Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar l-Avviż Legali li fil-Baġit li għadda l-Gvern semma li kellu jniedi, li permezz tiegħu jkun jista’ jitħallas kumpens f’każijiet fejn ikun hemm xi ksur ta’ kundizzjonijiet li ġejjin minn kuntratti antiki u minħabba dawn ma jkunx jista’ jsir żvilupp ġdid jew trasferiment ta’ proprjetà?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar dan l-Avviż Legali jinsabu fi stadju avvanzat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċieva l-operatur tar-Reverse Vending Machines (RVMs) dwar ħsarat fil-magni li jinsabu f'Ħaż-Żebbuġ mill-ġurnata li bdiet titħaddem l-iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb sal-lum? Għal kull waħda mill-magni f'Ħaż-Żebbuġ, tista' l-Ministru tgħid għal kemm perjodu ta' żmien damu 'out of service' u f'kull istanza fejn sofrew ħsarat matul dan il-perjodu ta' żmien? Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar id-dewmien minn meta l-operatur ġie mgħarraf bil-ħsarat sakemm għamel ix-xogħol ta' tiswija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ir-reverse vending machines huma mħaddma minn operatur privat. Ir-regolatur, li huwa Circular Economy Malta, jsegwi rapporti ta’ diffikultajiet bħal dawk imsemmija mill-Onor. Interpellanta.
Persuni li jkollhom bżonn għajnuna jistgħu jikkuntattjaw lill-operatur jew jinfurmaw lil Circular Economy Malta fuq 2226 8200 jew info@cemalta.gov.mt. L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-operatur privat.
Il-kontenituri tax-xorb jistgħu jittieħdu wkoll fil-ħwienet li jbiegħu dawn il-prodotti u jirċievu r-rifużjoni tagħhom mingħandhom, anke jekk ma jkollhomx reverse vending machines.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandhiex ir-riżorsi meħtieġa, inkluż tagħmir tekniku u persunal imħarreġ, biex tiddentifika, u timmaniġġja b’mod effettiv kwistjonijiet ta’ rwejjaħ? Tista’ tipprovdi dettalji dwar kwalunkwe inizjattiva reċenti jew titjib f’dan il-qasam?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tiffoka fuq dawk l-attivitajiet li għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw impatt ambjentali negattiv. Fejn attivitajiet ikunu suġġetti għal permessi ambjentali l-Awtorità tintervjeni fuq l-infurzar tal-kundizzjonijiet kollha tal-permess, inkluż jekk ikun hemm kundizzjonijiet li jirregolaw impatti ta’ rwejjaħ. Ix-xogħol primarju tal-Awtorità huwa l-moniteraġġ tal-kwalità tal-arja skont id-dispożizzjonijiet tad-direttiva 2008/50/EC li tirrigwarda Ambient Air Quality and Cleaner Air for Europe, fejn din id-direttiva tiffoka fuq parametetri li jiġu monitorjati regolarment mill-ERA. F’dan ir-rigward l-ERA ghandha kemm ir-riżorsi umani mħarrġin sew kif ukoll tagħmir tekniku suffiċjenti biex tkun tista’ tagħmel tali monitoraġġ b’mod effettiv.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14957 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament rigward in-negozjati dwar proprjetajiet trasferiti mill-Knisja għall-Istat peress illi l-ftehim tal-1991 issa għalaq iż-żmien tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Gvern u l-Knisja għadhom għaddejjin bil-proċessi stabbiliti biex il-proprjetajiet li l-Knisja għaddiet għand il-Gvern skont il-ftehim imsemmi, jiġu reġistrati f’isem il-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14958, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta huwa antiċipat li jkun konkluż il-proċess ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet għall-40% li fadal tal-proprjetà trasferiti mill-Knisja għall-Istat permezz tal-ftehim tal-1991?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jissokta x-xogħol biex jiġu rreġistrati f’isem il-Gvern il-propretajiet li fadal u qed jissaħħu l-isforzi biex dan il-proċess jintemm.
Peress illi l-mistoqsija parlamentari 12158 li rrefera għaliha l-Ministru bl-ebda mod ma twieġeb il-mistoqsija li saritlu għaliex din titratta d-dati ta’ meta ġew impjegati l-kandidati u fiha ma tpoġġewx fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet hekk kif intalab jagħmel fil-mistoqsija li saritlu, jista’ allura l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102, 14222, 14524 u 14963 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ingaġġ tal-Avukati mal-Awtorità tal-Artijiet sar permezz ta’ proċeduri stabbiliti minn JobsPlus, sejħiet interni kif ukoll skont ċirkulari maħruġa mis-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-proċedura użata f’kull ingaġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12571, 13873, 14102, 14222 u 14524 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12158, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħiet kollha li nħarġu sabiex kienu impjegati l-avukati li jaħdmu internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet u li għamel referenza għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport ta' undervoltage jew overvoltage rċeviet l-Enemalta mill-1 ta' Jannar tal-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Bidnija, maqsuma xahar b’xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Enemalta għaddejja bi pjan aċċellerat ta’ rinfurzar madwar il-gżejjer Maltin. Fil-Bidnija, aktar tard din is-sena ser tiġi ikkummisjonata substation ġdida.
Tista' l-Ministru tagħti spjegazzjoni għalfejn ħafna residenti fil-Bidnija baqgħu jsofru minn problemi fil-provvista tal-elettriku kontinwament minkejja li nbniet substation fil-viċinanzi, u tgħid jekk hux se jsir rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni biex titranġa s-sitwazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala parti mill-pjan ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni ser issir substation ġdida fil-Bidnija. Għalkemm il-binja fejn se ssir diġà nbniet, din is-substation ser tkun ikkumissjonata aktar tard din is-sena. Infurmata li ħafna mill-infrastruttura li hemm fil-Bidnija hija waħda ‘overhead’ u għalhekk hija esposta għall-elementi kollha tan-natura. Parti mill-qtugħ fil-provvista tal-elettriku kien relatat ma’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni li kienu ppjanati fejn il-klijenti jiġu notifikati minn qabel li se jkun hemm interruzzjoni fis-servizz.
Uffiċċju Konġunt — kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-aħħar tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta’ proprjetà li għalihom hemm referenza fl-artikoli 1, 5, 8, 9 u 10 tal-ftehim dwar it-trasferiment lill-Istat tal-proprjetà immobbli f’Malta mill-Knisja Kattolika?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-aħħar darba li tqegħdet fuq il-mejda tal-Kamra, kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta’ proprjetà tal-ftehim dwar it-trasferiment lill-Istat tal-proprjetà immobbli f’Malta mill-Knisja Kattolika kienet fis-sena 2022.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-proprjetajiet trasferiti mill-Knisja għall-Istat permezz tal-ftehim tal-1991 ġew reġistrati fir-Reġistru tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, sa Diċembru 2023, irreġistra madwar 60% tal-propjetà li għaliha qegħda ssir riferenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet għal e-scooters mill-1 ta’ Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, indikati xahar b’xahar?
Tista’ l-Ministru tgħid minn liema postijiet isir monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u tniġġiż fil-gżejjer Maltin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija l-Awtorità kompetenti għall-monitoraġġ tal-arja. Dan il-‘monitoring network’ jinkludi:
‘Real time monitoring network’: fejn hemm ħames stazzjonijiet b’monitoraġġ kontinwu li jinsabu fl-Imsida, iż-Żejtun, Ħ’Attard, San Pawl il-Baħar u fl-Għarb, Għawdex.
‘Passive diffusion tube monitoring network’: dan jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja fuq medja ta’ erba’ ġimgħat u jkopri 100 punt ta’ monitoraġġ mifruxin mal-gżejjer Maltin, hekk kif muri fuq il-mappa li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142 u 14231, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13853 u 14526, u jgħid kemm fadal każijiet tal-Home Ownership Scheme li għadhom ma ġewx solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet qegħda tittratta u ssegwi 10 każijiet ta’ artijiet li kienu inkisbu għall-Home Ownership Scheme.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956 u 14142 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Ministru jispjega kif tiġi kkumpilata l-lista ta’ persuni li huma eleġibbli biex iservu bħala ġurat u kull kemm din tiġi aġġornata? Jista’ jgħid ukoll jekk persuni li jkunu ntgħażlu, u servew bħala ġurat, ikunux eżentati għal perjodu ta’ żmien milli jerġgħu jintgħażlu biex iservu għal darb’oħra, jew dawn immedjatament jerġgħu jkunu parti mil-lista ta’ persuni eleġibbli biex iservu bħala ġurat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista ta’ persuni li huma eliġibbli sabiex iservu bħala ġurat tiġi kkompilata u aġġornata skont dak li jipprovdi l-artikolu 605 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-eżenzjoni ta’ ġurat wara li jservi f’ġuri tiddependi mid-diskrezzjoni tal-ġudikant li jkun mexxa l-ġuri. Jekk ma tingħatax eżenzjoni l-istess ġurat jista’ jerġa’ jintgħażel fil-ġuri ta’ wara.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett ta’ Ta’ Qali Crafts Village u jelenka min huwa responsabbli għat-tkomplija tal-kumplament tax-xogħlijiet li fadal xi jsiru biex ix-xogħlijiet f’dan il-villaġġ ikunu totalment kompluti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-raġunijiet li bħalissa qegħdin iżommu lura t-tlestija tal-villaġġ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Huwa stmat li madwar sebgħin fil-mija tal-proġett huwa lest. INDIS ilha sa mis-sena 2019 illi lestiet ix-xogħol infrastrutturali kollu li kienet responsabbli għalih bħat-toroq, servizzi, bankini, ġardenin u anke street furniture. Is-sena l-oħra ġie wkoll inawgurat l-Incubation Centre u dis-sena jiġu wkoll inawgurati id-Dying Crafts Centre u l-Istart Up Centre.
Ix-xogħol kollu li fadal huwa ta’ sidien illi ħadu l-art b’enfitewsi u li huma obbligati jlestuha skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt.