Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lands Authority — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7161, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Settembru 2020 s’issa? Kemm minn dawn għadhom pendenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t'hawn taħt issib l-applikazzjonijiet li rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Settembru 2020 s’issa u kemm minn dawn għadhom pendenti. Applications Management Report Application Type Not Yet Validated Awaiting Applicant Action In Process Applications Processed Total Agri 1 444 153 442 403 1442 Agrires 1 2 2 22 1 27 CON 1 1 0 0 719 720 GLA 1 5 9 303 506 823 GLA 4 0 0 4 6 10 GLA 7 1 3 43 29 76 GLA 9 0 0 15 30 45 GLA 10 0 0 0 4 4 GLA 11 0 0 7 13 20 GLA 12 3 13 190 724 930 GLA 20 2 37 10 435 484 GLA 22 1 0 7 20 28 GLA 24 14 0 1 0 15 GLA 25 15 1 29 66 111 GLA 27 0 2 8 0 10 GLA 28 5 15 45 13 78 GOV 1 - Type A 3 26 19 1115 1163 GOV 1 - Type B1 0 33 91 132 256 GOV 1 - Type B2 1 7 33 21 62 GOV 1 - Type C 0 5 54 418 477 LC 1 - Type A 0 5 0 68 73 LC 1 - Type B 0 11 32 17 60 LC 1 - Type C 2 3 28 128 161 PLA 1 1 11 76 658 746 PLA 2 0 2 9 16 27 Tempres 1 1 1 4 0 6 501 339 1472 5542 7854

Stennija għas-servizz ta’ ambulanza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm hi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza, u jgħid ukoll kemm kienet l-itwal stennija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza jiddependi fuq l-urġenza tal-każ. Jeżistu red, orange u blue codes biex jindikaw l-urġenza. Fil-każijiet fejn ir-Rapid Response vehicle tintbagħat ukoll, din tasal fuq il-post f’medja ta' 14-il minuta fir-Red codes u fi 19-il minuta fl-Orange codes, mill-ħin tat-telefonata. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant illi d-dipartiment jirrispondi madwar 120 u 150 sejħa kuljum.

Lista ta’ stennija għall-operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5911, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tat-tneħħija tal-marrara, li huwa n-numru totali u allura ma jinkludix biss dawk il-każijiet bi żmien ta’ stennija li jaqbeż iż-żmien stipulat fil-Patient Charter?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5911.

Awtorità tal-Artijiet – tħassir ta’ kuntratt

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7164 dwar tender sabiex avukati jipprovdu servizzi legali lill-Awtorità tal-Artijiet (CT 2163/2021), jista’ l-Ministru jgħid ir-raġuni/jiet għalfejn il-kuntratt imsemmi ġie kkanċellat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-imsemmija sejħa għal tenders (framework agreement) ġiet ikkanċellata għar-raġuni illi billi kien għadda ħafna żmien fuq il-proċess, l-esiġenzi tal-Awtorita tal-Artijiet inbidlu u l-Awtorità hi tal-fhema illi x-xogħol jista jsir b’mod differenti (aħjar) minn dak illi kien maħsub qabel.

Operazzjoni tal-Katarretti — lista ta' stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6929, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu numru ta’ persuni li qegħdin jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-katarretti, li huwa n-numru totali u allura ma jinkludix biss każi urġenti jew dawk bi żmien ta’ stennija aktar miż-żmien stipulat fil-Patient Charter?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 8011.

Każ pendenti – verifikazzjoni u reġistrazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6928, peress illi dan il-każ ilu erba’ snin pendenti, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun iffinalizzat il-proċess?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6928, fil-ġranet li ġejjin, il-proprjetà inkwistjoni (li tirreferi għall-fajl A 104/2005) ser tiġi reġistrata f’isem il-Gvern ta’ Malta fi ħdan ir-Reġistru tal-Artijiet.

Pubblikazzjoni tat-Technical Guidance F

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6763 u jgħid meta se tiġi ppubblikata verżjoni aġġornata tat-'Technical Guidance F'?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-abbozz b’verżjoni aġġornata tat-Technical Guidance F ippjanat li jkun lest f’Ġunju 2023.

L/o Rabat – Triq ta’ Bieb ir-Ruwa – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex jitlesta x-xogħol fi Triq ta’ Bieb ir-Ruwa fil-Limiti tar-Rabat, u li d-dettalji dwar il-post eżatt qegħdin jingħataw separatament? Jista’ jara li ssir tiswija biex jieqaf ħiereġ id-drenaġġ li ilu jinżel mit-triq għaċ-Chadwick Lakes għal xhur sħaħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7652 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista komprensiva ta’ kull kuntratt, bħalissa attiv u fis-seħħ, li l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li hu responsabbli minnhom għandhom mal-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jew il-kumpaniji li jifforma parti minnhom, inkluż dawk ta’ project management? Jista’ wkoll jinkludi lista ta’ pagamenti li ngħata l-istess individwu jew il-kumpanniji tiegħu mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu b’konnessjoni ma’ dawn il-kuntratti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba. L-Onor interpellant qiegħda tingħata wkoll il-fakultà li tara d-dokumenti relattivi personalment flimkien man-nies teknici min-naħa tal-Indis sabiex tkun tista’ tistaqsi d-domandi li tixtieq.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, tista’ tagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, tista’ tgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija parlamentari għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, tista’ tagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, tista’ tgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Palazz ta’ Selmun – xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk bediex ix-xogħol ta’ restawr f’Selmun Palace li kellu jibda sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont tax-xogħol li sar u indikazzjoni ta’ meta hu previst li jitlesta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ix-xogħol ta’ restawr għadu ma bediex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.