Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pont tal-Bidnija — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12220 u jgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet tal-pont tal-Bidnija, u jagħti rendikont dettaljat tax-xogħlijiet li saru u dawk li hemm ippjanati li jsiru u li s’issa għadhom ma twettqux?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn din il-ġimgħa stess il-pont imsemmi ser ikun aċċessibbli għas-sewwieqa u l-proġett mistenni jkun magħluq kompletament sa nofs Novembru. Ix-xogħlijiet li saru s’issa jinkludu, għarfien dwar is-servizzi eżistenti tat-triq u devjazzjoni tas-servizzi biex ikun jista’ jsir tkissir tal-pont u t-tħejjijiet tal-piles; tmien piles li saru fl-abutments fuq il-ġnub tal-pont biex isaħħu l-abutments eżistenti; tkissir tal-istruttura tal-pont eżistenti; tkissir tal-pilastru fin-nofs tal-pont biex jgħin għall-ftuħ tal-wied u l-passaġġ tal-ilma; travi tal-konkos (pile caps) u ħadid fuq kull naħa tal-abutments; tisħiħ mad-dawra taż-żewġ abutments permezz ta’ konkos rinfurzat u ħitan precast; tqegħid tat-travi precast li jiffurmaw is-saqaf tal-pont il-ġdid; tqegħid tas-soqfa precast biex jingħalqu l-culverts li saru minħabba l-mogħdija tas-servizzi; tisħiħ tal-retaining walls fuq il-ġnubijiet tat-triq permezz ta’ piles; travi (pile caps) tal-konkos rinfurzat fuq iż-żewġ naħat tul it-triq biex jintrabtu l-piles; bini ta’ hitan precast tul il-gnubijiet tat-triq; soqfa precast li qegħdin isiru biex tiġi ffurmata l-gallerija li ser sservi bħala bankina fuq iż-żewġ ġnubijiet tat-triq; travi precast (edge beams) li qegħdin jinħadmu li ser isiru tul it-triq kollha fejn ħa jitweħħel ir-railing tal-pont; u travi li ha jintrabtu l-crash barriers magħhom; tħejjijiet ta’ manholes fit-triq kif mitlub mill-entità tal-komunikazzjoni. Ix-xogħlijiet li fadal jitlestew huma; jingħata l-konkoż biex jintrabtu is-soqfa tal-precast (gallerija) mal-istruttura tat-travi; formazzjoni ta’ livelli għat-triq u jingħata l-asfalt; qlugħ u installazjoni ta’ arbli tad-dawl ġodda; installazjoni ta’ dwal; tqegħid ta’ travi precast fejn ser jitwaħħal ir-railing u eventwalment it-tqegħid tar-railing f’postu, preparazzjoni ta’ travi fejn ħa jeħlu l-crash barriers u installazzjoni tal-crash barriers.

Il-Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - Bankini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12219 u ċjoè: Fid-dawl illi reċentement bankini li kienu tal-paving fi Triq il-Kostituzzjoni, ġewwa l-Mosta, inqalgħu bħala parti mill-proġett ta’ rain water culvert, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li dawn se jsiru tal-konkos, bil-kaġun li allura se jkun hemm telfien estetiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-Mosta kien maħsub biex itejjeb l-infrastruttura u l-ambjent urban għar-residenti Mostin. Għaldaqstant, fil-fażi preċedenti fi Triq il-Kbira bankini tal-konkos li jmissu mal-pjazza, ġew inklużi bħala parti mill-pavimentar biex jikkumplimentaw u joffru tanżizzjoni bejn it-triq residenzjali u l-pjazza. Bl-istess mod, fi Triq il-Kostituzzjoni, Infrastructure Malta kompliet bil-ħidma tagħha fuq is-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita u qiegħda ittejjeb il-bankini li kienu magħmula minn pavimentar żgħir tal-konkos, li llum m’għadux jiġi manifatturat. Il-bankini ġodda saru minn kurduni ġodda lixxi u b’faxxa ta’ pavimentar tal-qawwi li jkompli mal-karattru tal-pjazza, u wiċċ tal-konkos mingħajr fili, kif kienet ikkaratterizzata l-bankina l-qadima. F’livelli ta’ konsultazzjoni mal-komunità Mostija, dan id-disinn intlaqa’ tajjeb ħafna.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati interni - Sejħiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu mpjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Talbiet għall-ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa d-dewmien medju u massimu li l-awtoritajiet ħadu biex jipproċessaw u jikkonkludu talbiet għall-ażil mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-23 ta' Ottubru 2023 l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ħadet id-dewmien medju kif stabbilit fit-Tabella A sabiex tipproċessa u tikkonkludi talbiet għall-ażil. F'dan ir-rigward, it-Tabella A tinkludi il-medja tal-ġranet li ttieħdu sabiex talbiet għall-ażil li ġew mitluba għal-ewwel darba (First Applications) u talbiet sussegwenti (Subsequent Applications) ġew ipproċessati u konklużi. Din l-informazzjoni hi maqsuma skond is-sena li fiha ddaħlet t-talba għall-ażil. TABELLA A Type of Application 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 FIRST APPLICATION 155.51 119.32 93.33 200.13 286.67 367.50 511.24 400.33 332.66 173.18 70.24 SUBSEQUENT APPLICATION 156.49 200.99 116.93 98.56 319.35 551.78 416.23 279.11 136.34 137.26 53.94 Rigward id-dewmien massimu li l-Aġenzija għall Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ħadet sabiex tipproċessa u tikkonkludi talbiet għall-ażil bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-23 ta' Ottubru 2023, dan hu kif stabbilit fit-Tabella B. F'dan ir-rigward, it-Tabella B tinkludi il-massimu tal-ġranet li ttieħdu sabiex talbiet għall-ażil li ġew mitluba għal-ewwel darba (First Applications) u talbiet sussegwenti (Subsequent Applications) ġew ipproċessati u konklużi. Ta’ min jinnota li dan id-dewmien hu kkalkulat fuq l-iktar każ li dam biex jiġi pproċessat u konkluż għal kull sena li fiha ddaħlet t-talba għall-ażil, skond it-tip t’ applikazzjoni. Ta’ min jinnota wkoll li dan id-dewmien jista’ jkun minħabba raġunijiet esterni li l-Aġenzija ma jkolliex kontroll fuqhom. TABELLA B Type of Application 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 2023 FIRST APPLICATION 3,057.00 1,624.00 1,137.00 1,743.00 1,988.00 1,942.00 1,687.00 1,363.00 995 640 253 SUBSEQUENT APPLICATION 1081.00 1084.00 1419.00 843.00 2286.00 1946.00 1707.00 1125.00 755.00 590.00 244.00 Ta’ min jinnota wkoll li matul dawn l-aħħar ftit snin, l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali, grazzi wkoll għall-appoġġ ipprovdut mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, iffukat l-enerġiji tagħha fuq it-tnaqqis tal-backlog ta’ talbiet għall-ażil, filwaqt li tiżgura proċess tal-ażil ġust u effiċjenti. Tabilħaqq, in-numru ta’ talbiet għall-ażil pendenti naqas minn 4320 fl-aħħar tal-2020 għal 978 sal-aħħar ta’ Settembru 2023.

Awtorità tal-Artijiet — Encroachment permits 2023 mhux imġedda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11698, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-encroachment permits li fl-2023 ma kinux imġedda b’mod awtomatiku, u għalhekk twaqqfu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total jammonta għal għaxra.

Ċimiterju tal-Annimali — Kwistjonijiet kuntrattwali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11694, jista’ l-Ministru jelabora dwar x’inhuma l-‘kwistjonijiet kuntrattwali mal-kuntrattur’ li qegħdin iżommu x-xogħol fiċ-Ċimiterju tal-annimali milli jitkompla?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kwistjonijiet kuntrattwali mal-kuntrattur kienu ikkawżati minn dewmien fit-tlestija tax-xogħol u nuqqas ta’ allinjament mal-pjan ta’ eżekuzzjoni tax-xogħolijiet, u kif ukoll minħabba kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet kuntrattwali stipulati fid-dokument tat-tender, riflessi fil-kuntratt rispettiv.

Ħal Tarxien — Proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit immarkat jew kwalunkwe parti mis-site plan mehmuż ma’ din il-mistoqsija parlamentari hijiex proprjetà tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jindika liema huma?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sit indikat jifforma parti minn art ta’ circa 28,500 metru kwadru, li ġiet reġistrata f’isem il-Gvern ta Malta f’1991.

Permessi ta' swimming pools f'residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi ta' swimming pools f'residenzi privati, maqsuma skont il-lokalità li qegħdin fihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar mhijiex responsabbli tal-liċenzjar ta’ swimming pools, u dan it-tip ta’ żvilupp, ħafna drabi, jkun komponent żgħir minn proġett akbar li jista’ lanqas biss jissemma fil-proposta tal-iżvilupp u jkun jidher biss fil-pjanti sottomessi.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li minn 69 talba kien hemm 30 li kienu meqjusa bħala konformi mal-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, filwaqt li ħamsa oħra għadhom qed ikunu evalwati.

Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni — Stop Work Notice

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’dettalji tipprovdi l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) meta twaqqaf xogħlijiet ta’ kostruzzjoni permezz ta’ Stop Work Notice?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tikkjarifika għal liema dettalji qed tirreferi.

Awtorità tal-Ippjanar — EApps - Dokumenti għall pubbliku

Question

Fid-dawl li l-pubbliku inġenerali huwa projbit milli jara xi dokumenti dwar permessi fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar (EApps), jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji li abbażi tagħhom ikun deċiż x’dokumenti jintwerew lill-pubbliku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema dokumenti qed tirreferi.

Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12152 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – stabbilimenti li għandhom permess jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11699 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-istabbilimenti kollha li għandhom permess mill-Awtorità tal-Artijiet biex jarmaw imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika fil-Belt Valletta? Għal kull permess, jista’ jindika l-isem tal-istabbiliment, it-triq li jinsab fih, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li għandu permess jarma jew l-ispazju f’metri kwadri li għandu permess jokkupa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11699.

Avviż Legali — Pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jiġi ppubblikat l-Avviż Legali li permezz tiegħu se jkunu qed jidħlu fis-seħħ tibdil u/jew it-tneħħija ta’ kundizzjonijiet minn kuntratt fejn ingħatat proprjetà tal-Gvern?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan se jiġi ppubblikat fix-xhur li ġejjin.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza (MHSR) inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 122-il talba skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, inkluż l-awtoritajiet pubbliċi. Minn dawn, 65 intlaqgħu, 45 ma ntlaqgħux waqt li 12-il talba għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien infurmat illi l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 8 talbiet. Minn dawn, 6 intlaqgħu, ma kien hemm l-ebda talba li ma nltaqatx, filwaqt li hemm żewġ talbiet li għadhom qed jiġu evalwati.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-perjodu 2022 sal-lum, infurmat illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 64 talba. Minn dawn, 36 intlaqgħu, 22 ma ntlaqgħux waqt li 6 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien infurmat illi l-Ministeru tat-Transport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew sittin (60) talba. Minn dawn, wieħed u erbgħin (41) intlaqgħu, tmienja (8) ma ntlaqgħux waqt li ħdax (11) talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċevew 121 talba. Minn dawn, 31 intlaqgħu, 50 ma ntlaqgħux waqt li 40 talba għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Għall-perjodu 2022 sal-lum, jien infurmat illi l-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 89 talba. Minn dawn, 30 intlaqgħu, 51 ma ntlaqgħux waqt li 8 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma eżenti mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.