Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li kmieni din is-sena ħarġu l-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed jiġu finalizzati t-tenders sabiex isir ix-xogħol ta' restawr meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-garaxxijiet fi Triq in-Narċis, l-Imtarfa, qegħdin jegħrqu malli tagħmel ftit xita minħabba li meta sar l-asflatar fit-triq, it-triq saret ħażin u l-konkos ġie jaqleb għal ġol-garaxxijiet minflok jaqleb 'il barra mit-triq u apparti minn hekk, il-gulley li hemm fil-bidu ta’ din it-triq ma jaħdimx minħabba li ġie installat ħażin, jista’ l-Ministru jgħid meta se titranġa din il-problema u jara li jsir intervent biex jissewwa l-asfaltar f’din it-triq billi jinqata' biċċa mill-konkos fejn meħtieġ sabiex l-art ma tibqax taqleb l-ilma għal ġol-garaxxijiet, u l-gulley jibda jaħdem kif suppost b'mod effettiv?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet minn Infrastructure Malta fi Triq in-Narċis, Mtarfa, ġew konklużi fis-sena 2019. Ta’ min jinnota li waqt ix-xogħlijiet inżammew l-istess livelli oriġinali filwaqt li ma sar ebda tibdil fis-sistema tal-ilma tax-xita ħlief li tranġaw xi partijiet li ma kinux qed jiffunzjonaw tajjeb. Għaldaqstant l-ilment li qed isir f’din il-Mistoqsija Parlamentari ma jistax jiġi attribwit jew saħansitra assoċjat ma’ xogħlijiet li saru mill-Infrastructure Malta erba’ snin ilu.
Imtarfa – Triq G. Carafa – tiswija fil-provvista tal-elettriku
Question
Tista’ l-Ministru tara li jissewwa d-dawl tat-triq fi Triq G. Carafa, l-Imtarfa, malajr kemm jista’ jkun peress li din it-triq ilha żmien twil bla dawl u billejl tkun perikoluża minħabba n-nuqqas ta’ dawl?
Response (DALLI, MIRIAM)
Billi ninsab infurmata li d-dawl li qed tirreferi għalih mhux fir-responsabbiltà tal-Enemalta, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tittieħed azzjoni biex il-biċċa art li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Awtorità tad-Djar fi Triq G. Carafa, l-Imtarfa, titnaddaf u ma tibqax perikoluża kemm għar-residenti li joqogħdu hemmhekk kif ukoll għal min jidħol f’din l-art?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema biċċa art fi Triq G.Carafa, l-Imtarfa qiegħda tirreferi sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tingħata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – stennija tal-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dipartiment tal- Emergenza, dawk il-pazzjenti li jipprezentaw inmwegghin gravi, b’mard jew kundizzjonijiet akuti u instabbli, jigu ikkurati minnufih minn tim multiprofessjonali. Dan jfisser li ma jkun hemm ebda dewmien ghal kura u d-decizzjoni medika. Il-kazijiet l-ohra kollha jigu ezaminati, investigati u ikkurati mill-membri tat-tim tal emergenza skond il-priorita medika taghhom. Din tinghata b-ghodda professjonali internazzjonali ta TRIAGE. Tul ix-xahar ta Frar, il-hin medju ta bejn ir-registrar tal-pazjent u d-decizjoni finali kien ta bejn 5 u 6 sighat. Dan Il-hin jiddependi mill-kumplessita tal-kundizzjoni tal-pazjent li xi drabi jkun jehtieglu testijiet dettaljati ta’ demm jew ta’ radjologija – bhal x-rays jew CT Scan li jkunu parti mill-process ta’ dijanjizi u kura akuta li tinghata fid-Departiment tal-Emergenza stress.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7144, jista’ l-Ministru jgħid jekk bħalissa huwiex il-perit ingaġġat mill-Awtorità li qiegħed jevalwa l-method statements kollha, jew inkella jekk hemmx periti oħrajn ingaġġati permezz ta’ outsorcing li qegħdin jassistu fil-proċess?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-method statements li jiġu sottomessi lill-Awtorità qed ikunu vverifikati minn numru ta’ periti, fosthom perit li huwa ingaġġat mal-Awtorità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, jista’ l-Ministru jgħid bħala medja kemm-il siegħa xogħol fil-ġimgħa ħadem is-CEO ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) sa mid-data tal-bidu tal-impjieg tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Kif kien spejgat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7162, ic-CEO m’għandux ħinijiet fissi u dawn ivarjaw skont l-esiġenzi tal-MCC. Minħabba n-natura tal-kariga, hija prassi illi l-Kap Eżekuttiv jaħdem siegħat li jmorru ferm lill’hinn minn dak stipulat fil-kuntratt, inkluż filgħaxijiet u weekends, u jżomm kuntatt mal-impjegati.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7143, jista’ l-Ministru jagħti iżjed informazzjoni dwar x’inhuma dawn ir-regoli stabbiliti li skonthom il-BCA tipproċessa l-Method Statements?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7583 li qed tingħata wkoll fis-seduta tal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja tad-dewmien li l-BCA tieħu sabiex toħroġ il-clearance f’każ li l-Method Statement ikun sottomess kif meħtieġ, u allura ma jkunx hemm il-ħtieġa li tintalab reviżjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġaladarba l-Awtorità tikkonferma li l-method statements u dokumenti oħra sottomessi mill-applikant ikunu konformi mal-Liġijiet Sussidjarji 623.06 u 623.08, il-clearance tinħareġ immedjatament. Madanakollu, ikun hemm sitwazzjonijiet fejn xi dokumenti li jkunu ġew sottomessi mill-applikant lill-Awtorità ma jkunux jissodisfaw il-liġijiet imsemmija u għaldaqstant il-proċess jitwal. F’dan il-każ, it-tul ta’ żmien biex tinħareġ il-clearance jiddependi biss minn kemm idumu ma jissottomettu d-dokumenti korretti l-applikanti.
Tista’ l-Ministru tgħid għaliex Triq in-Narċis fl-Imtarfa għadha mingħajr dawl u ilha bla dawl snin għax minn meta sar l-asfaltar f’din it-triq, il-kuntrattur kien qata’ d-dawl u qatt ma reġa’ tranġa? Tista’ tgħid jekk il-kuntrattur responsabbli mix-xogħlijiet weħilx multa talli wettaq din l-inkonvenjenza u tgħid għaliex l-Enemalta qatt ma ħadet passi biex tirranġa l-ħsarat? Apparti din it-triq jidher li hemm toroq oħrajn li ġew affettwati, fosthom: Triq il-Peprin, Triq il-Ġiżimin u Triq il-Ġilju.
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-verifiki li saru mill-Enemalta, jirriżulta li dan id-dawl u l-infrasturuttura tiegħu mhuwiex tal-Enemalta. Fil-fatt, l-Enemalta ma kellha l-ebda rapport dwaru mill-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-avukati kollha li ssodisfaw il-kriterji għat-tender sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021) iffirmawx il-kuntratt u provdewx garanzija bankarja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt imsemmi ġie kkanċellat.
Minn dawk l-avukati li ffirmaw il-kuntratt marbut mat-tender CT 2163/2021 sabiex jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet u pprovdew garanzija bankarja, jista’ l-Ministru jgħid sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm ingħataw xogħol u jelenka r-remunerazzjoni li ngħatat lil kull avukat jew organizzazzjoni s'issa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7164.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn fi Trejqet is-Sagħtar f’Ħad-Dingli qatt ma ġie installat dawl tat-triq? Jista’ jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex din it-triq ikollha d-dawl?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad Dingli li l-istess Kunsill qiegħed jaħdem sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. Fil-fatt, infurmat mill-istess Kunsill li dan is-suġġett ser ikun item fuq l-aġenda għal-laqgha li jmiss tal-istess Kunsill Lokali.
BCA – persuni responsabbli mill-assessjar ta’ method statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li huma responsabbli mill-assessjar ta’ method statements sottomessi lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) humiex periti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuni li huma responsabbli mill-assessjar ta’ method statements sottomessi lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) huma periti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dewmien fil-ħruġ ta’ clearances mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) huwiex minħabba nuqqas fin-numru ta’ individwi li jagħmlu assessjar tal-method statements?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BCA tipproċessa l-Method Statements skont regoli stabbiliti. Meta Method Statement ikun sottomess kif meħtieġ, il-clearance jinħareġ mingħajr ma jkun hemm talba għal reviżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ tenders biex il-proċess ta’ assessjar tal-method statements sottomessi lill-istess BCA jkun outsourced?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba li l-method statement huwa dokument tekniku magħmul minn perit, dan jirrikjedi persuni tekniċi u kwalifikati (Periti) biex jivverifikaw jekk l-istess dokument jissodisfax ir-rekwiżiti li joħorġu mis-SL 623.06. Għaldaqstant minħabba li l-Awtorità għandha perit wieħed ingaġġat magħha, l-uniku mod kif l-istess Awtorità tista’ taqdi l-funzjoni kif deskritta f’regolament 12(a) u 12(b) ta’ Leġiżlazzjoni Sussidjarja 623.06, b’mod effettiv huwa billi dan il-proċess ikun ‘outsourced’.