Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żona tad-Dib – Plots tal-HOS – Każijiet pendenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4188, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ in kwistjoni fiż-żona tad-Dib fil-Mosta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad baqa' porzjon tà art li trid tiġi akkwistata wara li sar espropju permezz ta’ GN nr.148 tas-26/02/1988. L-istess każ għadu qiegħed jinstema’ quddiem il-Land Arbitration Board għaldaqstant l-akkwist tal-art f’dik iż-żona ma jistax jiġi ffinnalizzat qabel ma jitlestew dawn il-proċeduri.

Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema bażi jsiru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li spezzjonijiet isiru fuq bażi regolari, u għall-arrieda, f’kull post li jinħass li jkun hemm bżonn, u jsiru wkoll fuq rapporti mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra li għandhom doveri fuq dan it-tip ta’ Żvilupp, speċjalment: · meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet mingħajr ma tkun ingħatat konċessjoni mingħand L-Awtorita’ ta’ l-Artijiet; · meta s-sid tal-istabbiliment għandu konċessjoni ta’ mwejjed u siġġijiet, u qiegħed jabbuza billi jitpoġġew imwejjed u siġġijiet il-barra mill-marki stabbiliti u konformi mal-permess; · meta jitpoġġew imwejjed u siġġijiet li jkunu ta’ detriment (Periklu) għall-Publiku in ġenerali; · meta l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar toħrog Avviż ta’ Infurzar (Enforcement Notice) u tinforma lill-Awtorita’ ta’ l-Artijiet

Sussidji għall-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-sussidji disponibbli għal studenti tal-MCAST sabiex jgħinuhom jixtru rota, pedelec, mutur jew e-kick scooter?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sussidji disponibbli għal studenti tal-MCAST sabiex ngħinuhom jixtru rota, pedelec, mutur jew e-kick scooter huma kif stipulat. €500 meta tinxtara rota li taħdem bl-elettriku; €1000 għal mutur ġdid li jaħdem bil-petrol jew €2000 għal mutur ġdid li jaħdem bid-dawl jew €400 meta rota tiġi konvertita f’pedelec Dawn l-istudenti jrid jkollhom 16-il sena jew aktar u jkunu fil-pussess ta’ liċenzja biex isuqu mutur.

Kemmuna beach concessions – public tender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tliet beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna ngħatawx lill-operaturi tad-deckchairs u umbrelel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta din kienet ippubblikata?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4046.

Fidi ta’ ċens temporanju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3556, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ persuni li għandhom ċens temporanju ta’ post mhux residenzjali li ma jistax jinfeda?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni għaliex is-sistema diġitali ma tippermettix tfittxija abbażi ta’ użu daqshekk preċiż u speċifiku tal-proprjetà.

Trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx progress rigward it-trasferiment taċ-ċens, li d-dettalji dwar dan il-każ qed jintbagħtu separatament, u jgħid x’inhi r-raġuni għad-dewmien?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art inkwistjoni għadha fl-istadju sabiex il-propjetà tiġi reġistrata f’isem il-Gvern.

Calcium fluid out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx xi hemm xi istanzi matul din is-sena fejn il-calcium fluid kien out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-“calcium fluid” mhuwiex fuq il-formolarju tal-Gvern.

Dialysis waqt it-twilight shift

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn dialysis waqt it-twilight shift jingħata wkoll lil pazjenti li ma jaħdmux, meta jkun hemm pazjenti li jaħdmu li mhux qed ikun hemm availabilities għalihom f’dawn il-ħinijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti kollha li jaħdmu u jagħżlu li jiġu għad-dialysis waqt it-Twilight, qegħdin jiġu moqdija.

Renal Unit – taħriġ lill-infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega t-tip ta’ taħriġ speċifiku li jingħataw infermiera li jidħlu jaħdmu fir-Renal Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-infermiera li jibdew jaħdmu r-Renal Unit jingħataw taħriġ vokazzjonali fir-Renal Dialysis.

Renal Unit — Crit-Line IV Monitors disponibbli

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Crit-Line IV Monitors disponibbli fir-Renal Unit, u jgħid kemm minn dawn bħalissa huma bil-ħsara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-disposable Blood Chamber li jintuża fil-Crit-Line m’għadux f’użu u fil-fatt qed tintuża sistema oħra.

Trapjanti għal pazjenti Maltin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għalfejn is-sistema tas-Saħħa Maltija tibgħat diversi organi barra minn Malta għat-trapjanti, iżda l-pazjenti Maltin mhumiex eleġibbli għal trapjant tal-kliewi barra minn Malta? Peress illi l-pazjenti għandhom ċans aħjar li jkollhom trapjant ta' suċċess jekk il-lista ta’ donor pool ikun akbar, il-Gvern jikkunsidra jimporta organi minn barra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt illi xi organi ta donaturi Maltin jintbagħatu barra l-pajjiż , pazjenti Maltin jibbenefikaw minn trapjanti ta pajjiżi barranin peress li qegħdin fuq lista ta numru ta’ pajjiżi barranin għal organi speċifiki.

Kemmuna Beach concessions

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3257, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna li tlabt biex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija ta’ natura kummerċjali sensittiva?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tista’ tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Madanakollu, l-Onor. Interpellanta se tingħata l-opportunità li tara hi personalment id-dokumenti mitluba.

Renal Clinic ġdid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx intenzjoni li tibda topera Renal Clinic ġdida li ma tkunx fl-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tabib ewlieni tal-Gvern qiegħed iħejji brief intern dwar kif għandu jespandi s-servizz tar-Renal Dialysis fis-snin li ġejjin.

Renal Unit – infermiera ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ infermiera ġodda gradwati mill-Università ta’ Malta li daħlu jaħdmu fir-Renal Unit fl-2021 u fis-sena preżenti, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 4 infermiera ġodda li bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2021 u 4 infermiera ġodda bdew jaħdmu r-Renal Unit fl-2022.

Renal Unit – infermiera speċjalizzati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu n-numru ta’ infermiera speċjalizzati li hemm jaħdmu fir-Renal Unit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull infermier fir-Renal Unit jingħata taħriġ fl-ispeċjalità.

Renal Unit – tagħmir second hand

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi tagħmir (equipment) li jintuża fir-Renal Unit li nxtara second hand?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda apparat li jintuża fir-Renal Unit li nxtara second hand.

Magna tar-renal dialysis

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-magna li tintuża għar-renal dialysis taħdimx b’sistema speċifika li tutilizza card bis-settings individwali għal kull pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid għalfejn din is-sistema mhijiex tintuża għas-sessjonijiet tad-dialysis kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-magni tal-kliewi jaħdmu permez ta’ card bil-parametri tal-pazjenti individwali storjati fiha.

Renal nurses trasferiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il renal nurse kienu trasferiti lejn swali oħra sena b’sena matul l-aħħar ħames snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t'hawn taħt. 2018 2 2019 6 2020 2 2021 1 2022 2

Trasport pubbliku – Rotta 109A

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3004, peress li r-rotta 109A ma tgħaddix mill-akkwati bħal Tas-Salib, Binġemma u oħrajn, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu rotot li jgħaddu minn dawn l-akkwati aktar frekwenti, fejn bħalissa għandhom servizz ta’ trasport pubbliku kull sagħtejn?

Response (FARRUGIA, AARON)

Fil-preżent Transport Malta qiegħda ssegwi l-andament tar-rotot, partikolarment dak li għandu x’jaqsam ma’ frekwenzi u “capacity” sabiex jiġu indirizzati xi nuqqasijiet li jista' jkun hemm.

Renal dialysis li ma sarux minħabba nuqqas ta’ staff

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk minn Jannar tal-2021 ’l hawn kienx hemm xi okkażjonijiet fejn pazjenti morda bil-kliewi ma setgħetx issirilhom renal dialysis minħabba nuqqas ta’ staff?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull minn kellu jew għandu bżonn ta’ servizz ta’ renal dialysis qiegħed jieħu l-kura kollha meħtieġa