Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega l-proċedura biex isir appuntament ġdid għad-dialysis f’każ li l-appuntament oriġinali jkun ikkanċellat min-naħa tal-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każ li l-appuntament oriġinali jkun ikkanċellat il-pazjent jingħata appuntament jew dakinhar stess jew l-għada.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk minn Jannar tal-2021 ’l hawn kienx hemm xi istanzi fejn appuntamenti għad-dialysis ġew ikkanċellati meta l-pazjent kien diġà wasal l-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4649.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu kkanċellati appuntamenti għad-dialysis minn Jannar tal-2021 sa issa, indikati skont is-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 4649.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx sezzjoni ġdida ġewwa r-Renal Unit? Jekk iva, jista’ jgħid jekk din is-sezzjoni hux qiegħda tintuża, u għal liema appuntamenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Ottubru li għadda, spazju addizzjonali biswit ir-Renal Unit oriġinali ġie trasformat f’estenzjoni ġdida li diġá qiegħda tintuża
Noise Control Commission – problema ta’ noise pollution
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi persuna/i jew kummissjoni li tagħti parir lill-Ministru fuq kwistjonijiet ġenerali relatati mal-istorbju, peress illi n-Noise Control Commission m’għadhiex topera u allura m’għadhiex taqdi din il-funzjoni? Tista’ tgħid jekk in-Noise Control Commission kellhiex il-funzjoni li tiffinalizza u tipproponi qafas leġiżlattiv sabiex tiġi regolata l-problema ta’ noise pollution?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 2258, 2915 u 3178.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jipproponi qafas leġiżlattiv sabiex tiġi regolata l-problema ta’ noise pollution b’mod ħolistiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 2258 u 3178.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3756, peress li għall-kuntrarju tat-tweġiba tal-Ministru, l-aktar audit report reċenti li wieħed jista’ jaċċessa huwa dak li kien ippubblikat fit-13 ta’ Lulju 2021, u li sar bejn it-13 u l-15 t’Ottubru 2020 hekk kif indikat fl-istess rapport, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sena sarx proċess ta’ awditjar lill-American University of Malta (AUM) sabiex f’Awwissu din kellha l-liċenzja mġedda għal ħames snin oħra, liema estensjoni tal-liċenzja kienet ikkonfermata mill-Ministru stess fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2680?.
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3756, dik ir-risposta hi korretta fejn l-Institutional Audit, li abbażi tiegħu toħroġ il-liċenzja, kien u għadu jinsab online.
Awtorità tal-Artijiet – każ li ilu pendenti seba’ snin
Question
B’referenza għall-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ilu seba’ snin pendenti u li l-unika tweġiba dwaru li waslet mill-Awtorità tal-Artijiet hija li l-verifika għadha għaddejja minħabba li ż-żona hija vasta u kkumplikata, jista’ l-Ministru jispjega dak li huwa mfisser bil-frażi “vasta u kkumplikata”? Peress li dan il-każ ilu pendenti għal seba’ snin, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se jissolva?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni qiegħda fl-aħħar stadji ta’ reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Ministeru tiegħu għażel li jwaqqaf il-kuntratt li kien jiġġedded kull sena b’risq programmi mmirati biex studenti jtejbu l-ħiliet tagħhom ta’ komunikazzjoni bl-Ingliż? Se jkun hemm programmi ġodda li jservu l-istess funzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi ma ġġeddidx minħabba diversi raġunijiet fosthom li l-Ministeru għandu fiduċja sħiħa fl-abbiltajiet tal-għalliema kemm fit-tagħlim tal-ħiliet kollha tal-lingwa Ingliża, u kif ukoll dik mitkellma. Fil-kurrikulu dawn il-ħiliet ikunu diġà inklużi u jiġu mgħallma u pprattikati f’kull skola.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ppreżentati każi sa issa quddiem il-Bord tar-Regolamenti tal-Kera minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Residenzjali Kontrollati, Att XXIV tal-2021? Kemm minn dawn kienu solvuti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Bord li Jirregola l-Kera ma jagħmilx parti mill-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u/jew xi entità li taqa’ taħt dan id-dekasteru. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat u biex l-informazzjoni li tingħata tkun korretta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3534 u jagħti time frame ta' meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi bħala fatt, f’perjodu ta’ għaxar snin kien hemm biss tnax-il każ fejn persuna żżewġet ta’ età anqas minn dik ta’ tmintax-il sena. Il-Gvern qed jikkonsidra x’passi jistgħu jittieħdu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ilha fl-irwol tagħha ċ-Chief Audit Officer preċedenti fl-Awtorità tal-Artijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Chief Audit Officer preċedenti fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet damet tokkupa dan l-irwol għall-perjodu bejn is-16 ta’ Ottubru 2017 u l-20 ta’ Mejju 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet vakanti l-kariga ta’ Chief Audit Officer fl-Awtorità tal-Artijiet qabel il-ħatra taċ-Chief Audit Officer attwali f’April tal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Chief Audit Officer fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet damet vakanti għall-perjodu bejn il-21 ta’ Mejju 2021 u s-17 ta’ April 2022. Waqt il-perjodu illi dan ir-rwol kien vakanti, il-proċessi illi skont il-liġi jridu jgħaddu mill-iskrutinju tal-Ufficjal Kap tal-Verifika nżammu pendenti. Dawn ġew debitament eżaminati mill-Uffiċjal Kap tal-Verifika l-ġdida meta din ġiet appuntata, u fl-istess ħin tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport għas sena 2021 li kien jiddettalja x-xogħol li sar mill-Ufficju tal-Verifika sakemm dan ir-rwol kien għadu okkupat mill-Ufficjal Kap tal-Verifika preċedenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2282, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet informatx lill-American University of Malta (AUM) bl-obbligu tagħha li żżomm il-parti ta’ quddiem fix-xatt Dock Number 1 fi stat tajjeb skont kif maqbul fil-kuntratt? Jista’ jgħid jekk l-AUM kisritx il-kondizzjonijiet stipulati fil-kuntratt?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit inkwistjoni ġie spezzjonat u l-Awtorità tikkonferma li l-moll ta' quddiem il-blokka li bħalissa joperaw minnha l-A.U.M huwa miżmum fi stat tajjeb ħafna u dan fejn l-A.U.M għaddejja bl-operat ta’ kuljum tagħha. Il-parti l-oħra għadha mhijiex funzjonali minħabba applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tal-Ippjanar, iżda għalkemm dan is-sit jidher vojt u mhux użat, il-moll ta’ quddiemu xorta jinżamm fi stat tajjeb.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi kif ukoll l-esperjenza li għandha l-persuna li ntgħażlet bħala Direttur Ġenerali tad-Dwana?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-kwalifiċi u l-esperjenza tad-Direttur Ġenerali (Dwana) huma skont l- eliġibblilta` mitluba fiċ-Ċirkulari OPM Nru. 8/2022.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3717, jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni għad-dewmien sabiex titressaq quddiem din il-Kamra liġi bbażata fuq il-White Paper 'Legal Reform for the Tourism Industry' li ġiet ippubblikata fl-2016, li l-Ministru oriġinarjament kien qal li kellha titressaq għad-diskussjoni qabel il-vaganzi tas-sajf tas-sena preżenti, u sussegwentement qal li se tkun qed titressaq matul is-sena d-dieħla?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-settur tat-turiżmu huwa settur dinamiku li ra tibdil radikali fi żmien il-pandemija. Qed inkunu analitiċi u metikolużi ħalli nassiguraw illi ntellgħu għad-diskussjoni abbozz robust li jindirizza il-ħtiġijiet tal-industrija.
Awtoritá tal-Artijiet – spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ispezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet bejn l-1 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ spezzjonijiet li saru mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet li saru fil-perjodu indikat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3716, jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu azzjonijiet riżultat tal-ispezzjonijiet li saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, u jindika x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif spjegat diġà fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 3716, terġa’ ssir spezzjoni ulterjuri biex jiġi assigurat li l-operatur mexa mal-istruzzjonijiet li kien ingħata. Mill-ispezzjonijiet li saru kien hemm żewġ operaturi li weħlu multi amministrattivi kif stipulat fil-liġi kkonċernata.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3716, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna li ntalbet biex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija ta’ natura kummerċjali sensittiva?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsija parlamentari 3716 hija dwar spezzjonijiet li għamlet l-MTA fuq imwejjed u siġġijiet u mhux dwar kuntratti. Għaldaqstant nitlobha sabiex tikkwota l-PQ korretta.