Legislature:
Category:
Reset
Active:

White Rocks — proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6665, peress li l-Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5432 u din ma tweġibx il-mistoqsija li saritlu, fejn tlabtu biex jispjega għalfejn mill-2016 sal-lum għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks u dik it-tweġiba tgħid li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex il-proġett jimmaterjalizza, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn meta ntgħażel l-offerent preferut fl-2016, sal-ġurnata tal-lum, għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks? Meta hu mistenni li jikkonkludu d-diskussjonijiet u jibda x-xogħol? Jista’ jgħid ukoll ma’ min għaddejjin id-diskussjonijiet dwar dan il-proġett?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5432.

Awtorità tal-Artijiet — kuntratt mal-kerrejja tal-Fortizza ta' Bengħajsa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6663 u jippubblika l-kuntratt li l-Awtorità tal-Artijiet għandha mal-kerrejja tal-Fortizza ta' Bengħajsa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Imtarfa — Skola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Iskola Primarja tal-Imtarfa? Hemm pjanijiet biex jiġu rranġati l-ħsarat, u jekk iva, meta se jibda x-xogħol u sa meta huwa maħsub li jitlesta? Hemm indikazzjoni dwar jekk din l-iskola hux se tkun tista’ terġa’ tibda tilqa’ l-istudenti li bħalissa qed ikollhom jattendu skejjel fi rħula oħrajn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6580.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jispjega għalfejn ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – ċertifikat ibbażat fuq design rating tal-bini

Question

Peress illi skont l-Avviż Legali 47 tal-2018 persuna jew aġent li jaġixxi f’isem is-sid li jipprovdi d-disinn ta’ bini ġdid għandu jkollu fil-pussess tiegħu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ibbażat fuq design rating tal-bini sad-data eżatt qabel ma dik il-persuna jew aġent jikseb permess għal żvilupp totali mill-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid għaliex it-tali ċertifikat mhuwiex qiegħed jintalab mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tlett emendi tal-Avviż Legali 47 tal-2018 bl-isem A.L.134/2020, li kien emendat għall-A.L.409/2021 u finalment għall-A.L.231/2022.

Awtorità tal-Artijiet – ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu impjegati fl-Awtorità tal-Artijiet mill-2017 sal-lum u jagħti rendikont tal-lista ta’ ħaddiema ġodda li daħlu jaħdmu f’din l-awtorità mill-2017 sal-lum, bid-data tal-bidu tal-impjieg u x-xogħol li jagħmlu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda għandha tkun iktar speċifika u ċara, eż. Impjegati li qabel kienu ingaġġati mal-G.P.D u wara l-2017 ġew detailed mal-Awtorità għandhom jiġu meqjusa bħala ħaddiema ġodda?

White Rocks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn minn meta ntgħażel l-offerent preferut fl-2016, sal-ġurnata tal-lum għadu ma sar xejn fiż-żona magħrufa bħala l-White Rocks? Meta hu mistenni li jikkonkludu d-diskussjonijiet u jibda x-xogħol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5432.

Imtarfa Ċentru Terapewtiku — konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux aktar konsultazzjonijiet dwar il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa wara l-laqgħa li saret mar-residenti tal-Imtarfa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3275.

Imtarfa Ċentru Terapewtiku – għażla tas-sit

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet eżatti għalfejn intgħażel dak is-sit partikolari fl-Imtarfa għall-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3275.

Lands Authority — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5711 u jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet qed titlob aktar żmien biex tiġi kkompilata t-tweġiba u tingħata tweġiba meħtieġa bi preċiżjoni.

Selmun Palace – kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratt tas-sussidjarja tal-Air Malta għat-trasferiment tas-Selmun Palace mingħand is-sussidjarja tal-Air Malta għal għand il-Gvern fl-24 ta' Marzu 2016?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

ITS – kariga ta’ CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO tal-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6560.

MCC – kariga ta’ CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa min qed jokkupa l-kariga ta’ CEO ta' Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), minn meta beda jservi u kif ġie reklutat? X’inhuma l-kundizzjonijiet li jgawdi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt ta’ xogħol li ngħata?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6560.

Awtorità tal-Artijiet – kuntratt għal għoti ta’ konċessjoni fil-Bajja ta’ Little Armier

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5998 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ konċessjoni li ngħatat mill-Awtorità tal-Artijiet fil-Bajja ta’ Little Armier għat-tliet lidos li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjonijiet li ngħataw fil-bajja ta’ Little Armier wara sejħa pubblika li l-avviż tagħhom ġie preżentat fi PQ 5997 seduta numru 87 fit 8 ta' Frar 2023.

Multi pendenti relatati ma' każ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ multi pendenti relatati mal-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li infurmat li l-multa tammonta għal € 50,000, liema ammont għadu pendenti, u laħaq il-massimu skont il-Liġi rispettiva.