Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kemmuna beach concessions – public tender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tliet beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna ngħatawx permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta din kienet ippubblikata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet, mill-1 ta’ Jannar 2018, kienet ikkonċediet b’kiri, is-siti referuti f’Kemmuna, lill Awtorità Maltija tat-Turiżmu. sabiex tiġġestixxihom hi. Il-kirja tkopri perjodu ta’ 15-il sena. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kemmuna Beach Concessions – site plans

Question

Filwaqt li għaddejjin ir-reviżjonijiet fuq is-site plans tal-konċessjonijiet mogħtija fil-bajjiet ta’ Kemmuna, jista’ l-Ministru jippubblika s-site plans tal-konċessjonijiet li hemm bħalissa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Mosta — żona magħrufa Tad-Dib – plots tal-HOS – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se jissolvew każijiet pendenti ta’ residenti fil-plots tal-Home Ownership Schemes fil-Mosta, partikolarment fiż-żona magħrufa bħala Tad-Dib?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona tad-Dib fil-Mosta, għad hemm każ pendenti quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet u għaldaqstant l-akkwist tal-art f’dik iż-żona ma jistax jiġi ffinalizzat qabel ma jitlestew dawn il-proċeduri.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157 u 3718 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4032.

Liċenzja tal-Kategoriji A, B, C – logħob tan-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsiru korsijiet għal-liċenzji tal-Kategoriji A, B u C fix-xogħol tal-logħob tan-nar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena saru l-korsijiet tal-liċenzja Kategorija ‘A’, li ġew fi tmiemhom. Saru wkoll l-eżamijiet u re-sits relatati. Huwa mistenni li matul is-sena 2023 jsiru l-korsijiet tal-liċenzja Kategorija ‘B’ (refreshers), u bħalissa għaddejjin l-preparamenti neċessarji u previst li jsiru l-korsijiet għall-applikanti għall-liċenzja Kategorija ‘C’ ukoll. Tajjeb li nsemmu li nħatar working group sabiex jirrevedi l-metodu ta' kif isiru l-eżamijiet.

Stazzjonijiet lokali Free-to-air

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex u n-numru ta’ households, indikati skont il-lokalità, li għadhom jagħmlu użu minn aerial biex jaraw l-istazzjonijiet lokali free-to-air? Jista’ jgħid jekk il-Gvern hux se jwaqqaf dan is-servizz tal-istazzjonijiet televiżivi free-to-air?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Tal-linja — tracking

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3309, peress illi l-karozzi tal-linja kollha għandhom sistema ta’ GPS li turi l-pożizzjoni tagħhom f’ħin reali waqt li jkunu qed joperaw, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-location f’ħin reali ma tintweriex fuq il-mappa b’mod viżwali u tiġi aġġornata kull ftit sekondi, l-istess bħal kif jagħmlu fuq applications ta’ taxis kummerċjali u pjattaformi diġitali għall-konsenja?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant l, bħalma spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 3309, bħalissa l-informazzjoni fuq l-app tiġi aġġornata b’mod frekwenti, waqt li l-operatur tat-trasport pubbliku wkoll se jkun qed jaġġorna s-sistema.

Ċimiterju tal-Annimali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3100 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2479, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena tal-leġiżlatura huwa previst li jitlesta u jibda jopera ċ-Ċimiterju tal-Annimali? Peress li mill-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572 kien ippjanat li dan jitlesta sal-aħħar tas-sena 2022, jista’ jgħid jekk hemmx xi dewmien f’dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jispjega r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, ladarba l-proġett qed jitwiegħed fil-manifest elettorali li se jkun qed isir f’din il-leġiżlatura, allura nserrħilha rasha li se jitwettaq. Aktar dettalji jkunu jistgħu jitħabbru ’l quddiem.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157 u 3718, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċess ta’ kumpilazzjoni tad-data wasal fi stadju avvanzat u ser inkunu f’pożizzjoni li nagħtu r-risposta f’seduta oħra.

MTA — Tables and Chairs inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq imwejjed u siġġijiet bejn l-ewwel ta’ Ġunju u l-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu bejn Ġunju u Ottubru, id-Dipartiment tal-Enforcement fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamel madwar sitta u sebgħin (76) spezzjonijiet f’Malta u erbgħa u għoxrin (24) spezzjoni f’Għawdex. Kull spezzjoni tirrikjedi almenu spezzjoni ulterjuri biex jiġi żgurat illi l-operatur jaderixxi mal-istruzzjonijiet li jkunu ngħatawlu. B’hekk effettivament saru madwar mitejn (200) spezzjoni komplessivament.

Legal Reform for the Tourism Industry

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li titressaq quddiem din il-Kamra liġi bbażata fuq il-white paper 'Legal Reform for the Tourism Industry' li ġiet ippubblikata fl-2016, liema riforma kellha ssir skont il-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu għall-Gżejjer Maltin li tnediet f’Marzu 2015, u li skont it-tweġiba tal-istess Ministru għall-mistoqsija parlamentari 578, din kellha titressaq quddiem din il-Kamra għall-Ewwel Qari qabel il-vakanzi tas-sajf?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol fuq din ir-riforma għadu għaddej u għaldaqstant id-dokument se jitressaq għad-diskussjoni matul is-sena d-dieħla.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817 u 3157, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Beekeepers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3276 u jgħid kemm hawn persuni rreġistrati bħala beekeepers, maqsuma skont il-lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament hawn 272 naħħal reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja. Dawn huma maqsuma skont dawn il-lokalitajiet: Mellieħa 23 Rabat (Malta) 17 Nadur 17 Mġarr (Malta) 14 Rabat (Għawdex) 13 Mosta 13 Xagħra (Għawdex) 12 Siġġiewi 10 Żejtun 9 Qormi 8 Dingli 8 Ħ'Attard 8 Ħaż-Zebbuġ 8 Qala 7 Birkirkara 6 Ħal-Għaxaq 6 Naxxar 6 Għargħur 6 Żabbar 5 Mtarfa 5 Baħrija 5 Xewkija 4 Żurrieq 4 Burmurrad 4 San Pawl il-Baħar 4 Għarb (Għawdex) 4 Safi 3 Gudja 3 Żebbuġ (Għawdex) 3 Marsaskala 3 Għajnsielem 3 Sliema 2 Marsaxlokk 2 San Ġiljan 2 Qawra 2 Sannat (Għawdex) 2 Birżebbuġa 2 Qrendi 2 San Ġwann 2 Kerċem 2 Floriana 2 Swieqi 1 Tarxien 1 Kirkop 1 Xgħajra 1 Kalkara 1 Xemxija 1 San Lawrenz 1 Fgura 1 Santa Venera 1 Marsalforn 1 Ħal-Lija 1

American University of Malta – Audit Report

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3098, jista’ l-Ministru jispjega fejn wieħed jista' jsib l-audit report dwar l-evalwazzjoni li saret lill-American University of Malta (AUM) fil-website tal-MFHEA? Jidher li l-unika rapport li hemm ippubblikat huwa dak tal-2021 u mhux dak l-aktar riċenti.

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar audit ġie konkluż f’Ottubru tas-sena 2021 hekk kif titlob il-leġiżlazzjoni sussidjajra b’hekk ir-rapport pubblikat hu l-aktar wieħed riċenti.

Home Ownership Schemes — Każijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal każijiet pendenti ta’ residenti fil-plots tal-Home Ownership Schemes li għadhom fuq bażi ta' konvenju u li l-Awtorità tal Artijiet għadha ma akkwistatx mingħand is-sidien oriġinali tagħhom, maqsuma skont il-lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li ka¿ijiet pendenti ta’ residenti fil-plots tal-Home Ownership Schemes jinstabu hekk kif muri fit-tabella. Locality Outstanding Plots Ħad Dingli 48 Fgura 1 Ħal Kirkop 20 Gudja 7 Marsa 5 Mgarr 46 Mosta 40 Msida 13 Mqabba 12 Naxxar 1 Qrendi 18 Rabat Għawdex 2 San Ġwann 4 Siggiewi 6 Total 223

Rotta 238

Question

Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għan-nuqqas ta’ konsistenza fis-servizz tar-rotta 238, li qiegħed jaffettwa ħażin b’mod partikolari lir-residenti tal-Imġarr (Malta) li kull filgħodu jkunu jridu jirkbu fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università, speċjalment fl-aħħar ġimgħat fejn numru ta’ residenti lmentaw li f'istanzi l-karozzi tal-linja tgħaddi tard, jew saħansitra ma tiġix? Jista’ jinvestiga dawn l-ilmenti u jassigura titjib fis-servizz?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn eżerċizzju li għamlet Transport Malta, fejn giet analizzata l-informazzjoni miġbura permezz tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja, bejn it-tnejn u għoxrin u t-tletin t’ Ottubru 2022 fuq din ir-rotta jirriżulta li l-affidabilita medja kienet ta’ kwazi 96%. F’ċertu ħinijiet it-trasport pubbliku jiġi affetwat mit-traffiku li jkun hemm f’ċertu inħawi bil-konsegwenza li l-puntwalita tiġi affettwata.

Interconnector – interactive map

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn sal-ġurnata li ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari, l-interconnector bejn Malta u Sqallija ma kienx qiegħed jidher fuq il-mappa interattiva tal-Projects of Common Interest (PCI) Transparency Platform?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infakkar lill-Onor. Interpellanta li l-mappa li qed tirreferi għaliha hija immirata għal proġetti li jkunu iffinanzjati speċifikament mill-fond Ewropew tal-Connecting Europe Facility, liema proġetti jissejħu bħala Proġetti ta’ Interess Komuni. L-interconnector ma kienx iffinanzjat minn dan il-fond u allura mhuwiex proġett ta’ interess komuni għall-iskop tal-mappa interattiva. Huwa għal din ir-raġuni li l-interconnector ma jidhirx fuq din il-mappa.

Età legali taż-żwieġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2863, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2863

Dwana – Direttur Ġenerali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2861, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jintemm il-proċess tal-għażla għad-Direttur Ġenerali (Dwana), u jgħid in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu għal din il-pożizzjoni? Mill-applikazzjonijiet kollha li daħlu, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn, huma persuni li diġà jaħdmu fid-Dwana?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-proċess qiegħed fil-fazi konklussiva.

Dipartiment tal-Artijiet – skema għall-fidi ta’ ċens temporanju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiftaħ skema biex ikun jista’ jiġi mifdi ċens temporanju ta’ postijiet mhux residenzjali (mhux dawk kummerċjali)?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema qed tkun ikkunsidrata u qed isiru l-istudji neċessarji.