Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra, rigward imwejjed u siġġijiet mill-2017 sal-aħħar tal-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti ttieħdet azzjoni fuqhom f’forma ta’ spezzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet mill-ewwel ta’ Novembru 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2024, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispezzjonijiet dwar encroachments isiru regolarment kull xahar f’żoni sħaħ u dawn ivarjaw skont iż-żmien tas-sena. Kull fejn ikun meħtieġ jingħataw direttivi biex sidien jiġu konformi mal-permess li jkollhom. L-ispezzjonijiet isiru skont il-ħtieġa minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti attwali li individwu jrid jissodisfa biex ikun eleġibbli għall-post ta’ Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sejħa għall-kuntistabbli, li kienet ippubblikata fit-12 ta’ Jannar 2024.
Peress li l-garaxxijiet fi Triq in-Narċis, l-Imtarfa, qegħdin jegħrqu malli tagħmel ftit xita minħabba li meta sar l-asflatar fit-triq, it-triq saret ħażin u l-konkos ġie jaqleb għal ġol-garaxxijiet minflok jaqleb 'il barra mit-triq u apparti minn hekk, il-gulley li hemm fil-bidu ta’ din it-triq ma jaħdimx minħabba li ġie installat ħażin, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġu solvuti l-problemi ta’ ħafna residenti li qed jilmentaw li qed isofru ħsarat kbar fil-garaxxijiet tagħhom kaġun tal-ilma tax-xita, billi jara li jitranġa l-livell tat-triq?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn għadhom pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Matul l-2023 l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet 4,286 applikazzjoni għad-diversi skemi li għandha. Fl-istess perjodu ipproċessat 2,838 u għad fadal 1,448-il applikazzjoni biex il-proċess tagħhom ikun konkluż.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet il-policy dwar light pollution li ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika fl-2020 u wara erba' snin għadha ma ġietx ippubblikata? Tista' tgħid x'qiegħed iżomm lil dawn l-awtoritajiet milli jippubblikaw din il-policy?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar minħabba li hemm involuti aktar minn entità waħda li jaqgħu taħt Ministeri differenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fis-sena 2023 dwar ħruġ ta’ drenaġġ mhux trattat fil-baħar? Fost dawn ir-rapporti, kemm minnhom ġew ivverifikati u kkonfermati mill-ERA permezz ta’ investigazzjonijiet? Għar-rapporti li ġew ikkonfermati, tista' l-Ministru tispeċifika l-post u tgħid x’ikkawża biex id-drenaġġ spiċċa fil-baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-2023, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet 17-il rapport dwar ilmenti t’allegat drenaġġ fil-baħar. Kien hemm għaxar każijiet li viżwalment dehru li setgħu kienu drenaġġ u b’hekk ġew referuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala l-entità responsabbli mill-infrastruttura tad-drenaġġ u lid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali bħala l-entità kompetenti fuq l-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm. Dawn il-każijiet seħħew ħdejn Manoel Island, darbtejn f’Ta’ Xbiex, Golden Bay, darbtejn fix-Xemxija, Birżebbuġia, fix-Xgħajra, Wied iż-Żurrieq u f’Imġarr ix-Xini, Għawdex. Fis-seba’ każijiet l-oħra ma rriżultawx li kien hemm ħruġ ta’ drenaġġ.
Ħal Far — Spezzjonijiet fl-impjant tal-ħut li saru mill-ERA
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il spezzjoni saret mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fl-impjant tal-ħut f'Ħal Far li jipproċessa l-fdalijiet tat-tonn mill-1 ta' Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tippubblika r-rapporti kollha dwar is-sejbiet li rriżultaw mill-ispezzjonijiet li għamlet l-istess awtorità? Tista' tgħid jekk iż-żjarat li tagħmel l-ERA f'dan l-impjant isirux fuq bażi kontinwa jew jekk din il-proċedura ssirx minħabba ilmenti li tirċievi l-awtorità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-15 ta’ Frar 2024, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet ‘il fuq minn 40 spezzjoni fil-faċilità li qed issir referenza għaliha u fil-madwar. Spezzjonijiet isiru bħala parti integrali mix-xogħol tas-Sezzjoni tal-Infurzar fi ħdan l-Awtorità biex tassigura konformità mal-kundizzjonijiet li l-faċilità hija suġġetta għalihom (IP 0103/22). Isiru wkoll spezzjonijiet ta’ monitoraġġ spontanji bħala miżura pro-attiva, kif ukoll spezzjonijiet għal kull ilment li jsir.
Ħal Far — Irwejjaħ fl-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn - Rapport
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx rapport komprensiv li jinvestiga s-sors u n-natura tal-irwejjaħ assoċjati mal-impjant tar-riċiklaġġ tat-tonn f'Ħal Far? Jekk fl-affermattiv, tista' tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13858, jista' l-Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta sabiex jingħata bidu għat-tiswijiet neċessarji u jagħti rendikont dettaljat li jinkludi d-dati tax-xogħlijiet li saru minn dak iż-żmien 'l hawn filwaqt li jagħti lista tax-xogħlijiet li fadal isiru f'dan il-kumpless ta' garaxxijiet ta' Binja Qlejgħa fl-Imtarfa li bħalissa jinsab fi stat perikoluż ħafna għar-residenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ftehim ta’ koordinament bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għandu jiġi ffirmat sal-aħħar ta' Frar 2024. Mal-ftehim iffirmat ser joħrog il-programm tax-xogħlijiet u minn hemm, b’koordinazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet kollha kkonċernati, jkun jista’ jibda’ x-xogħol meħtieġ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14525 dwar proprjetà mogħtija b’enfitwesi, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għall-iskema li nieda l-Gvern u li permezz tagħha konċessjoni enfitewtika skaduta, li fil-każ tal-proprjetà inkwistjoni skadiet fl-2017, tista’ tiġi estiża għal ħamsin sena oħra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Awtorità tal-Artijiet — Hospitality and Entertainment
Question
B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Awtorità tal-Artijiet — Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet relatati ma’ imwejjed u siġġijiet mill-ewwel ta’ Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Awtorità tal-Artijiet — Rapporti imwejjed u siġġijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew minn entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet fl-2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti figura ta’ kemm kienet l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza għal kull xahar minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kull sena matul l-għaxar preċedenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7856.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142, 14231 u 14961, u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14962, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar kull wieħed mill-għaxar każijiet ta’ artijiet li kienu nkisbu għall-Home Ownership Scheme li fadal pendenti u jgħid x’qiegħed iżomm lill-Awtorità tal-Artijiet milli tagħmel progress u ssolvihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li rigward il-każijiet pendenti, qegħdin isiru l-proċessi kollha necessarji sabiex jiġu konklużi. Dawn jinkludu riċerki, verifiki ta’ titoli, u tħejjija ta’ valutazjonijiet ta’ kull proprjetà skont Kapitlu 573 tal-liġijiet ta’ Malta, bl-esklużjoni tal-każ tal-Mosta li dwaru, kien hemm proċeduri fil-Qorti.
Uffiċċju Konġunt — kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-aħħar darba li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrezzjonijiet u żidiet fil-listi ta’ proprjetà tal-ftehim dwar it-trasferiment lill-Istat tal-proprjetà immobbli f’Malta mill-Knisja Kattolika kien fis-sena 2022 meta suppost Artiklu 4(2) tal-Att Dwar Proprjetà ta’ Entijiet Ekklesjastiċi, Kap. 358, jesiġi li din l-informazzjoni għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull tliet xhur?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti li għalihom qed issir referenza tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MCAST introduċietx xi korsijiet immirati speċifikament lejn it-taħriġ tal-mechanics fil-qasam tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi elettriċi? Jekk iva, jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar in-natura ta’ dawn il-korsijiet, inklużi l-objettivi u l-impatt li huwa antiċipat li jħallu fuq il-workforce sabiex din tlaħħaq mas-suq tal-vetturi elettriċi li qiegħed jikber f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.