista’ l-Ministru tispjega r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta’ nfiq, kif ukoll tispeċifika liema kienu dawk il-proġetti li kienu ppjanati li jsiru b’dawn il-fondi u li minħabba dan in-nuqqas ta’ nfiq, ġew imdewma, posposti jew ikkanċellati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Bħalma kelli ċ-ċans nispjega u nuri diversi drabi, Project Green, bħal entitajiet oħrajn li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, f’din il-leġiżlatura diġà wettqu b’suċċess għexieren ta’ proġetti. Fil-fatt mill-bidu tal-leġiżlatura s’issa, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, waħedhom, wettqu 68 proġett differenti mifruxin madwar il-pajjiż. Magħhom twettqu wkoll numru sabiħ ta’ proġetti ta’ spazji miftuħa minn entitajiet oħra. Bħalissa, mill-entitajiet li huma parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika għaddej ix-xogħol fuq għexieren ta’ proġetti u meta ngħid għaddej ix-xogħol inkun qed nirreferi għall-fażijiet differenti; mill-mument li proġett jibda jitfassal u jiġi pjanat, għall-fażi ta’ konsultazzjoni, għas-sejħiet għall-offerti u eventwalment l-implimentazzjoni. Fil-każ ta’ Project Green ninsab infurmata li din qed taħdem fuq portafoll ta’ 118-il proġett differenti b’investiment maħsub ta’ madwar €350 miljun, li fit-totalità tagħhom iġibu medda art ta’ madwar 1.7 miljun metru kwadru - daqs ta’ 240 grawnd tal-futbol. Naturalment l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti kollha trid issir fuq medda ta’ snin. Filwaqt li nagħmilha ċara wkoll li l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-sena 2026 huma kif jirriżultaw mill-estimi, tajjeb li l-Onor. Interpellanta tibda tifhem li proġett, speċjalment dawk kbar ikollhom diversi stadji, u ladarba jgħaddu l-istadji tal-ippjanar u s-sejħiet għall-offerti, allura nkunu nistgħu ngħaddu għall-fażi ta’ implimentazzjoni. Grazzi għax-xogħol importanti li għamlet Project Green fl-aħħar snin, kienu diversi l-proġetti li għaddew l-ewwel żewġ stadji u li issa bdejna naraw l-implimentazzjoni u t-twettiq b’suċċess tagħhom. Bħalma fl-aħħar snin lestejna numru ta’ proġetti, l-istess se nibqgħu nagħmlu din is-sena u fis-snin li ġejjin. Fil-fatt ninsab infurmata li Project Green qed timmaniġġja 19-il sit attiv u tinsab fil-proċess li tibda x-xogħol fuq 4 siti oħra, b’numru ferm akbar ta’ proġetti jiġu implimentati simultanjament f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż. Huwa mmirat li matul din is-sena jitlestew numru sabiħ ta’ proġetti oħrajn mill-entitajiet tal-Ministeru għall-Ambjent li mistennija jinkludu dak tar-Riserva Naturali tas-Simar (San Pawl il-Baħar), Ġnien Dun Nicholas Cachia (Siġġiewi), Ġnien Misraħ Karmelitani (Żurrieq), estensjoni tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa (Birżebbuġa), Ġnien il-Larinġ (Ħal Lija), Ġnien il-Madonna tal-Vitorja (Pembroke), Park tal-Mitħna (Mqabba), Park ta’ Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar), Ġnien il-Koppin (Ħal Kirkop), Ġnien Għarram (Ħaż-Żebbuġ), Ġnien iż-Żgħożija (Imtarfa), Ġnien it-Tabib Mario Tabone (Swieqi), Għaxaq Picnic Site (Ħal Għaxaq), Rainwater Harvesting Park (Għajnsielem), parti minn Park l-Inħawi (Fgura), proġett f’Għajnsielem u ieħor f’San Ġiljan li qed isiru bħala parti mill-Iskema ta’ Tħaddir Urban għall-Kunsilli Lokali, Proġett Silva f’żewġ żoni afforestati fl-Aħrax ta’ Ġewwa u l-Miżieb (Mellieħa), xogħlijiet ta’ tisbiħ fiż-żona Saver Zarb f’San Ġiljan, fil-Barrakka ta’ Fuq u fil-Barrakka t’Isfel, Roof Garden fuq il-binja tal-Liċeo l-Ħamrun, Ċentru tal-Vizitaturi (Marfa), ġnien u spazju miftuħ fid-daħla tal-Birgu u l-proġett ta’ Green Living Hub Malta (Ħaż-Żebbuġ).

Project Green - Nefqa PR u Marketing

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34054 u 34478 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119, tista’ l-Ministru tagħti break down dettaljat ta' kif kienet imqassma n-nefqa minn Project Green ta’ kważi €627,000 f'informazzjoni, u speċifikament kemm intefqu fuq reklamar fil-mezzi tax-xandir, kemm fuq il-midja soċjali, u kemm fuq materjal stampat? Tista' tindika wkoll min kienu l-benefiċjarji ta' dawn il-pagamenti (kumpaniji, aġenziji jew individwi) u tgħid jekk dawn intgħażlux permezz ta' tenders jew direct orders?

Response (DALLI, MIRIAM)

Għal darb’oħra ninforma lill-Onor. Interpellanta li hu obbligu li fejn tkun qed issir konsultazzjoni, jew saħansitra jkunu tlestew proġetti l-entitajiet relevanti jinfurmaw lill-pubbliku ħalli n-nies jipparteċipaw fil-konsultazzjoni, jew igawdu dawn il-postijiet skont il-każ. Fil-fatt, kritika li spiss nirċievi hi biex nesponu iktar l-ispazji l-ġodda ħalli n-nies ikunu jafu bihom iktar u jgawduhom mal-familji tagħhom. Iktar minn hekk, hemm proġetti fejn entità hi obbligata tinforma u tirreklama ladarba hemm użu ta’ fondi Ewropej. Intant, jekk l-Onor. Interpellanta terġa’ taqra sew it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33119 għandha tinduna li l-ammont li qed issemmi hi f’din il-mistoqsija ma kienx marbut ma’ informazzjoni biss, kif qed tgħid f’din il-mistoqsija parlamentari. Fil-fatt, l-ammonti marbuta ma’ informazzjoni u reklamar kienu ta’ €122,000 għall-2023, €107,176 għall-2024, u €92,238 għall-2025. Jien infurmata li l-informazzjoni xxandret jew kienet ippubblikata fuq id-diversi mezzi tax-xandir, inkluż Televiżjoni, Radju, Mezzi Soċjali kif ukoll materjal stampat, bħalma  juri d-dokument kif ġie mgħoddi lili u li qed inpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmata wkoll li b’materjal stampat hemm inkluż il-‘hoarding’ tad-diversi siti li kien hemm u għad hemm għaddej ix-xogħol fuqhom madwar il-pajjiż, kif ukoll sinjali ta’ informazzjoni li jitwaħħlu fil-ġonna. Ix-xogħol inkwistjoni dejjem ingħata permezz ta’ proċedura ta’ tender jew direct order, skont kif applikabbli, u f’konformità sħiħa mal-proċeduri u r-regolamenti tal-akkwist pubbliku.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat - Proġetti jew inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtha, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Tista’ tgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika - Proġetti jew inizjattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtha, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Tista’ tgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34588.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34588.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.

Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali - Proġetti jew inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti jew inizjattivi tħabbru mill-Ministeru jew minn kwalunkwe aġenzija jew entità li jaqgħu taħtu, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, iżda li s’issa għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallas il-Gvern fuq reklamar, PR u kampanji ta’ informazzjoni għal kull wieħed minn dawn il-proġetti li qatt ma twettqu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 34588.