Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiftaħ l-iskema għal xiri ta’ parti minn proprjetà li s-sidien ikunu skoprew li hija fuq art tal-Gvern? Kemm hu maħsub li hawn sidien li jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema għax-xiri ta’ parti mill propjeta fuq art tal-Gvern diġa hija miftuħa bl-avvi¿ legali numru 232 tal-2022
L-Awtorita’ tal-Artijiet tikkonferma li hemm ammont sostonzjali li taf bihom billi diga’ kien hemm talba għax-xiri fil-passat. I¿da mpossibli tgħid kemm jista’ jkun hemm għax dawn jinqalaw matul iz-zmien.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ġurnalisti kinux mistiedna għall-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM), li għalih il-Prim Ministru stess attenda nhar it-28 ta’ Settembru 2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mhux l-organizzatur tal-ftuħ tas-sena akkademika tal-entità li qed tirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozzi tal-linja humiex tracked bil-GPS f’ħin reali? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn din l-informazzjoni ma tintweriex fuq it-Tallinja App?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-karozzi tal-linja kollha huma mgħammra b’sistema ta’ GPS li turi l-pozizzjoni tagħhom waqt il-ħin kollu li jkunu qed joperaw. Il-karozzi tal-linja jibagħtu l-Ġeo-location tagħhom kontinwament, b’intervall ta’ bejn 3 u 5 sekondi, u b’hekk isir il-moniteraġġ mill-Kamra tal-Kontroll tal-operatur. Din l-informazzjoni tintbagħat ukoll lis-sistema ta’ Tallinja App, li ġġedded l-informazzjoni tagħha b’intervalli ta’ bejn 30 u 40 sekonda.
Id-diffikulta tinqala’ meta minħabba ċirkustanzi mhux previsti, bħall devjazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom ix-xufiera waqt li jkunu fuq ir-rotta, is-servizz tat-trasport pubbliku jista’ jiġi affetwat u jkun hemm sitwazzjonijiet li informazzjoni preċiża ma tintweriex fuq Tallinja App.
Ta’ min jinnota li t-teknoloġija li tintuża fl-app, li tintuża f’ħafna pajjiżi u bliet oħra, ma kinitx iddisinjata biex tilqa’ għal devjazzjonijiet u xogħlijiet fit-toroq.
Infurmat mill-Operatur tat-Trasport Pubbliku li din is-sistema li tħaddem l-App qegħda tiġi aġġornata u dan sabiex ikollha aktar informazjoni dwar id-devjazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena mill-2020 sal-lum kemm-il każ solviet l-Awtorità tal-Artijiet fejn akkwistat mingħand is-sidien oriġinali artijiet li fuqhom inbnew djar ta' Home Ownership Schemes, u li mbagħad għaddiet it-titolu għand l-Awtorità tad-Djar? Jista’ għal kull każ jindika kemm ingħata kumpens lis-sidien oriġinali, u jindika n-numru ta’ każijiet solvuti u l-kumpens imħallas lokalità b’lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista mill-2020 sal-lum ta’ kemm-il ka¿ tal-Home Ownership Scheme tal-Awtorità tal-Artijiet ġew solvuti.
Bajja ta’ Fra Ben – liċenzja għall-kiri ta’ umbrelel u deckchairs
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2851 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2196, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzja sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja ta’ Fra Ben?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2852 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2198, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2853 u ċjoè: B’referenza ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2197, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-encroachment mil-Lands li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Kemmuna – kuntratti ta’ kirjiet ta’ siti fil-bajjiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2854 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2212, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li permezz tagħhom is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2855 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa? Jista' jgħid ma' min saru konsultazzjonijiet s'issa, u jispjega r-raġunijiet li abbażi tagħhom intgħażlet l-art fl-Imtarfa biex isir il-proġett?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hija l-intenzjoni tal-Gvern illi isir dan iċ-ċentru.
Il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta wkoll jaħseb għal dan.
Is-sit tal-l-Imtarfa huwa proprjetà tal-Gvern u ġie kkunsidrat flimkien ma’ siti oħra, li huma wkoll proprjetà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2476 u jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq il-proġett pilota ta’ autonomous buses u jagħti indikazzjoni taż-żmien meta l-proġett ikun jista’ jibda jopera?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-proġett-pilota għadu għaddej. Ikun irid isir ukoll evalwazzjoni tiegħu.
Households li jagħmlu użu minn aerial biex jaraw free-to-air
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, u n-numru ta’ households, imqassma skont il-lokalità, li għadhom jagħmlu użu minn aerial biex jaraw l-istazzjonijiet lokali free-to-air?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2821, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-kriterji li abbażi tagħhom il-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jiddeċiedu fuq liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li d-deċiżjoni tal-Pulizija f'dan ir-rigward issir mill-uffiċjal investigattiv wara li jkunu valutati r-riskji u l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa għall-istess persuni, fost elementi oħra. L-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jużaw il-parti tal-binja responsabbiltà tagħhom, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni mod ieħor.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2849 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2193, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concession biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2850 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2195, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2856 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466 u 2817 u jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fl-Imġarr Malta
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2822 u jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.