Legislature:
Category:
Reset
Active:

Legal Reform for the Tourism Industry

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġuni għad-dewmien sabiex titressaq quddiem din il-Kamra abbozz ta’ liġi bbażat fuq il-White Paper 'Legal Reform for the Tourism Industry' li ġiet ippubblikata fl-2016, li l-Ministru oriġinarjament kien qal li kellu jitressaq għad-diskussjoni qabel il-vaganzi tas-sajf tas-sena li għaddiet, u sussegwentement qal li se jkun qed jitressaq matul is-sena preżenti? Jista’ jagħti indikazzjoni ta’ meta dan l-abbozz se jkun qed jittella’ għad-diskussjoni fil-Parlament?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed issir reviżjoni tal-liġi fl-intier tagħha. L-Att prinċipali flimkien ma' kull liġi sussidjarja qed jiġu skrutinizzati. Huwa stmat li ser tiġi preżentata għad-diskussjoni fix-xhur li ġejjin.

Binja Qlejgħa — Ħsarat fis-soqfa ta’ garaxxijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11691 u 12261, u jispjega d-dewmien mill-Awtorità tad-Djar biex isir xogħol ta’ tiswija fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa? Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Awtorità rċiviet l-ewwel rapport tal-ħsarat estensivi li hemm, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet li jeħtieġ isiru?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ tiswija jirrikjedi ko-ordinazzjoni bejn il-Kunsill Lokali, l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta. Ninforma wkoll li x-xogħol ta’ tiswija ma setax jibda sakemm ingħatat l-approvazzjoni meħtieġa mis-sidien ta’ kull garaxx li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa. Bħalissa għaddej proċess biex jiġi ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta sabiex dawn it-tiswijiet ikunu jistgħu jinbdew.

Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12152, 12517 u 12993 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tenders għat Toroq — deadlines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2022 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-Kuntratti li ġew ikkuntrattati fl-2022 tinstab ippubblikata fil-gazzetta tal-Gvern. Sa issa l-ebda minn dawn ix-xogħlijiet ma jirriżultaw li qabżu d-data taż-żmien biex jitlesta x-xogħol.

Vetturi elettriċi — Mechanics/electricians

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13309 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hawn mechanics/electricians reġistrati li jaċċettaw xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi elettriċi f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern huwiex imħasseb dwar il-possibbiltà li ma jkunx hawn biżżejjed mechanics biex ilaħħqu mad-domanda fil-futur qarib?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, kien hawn 1,325 persuna jaħdmu bħala mechanics fuq bażi full-time u part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom. Madanakollu, Jobsplus ma jkollhiex l-informazzjoni jekk dawn humiex mechanics li jaċċettaw xogħol ta’ tiswija ta’ vetturi elettriċi jew le.

Eks Malta Shipbuilding — konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13543 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni għas-sit magħruf bħala l-eks Malta Shipbuilding fil-Marsa, li fl-2016 għadda mill-Malta Industrial Parks lil terzi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l kuntratt tal-konċessjoni għas-sit magħruf bħala l-eks Malta Shipbuilding fil-Marsa fiħ dettalji ta' persuni terzi, se nkun qiegħed ngħaddi kopja ta' dan il-kuntratt lill-Onor. Interperllant b'mod kunfidenzjali.

Avviżi — Numri tal-bibien ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid minn fejn wieħed jista’ jaċċessa lista ta’ avviżi ppubblikati qabel l-2013, relatati ma’ eżerċizzji li saru biex jiġu assenjati numri tal-bibien ġodda?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Home Ownership Scheme — Każijiet solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ tal-Home Ownership Scheme solviet l-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ għal kull każ jindika kemm ingħata kumpens lis-sidien oriġinali u jindika n-numru ta’ każijiet solvuti u l-kumpens imħallas lokalità b’lokalità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

RHIBS — Pagamenti għal tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12705 u jipprovdi lista ta’ pagamenti li saru għal tiswijiet fuq kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-pagamenti li saru għal tiswijiet fuq kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta, mill-2020 sal-bidu ta’ Novembru 2023.

RHIBS — Tenders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12704 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders li permezz tagħhom inxtraw RHIBs għas-sezzjoni tal-infurzar, li nħarġu mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders li nħarġu mill-2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2023 u li permezz tagħhom inxtraw RHIBs għas-sezzjoni tal-infurzar ta’ Transport Malta. Niġbed l-attenzjoni li informazzjoni addizzjonali qiegħda tingħata skont it-tweġibiex tal-mistoqsijiet parlamentari numri 13412 u 13414.

RHIBs — Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12703 u jgħid meta u kemm inxtara kull RHIB fil-flotta ta’ Transport Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li Transport Malta xtrat RHIB’s fi snin u bi prezzijiet kif isegwi: Ser No. No. of RHIBS YEAR PURCHASED AMOUNT € (VAT Inclusive) 1 1 2009 32.100 2 1 2010 31,600 3 2 2016 71,070.22 4 2 2020 380,000.00 for both RHIBs 5 3 2020 470,858.94 for all 3 RHIBs 6 1 2022 140,420.00 Inżid li ma saru l-ebda pagamenti fuq iż-żewġ akkwisti li jidhru f’Ser No. 4 u 5 fil-lista.

Liċenzja tas-sewqan – Persuni li telgħu għat-test prattiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni telgħu għat-test prattiku għal liċenzja tas-sewqan, għal kull sena bejn l-2020 u l-2023? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm barranin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ Novembru 2023, saru 34,048 testijiet tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan. Fost dawk li għamlu t-test prattiku, 19,193 kienu Maltin filwaqt li 14,855 kienu barranin. Figuri maqsuma għal kull sena kif isegwi: § 2020 : 4,853 Maltin, 3,224 barranin, § 2021 : 6,321 Maltin, 4,158 barranin, § 2022 : 4,718 Maltin, 3,847 barranin, § 2023 sa’ 17 ta’ Novembru 2023 : 3,301 Maltin, 3,626 barranin.

Liċenzja tas-sewqan – L-ewwel test prattiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan għal kull sena bejn l-2020 u l-2023? Fost dawk li għamlu t-test prattiku għal-liċenzja tas-sewqan kull sena fl-istess perjodu ta’ żmien, kemm minnhom telgħu għall-ewwel test tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm weħlu u kemm għaddew f’dak li kien l-ewwel tentattiv tagħhom, għal kull sena, matul l-istess snin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2020 sas-17 ta’ Novembru 2023, saru 34,048 test tal-prattika għal-liċenzja tas-sewqan, imqassma sena b’sena hekk kif isegwi: § 2020 : 8,077 telgħu għall-ewwel darba, li minnhom 4,989 għaddew mill-ewwel, filwaqt li 3,088 ma għaddewx mal-ewwel tentattiv, § 2021 : 10,479 telgħu għall-ewwel darba, li minnhom 6,872 għaddew mill-ewwel, filwaqt li 3,607 ma għaddewx mal-ewwel tentattiv, § 2022 : 8,565 telgħu għall-ewwel darba, li minnhom 5,328 għaddew mill-ewwel, filwaqt li 3,237 ma għaddewx mal-ewwel tentattiv, § Sas-17 ta’ Novembru 2023 : 6,927 telgħu għall-ewwel darba, li minnhom 5,361 għaddew mill-ewwel, filwaqt li 1,566 ma għaddewx mal-ewwel tentattiv.

Eks Malta Shipbuilding — konċessjoni

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjoni għas-sit magħruf bħala l-eks Malta Shipbuilding fil-Marsa, li fl-2016 għadda mill-Malta Industrial Parks lil terzi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ċertifikati Micro Invest — Stennija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid matul l-2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien iż-żmien medju, massimu u minimu li l-Malta Enterprise ħadet biex inħarġu ċertifikati tal-Micro Invest?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-2022 u din is-sena kien hemm aktar minn 7,000 applikazzjoni. Matul l-2022 u l-2023, iċ-ċertifikati tal-Micro Invest ħarġu f’medja ta’ 110 ġranet. Bħala minimu dawn inħarġu fi ftit jiem, u bħala massimu ġieli qabżu 500 ġurnata. Dewmien fil-proċessar isir meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, meta jkun hemm bżonn t’iktar verifiki, u anke meta jkunu “late applications” u allura ma jkunux prijorità għaliex iċ-ċertifikat jkun jista’ jintuża biss is-sena ta’ wara.

Tibdil fid-ditti tal-mediċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema ditti ta’ mediċini li jġib il-Gvern inbidlu matul is-sena 2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid għalfejn regolarment ikun hemm tibdil fid-ditti tal-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment jipprokura skont l-ispeċifikazzjonijiet ġeneriċi indipendenti mill-marka. . F'każijiet fejn il-fornitur jonqos milli jikkonsenja l-ordni, issir ordni urġenti u proċess ġdid jista' jirriżulta f'bidla fil-marka.

Tenders għat Toroq — deadlines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded mill-2017 ’l hawn biex toroq jinbnew mil-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Il-Belt Valletta — Teatru Rjal - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntratti hemm relatati mal-binja tat-Teatru Rjal, bħal konċessjonijiet, kirjiet ta’ faċilitajiet bħal kafetteriji, ristoranti jew bars, u jqiegħed kopji ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12152 u 12517 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.