Jista’ l-Ministru jgħid mill-2017 ‘l hawn kemm kien hemm każijiet fejn sewwieqa nstabu li kienu qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga? Jista’ jgħid kif dawn instabu li kienu taħt l-influwenza tad-droga?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fejn sewwieqa joqogħdu għal testijiet biex jiġi stabbilit jekk kinux qegħdin isuqu taħt l-influwenza tad-droga, dawn isiru b’ordni tal-Maġistrati waqt l-inkjesti relatati u għalhekk nitolbok tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi tas-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet titmexxa, kif għandu jkun, b’mansjoni indipendenti mill-Gvern. U proprju hu għalhekk li l-Oppożizzjoni hi rappreżentata fuq il-Bord tal-Gvernaturi, proprju mill-Onor. Interpellant liema Bord jiltaqa' diversi drabi kull xagħar, sabiex ikollha l-liberta li tiskrutinja u tistaqsi fuq dak kollu li jidhrilha, inkluz fuq materji ta’ din ix-xorta. Għaldaqstant, mistoqsijiet bħal dawn li jirrelataw ma’ każijiet specifici, għandhom jiġu trattati fil-forum adattat tagħhom, li hu l-Bord tal-Gvernaturi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5618, jista’ l-Ministru jgħid minn min u kif ikunu deċiżi l-postijiet fejn “jinħass li jkun hemm bżonn” isiru spezzjonijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispezzjonijiet relatati ma' mwejjed u siġġijiet isiru skont skeda ta’ spezzjonijiet regolari li tiġi stabbilita mill-managers tal-Enforcement and Compliance Inspectorate, kif ukoll f’każijiet fejn ikun hemm rapporti mill-pubbliku jew minn xi entità pubblika.
Awtorità tal-Artijiet – rapporti dwar imwejjed u siġġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2018 'l hawn kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi kkumpilata d-data mitluba, għandu jingħata ħafna aktar zmien sabiex issir ir-riċerka meħtieġa bi preċiżjoni.
Mosta – Żona tad-DIB – Plots tal-HOS – każijiet pendenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5617, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu pendenti l-każ inkwistjoni fiż-Żona tad-Dib, fil-Mosta quddiem il-Land Arbitration Board?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija 5714.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt bejn Selmun Palace Hotel Company Ltd u l-Gvern għat-trasferiment ta’ Selmun Palace?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bejn Selmun Palace Hotel Company Ltd u l-Gvern għat-trasferiment ta’ Selmun Palace.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u jagħti indikazzjoni ta’ meta huwa previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għandu ma bediex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li filwaqt li l-permessi ġew approvati u s-sejħa għall-offerti ġiet abbozzata mid-Direttorat tar-Restawr, din qed tiġi amministrata mill-Ministeru kkonċernat.
Għaldaqstant informazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għandha tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex rapporti jew informazzjoni dwar it-terrapien li ġie mormi u radam parti mill-wied bejn Triq il-Maltin Internati u Eżiljati u l-Imdina? Jista’ jispjega x’azzjoni ħadet il-Planning Authority u/jew l-ERA?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet diġà ħarġet avviżi ta’ infurzar, u bdiet proċeduri t'azzjoni diretta biex jitneħħa ir-radam fil-31 ta’ Jannar 2023. Liema azzjoni twaqqfet wara li l-Qorti laqgħet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Awtorità.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux ħsieb li jagħmel proġett fil-parti taħt it-Triq il-Maltin Internati u Eżiljati fejn bħalissa hemm ammont sostanzjali ta’ materjal li radam parti mill-wied?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn spezzjoni li saret minn Parks Malta ma nstab l-ebda radam ġewwa l-Wied ta’ Ġnien Ħira, limiti tal-Imtarfa u r-Rabat, biswit it-Triq il-Maltin Internati u Eżiljati. Dan il-wied huwa wieħed mill-widien fejn huwa ppjanat li jsir tindif minn speċi aljeni u invażivi kif ukoll tħawil ta' siġar u arbuxelli indiġeni. Xogħol li huwa mistenni li jsir wara x-xhur tax-xitwa.
Jista' jkun li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għal xi materjal ieħor f’xi nħawi oħra u jekk iva tista’ tindika fejn?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet ta’ infurzar mill-Awtorità tal-Artijiet f’Għawdex matul is-sena 2022, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4734 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li kien skada fl-2020 ingħatax wara sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet din is-sejħa?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti? Kemm hija l-medja li wieħed idum jistenna biex jagħmel din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għall-persuni li qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara? Kemm hija l-medja li wieħed idum jistenna biex jagħmel din l-operazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid, mill-ġurnata li bdiet titħaddem l-iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb sal-lum, kemm daħlu rapporti ta’ ħsarat relatati mar-Reverse Vending Machines (RVMs)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-Ministeru jirrikonoxxi li fl-ewwel ftit ġimgħat jista’ jagħti l-każ li kien hawn numru ta’ RVMs b’xi problemi, però tajjeb niġbdu l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li la l-Ministeru u lanqas l-Aġenzija Ekonomija Ċirkulari Malta mhuma involuti fl-operat tal-magni tal-iskema. Tajjeb insemmu li l-ħsara li potenzjalment jista’ jkollhom il-magni hija responsabbiltà tal-Operatur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-każ li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament u kemm ilu pendenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-fajl imsemmi (A/104/2005) jifforma parti minn numru ta’ fajls li jikkorrispondu flimkien għal żona ta' 'l fuq minn 1,058,000 metri kwadri. Preżentament l-Uffiċċju Konġunt qiegħed fil-process li jivverifika u jirreġistra l-imsemmija proprjetà f’isem il-Gvern ta’ Malta. Barra minn hekk, l-imsemmija verifikazzjoni qiegħda tiġi koordinata u finalizzata mal-Awtorità tal-Kurja ta’ Malta.
Noise Control Commission – problema ta’ noise pollution
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4271, u peress li r-referenzi li ngħataw ma jagħtux tweġiba għall-mistoqsija li saritilha, tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4271 u tgħid jekk hemmx xi persuna/i jew kummissjoni li tagħti parir lill-Ministru fuq kwistjonijiet ġenerali relatati mal-istorbju, peress li n-Noise Control Commission m’għadhiex topera u allura m’għadhiex taqdi din il-funzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nerġa nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari tagħha stess numru 4271, li tagħmel referenza għal mistoqsija parlamentari numru 2258 li twieġeb tajjeb il-mistoqsija li qed tagħmel.
Imma peress li l-Onorevoli Interpellanta jidher li ma fehmitx t-tweġiba, niċċaralha għal darb’oħra li l-awtorità għal-Ambjent u r-Riżorsi li taqa’ taħt il-Ministeru għal-Ambjent, L-Enerġija u l-Intrapriża, hija responsabbli skond ir-Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta’ Ħsejjes fl-ambjent (L.S.549.37), tistabbilixxi metodi biex jiġu evitati, issir prevenzjoni u jkunu mnaqqsa ħsejjes fl-ambjent fosthom permezz ta’ mapep tal-ħsejjes.
Dan ir-regolament mhux intiż biex jindirizza ħsejjes fuq livell individwali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4272, u peress li r-referenzi li ngħataw ma jagħtux tweġiba għall-mistoqsija li saritilha, tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4272 u tgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jipproponi qafas leġiżlattiv sabiex tiġi regolata l-problema ta’ noise pollution b’mod ħolistiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta li tajtha għall-mistoqsija tagħha stess numru 4272, li tagħmel referenza għat-tweġiba għal mistoqsija 2258 u allura għall-qafas legali li jirregola ħsejjes fl-ambjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu ppreżentati każi sa issa quddiem il-Bord tar-Regolamenti tal-Kera minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Riforma tal-Kirjiet Residenzjali Kontrollati, Att XXIV tal-2021? Kemm minn dawn kienu solvuti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' każi preżentati quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera minn meta ġie fis-seħħ l-Att XXIV tal-2021 sas-27 ta’ Jannar 2023 fil-Qorti ta’ Malta kienu ta' 2,099 li minnhom ġew terminati 704. Filwaqt li fil-Qorti ta' Għawdex ġew preżentati 63li minnhom ġew terimanti 24.