Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102 u 14222 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qiegħed jinġabar.

Il-Belt Valletta – kuntratt ta’ fond

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14103 u 14223 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12645, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li skada fl-2017?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.

Home Ownership Scheme — Każijiet mhux solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13853, u jgħid kemm fadal każijiet tal-Home Ownership Scheme li għadhom ma ġewx solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Home Ownership Scheme — Każijiet solvuti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13852, u jgħid matul is-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ tal-Home Ownership Scheme solviet l-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ għal kull każ jindika kemm ingħata kumpens lis-sidien oriġinali u jindika n-numru ta’ każijiet solvuti u l-kumpens imħallas lokalità b’lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet tal-Home Ownership li l-Awtorità tal-Artijiet solviet matul l-2023 kien ta’ 16. L-ammont ta’ kumpens imħallas lokalità b’lokalità huwa dak indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – kuntratti ma’ influencers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-entità li tgħamel użu minn servizzi ta’ influencer/s jintużaw għall-fini ta' promozzjonijiet.

Avviżi — Numri tal-bibien ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13851, u jgħid minn fejn wieħed jista’ jaċċessa lista ta’ avviżi ppubblikati qabel l-2013, relatati ma’ eżerċizzji li saru biex jiġu assenjati numri tal-bibien ġodda?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Address Management Unit fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali twettaq riċerki relatati ma’ numerar ta’ bibien u tismija ta’ toroq mill-1997 sal-lum il-ġurnata fuq talbiet li jsiru bil-miktub. L-istess unit qed taħdem fuq websajt fejn il-pubbliku se jkollu l-opportunità jaċċessa dawn ir-riċerki onlajn. Barra minn hekk din l-istess Unit se tibda tirriċerka kull notifikazzjoni uffiċjali li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern relatata man-numerar ta’ bibien u t-tismija ta’ toroq sa mill-ewwel pubblikazzjoni li tmur lura għal iktar minn 135 sena. Dan se jkun qed jinvolvi xogħol vast u metikoluż biex jiġu skenjati eluf ta’ paġni tal-Gazzetta tal-Gvern.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873 u 14102 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Belt Valletta – kuntratt ta’ fond

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14103 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12645, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li skada fl-2017?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – diġitalizzazzjoni tal-files

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14104 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8215, jista’ l-Ministru jagħti figuri bħala perċentwali tal-files ‘in circulation’ li għadhom pendenti biex jiġu scanned u diġitalizzati, kif ukoll il-files kollha b’mod ġenerali tal-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn meta l-Awtorità tal-Artijiet bdiet l-eżerċizzju ta’ diġitalizzazzjoni, ġew scanned mas-60% tal-files. L-Awtorità qiegħda tagħti dan il-proċess ta’ diġitalizzazzjoni prijorità assoluta.

Public Works Department – Użu ta’ art f’Ta’ Qali għal park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ppjanat li tintuża l-medda ta' art f'Ta’ Qali li mill-Arkivji Nazzjonali ġiet trasferita lura lill-Awtorità tal-Artijiet u li ġiet mitluba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi sabiex tintuża għall-proġett tal-park nazzjonali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sit li qed issir referenza għalih qed jinbena parkeġġ taħt l-art mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bħala parti mill-proġett tal-Park Nazzjonali ta’ Malta.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Talbiet riferuti lill-Kummissarju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari spiċċaw riferuti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Każijiet riżolti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien iż-żmien medju, massimu u minimu li damu sabiex jiġu riżolti każijiet dwar talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni li ġew riferuti lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni – Każijiet quddiem il-Qorti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet quddiem il-Qorti dwar talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Teatru Rjal – Proġett ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern, meta kien fil-proċess li jiffinalizza l-proġett ta’ restawr tat-Teatru Rjal fil-Belt Valletta, inkludiex klawsola fil-kuntratt mal-inkwilini li tistipula li l-post ikun miżmum b'mod xieraq u ssir il-manutenzjoni neċessarja matul il-perjodu tal-kuntratt, ġaladarba l-post huwa skedat u parti mill-patrimonju storiku ta' pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm klawsola fil-kuntratt mal-inkwilini li tistipula li l-post ikun miżmum b'mod xieraq u li ssir il-manutenzjoni neċessarja matul il-perjodu tal-kuntratt.

Awtorità Maltija għat-Turimu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856 u 13956 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Università Amerikana ta' Malta (AUM) — Liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13181 u 13871 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji u l-estensjonijiet li ngħataw lill-American University of Malta (AUM) bejn l-2016 u l-2023, li fihom jintwerew il-kundizzjonijiet imposti fuq l-AUM mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, bħal ta’ kull entità oħra, hi ta’ natura kummerċjali u sensittiva, b’hekk dawn ma jistgħux jiġu ppubblikati.

Il-Belt Valletta — Teatru Rjal - Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12716 u 13870 u jgħid x’kuntratti hemm relatati mal-binja tat-Teatru Rjal, bħal konċessjonijiet, kirjiet ta’ faċilitajiet bħal kafetteriji, ristoranti jew bars, u jqiegħed kopji ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt mal-Malita jinsab fid-dominju pubbliku.

Awtorità tal-Artijiet — Avukati Interni - Sejħiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571 u 13873 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Artijiet – diġitalizzazzjoni tal-files

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8215, jista’ l-Ministru jagħti figuri bħala perċentwali tal-files ‘in circulation’ li għadhom pendenti biex jiġu scanned u diġitalizzati, kif ukoll il-files kollha b’mod ġenerali tal-Awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.