Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar l-istat tax-xogħlijiet li għandhom isiru fiċ-ċimiterju tal-Imġarr, Malta, u jgħid jekk inħarġux il-permessi meħtieġa biex il-kuntrattur ikun jista’ jibda x-xogħol?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16435, in vista tal-fatt li l-Awtorità tal-Artijiet mistennija żżomm, u ċertament iżżomm rendikont dettaljat tal-ispezzjonijiet li jsiru, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li saritlu billi jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu, u ċjoè informazzjoni indikata xahar b’xahar u skont il-lokalità tal-ispezzjonijiet li saru mill-Awtorità tal-Artijiet dwar encroachments ta’ imwejjed u siġġijiet mill-ewwel ta’ Novembru 2022 sal-aħħar ta’ Jannar 2024?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16267, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex għaddejjin negozjati dwar ftehim ġdid għat-trasferiment ta’ proprjetajiet mill-Knisja għall-Istat?
Għar Dalam National Park — masterplan u interpretation strategy
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-masterplan u l-interpretation strategy li tħejjew għal Għar Dalam National Park u jgħid il-baġit li hemm imħejji għat-twettiq ta’ dan il-proġett u jippreżenta skeda tal-programm ta’ ħidma li huwa maħsub li jiġi segwit biex jiġi implimentat dan il-proġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi s’issa m’hemm l-ebda baġit speċifiku fuq il-proġett, madanakollu Heritage Malta għaddejja b’diversi xogħolijiet permezz ta’ fondi ġenerati mill-operat tagħha. Dawn jikkonsistu minn tindif ta’ Wied Dalam minn pjanti invażivi, anke b’koperazzjoni minn entitajiet oħra, li ġie segwit minn tħawil ta’ siġar u pjanti indiġeni.
Infurmat ukoll li sar xogħol ta’ restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ fil-wied u taħt Għar Dalam u bħalissa għaddej xogħol ta’ restawr fuq in-naħa ta’ Kaċċatura. B’koperazzjoni ma’ entitajiet oħrajn sar ukoll tindif u ftuħ ta’ sqaq pubbliku u restawr tal-ħitan tas-sejjieħ, bejn Wied Żembaq u ta’ Kaċċatura.
Intant Heritage Malta wkoll akwistat artijiet fuq in-naħa ta’ Borġ in-Nadur sabiex ittejjeb l-aċċesibiltà għas-siti arkeoloġiċi li tamministra hi fuq din ix-xaqliba tal-Park. Saru wkoll disinni għal ċentru ta’ viżitaturi ġdid għall-Park fejn Għar Dalam u fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi sottomessa applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp lill-Awtorità tal-Ippjanar.
Finalment infurmat illi huwa pjanat ukoll li fix-xhur li ġejjin jsiru skavi arkaeoloġiċi kemm fil-Villa ta’ Kaċċatura kif ukoll fid-daħla ta’ Għar Dalam.
Intant, il-Management Plan li kien ġie approvat fl-2016 qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Ghar Dalam Management Plan Brief - APPROVED 27_09_2016.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16287 u 16690 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14525 dwar proprjetà mogħtija b’enfitewsi, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għall-iskema li nieda l-Gvern u li permezz tagħha konċessjoni enfitewtika skaduta, li fil-każ tal-proprjetà inkwistjoni skadiet fl-2017, tista’ tiġi estiża għal ħamsin sena oħra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita tal-Artijiet, permezz tal-Avviż Legali Nru. 161 tal-2023, qegħda tilqa applikazzjonijiet online fuq il-formola GLA29 biex proprjeta mogħtija b’enfitewsi li tkun skadiet jew se tiskadi sal-31 ta’ Diċembru 2030 jkollha l-konċessjoni tagħha estiża b’50 sena. Kull persuna li tista’ tkun eleġibbli għal din l-iskema tista’ tapplika. L-Awtorita tal-Artijiet irċeviet 127 applikazzjoni skont din l-iskema.
Din l-applikazzjoni hija aċċessibli mis-sit elettroniku:
https://onlineportal.landsauthority.org.mt/Services/Forms#gla29
Awtorità tal-Artijiet — Hospitality and Entertainment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16316 u 16689 u ċjoè: B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul l-aħħar ġimgħat ġewx irrapurtati lill-awtoritajiet konċernati każijiet ta’ ħruġ ta’ gass mill-biċċerija pubblika? Jekk fl-affermattiv, tista’ tindika s-sorsi li kawża tagħhom kien hemm it-tnixxija tal-gass, x’kien il-gass li ħareġ, u jekk il-gassijiet li ħarġu b’xi mod kinux ta’ periklu għan-nies tal-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma rċeviet ebda rapport rigward ħruġ ta’ gass mill-biċċerija pubblika.
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri hemm fis-seħħ biex jiġi żgurat li ż-żibel miġbur minn żoni residenzjali jikkonsisti biss fi skart residenzjali, u b'hekk jiġi eskluż skart kummerċjali jew industrijali?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għan hu li jinġabar l-iskart muniċipali, nitlob lill-Onor. Interpellanta tispecifika x’tifhem bi skart kummerċjali jew industrijali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16434 u jgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità tal-Artijiet mill-pubbliku jew entitajiet pubbliċi oħra, rigward imwejjed u siġġijiet mill-2017 sal-aħħar tal-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti ttieħdet azzjoni fuqhom f’forma ta’ spezzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor, Interpellanta li ninsab infurmat li bejn l-2017 u l-2023 l-Awtorità tal-Artijiet kellha 225 bejn rapporti u spezzjonijiet dwar imwejjed u siġġijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16273, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk l-MCAST introduċietx xi korsijiet immirati speċifikament lejn it-taħriġ tal-mechanics fil-qasam tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi elettriċi? Jekk iva, jista’ jipprovdi dettalji dwar in-natura ta’ dawn il-korsijiet, inklużi l-objettivi u l-impatt li huwa antiċipat li jħallu fuq il-workforce sabiex din tlaħħaq mas-suq tal-vetturi elettriċi li qiegħed jikber f’Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MCAST joffri Undergraduate Diploma in Auto Electronic and Electrical Technology fil-livell 5 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Dan il-kors huwa offrut kemm full u anke part time u huwa mmirat biex jipprepara lill-istudenti għal karrieri bħala tekniċi ta’ vetturi elettriċi jew ibridi.
Awtorità tal-Artijiet — Rapporti imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16318 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport sar mill-pubbliku jew minn entitajiet pubbliċi oħrajn lill-Awtorità tal-Artijiet fuq imwejjed u siġġijiet fl-2023?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li matul l-2023 kien hemm 91 rapport lill-Awtorità tal-Artijiet dwar imwejjed u siġġijiet.
Awtorità tal-Artijiet — Spezzjonijiet fuq imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16317 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet relatati ma’ imwejjed u siġġijiet mill-ewwel ta’ Jannar tal-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, indikati xahar b’xahar u skont il-lokalità?
Awtorità tal-Artijiet — Hospitality and Entertainment
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16316 u ċjoè: B’referenza għar-rapport finanzjarju għas-sena 2022 tal-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ħlasijiet (inklużi l-iskop u isem il-benefiċjarji/kumpaniji) li tħallsu b’konnessjoni man-nefqa fuq il-‘Hospitality and Entertainment’ imsemmija fl-istess rapport?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16287 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14525 dwar proprjetà mogħtija b’enfitwesi, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni għall-iskema li nieda l-Gvern u li permezz tagħha konċessjoni enfitewtika skaduta, li fil-każ tal-proprjetà inkwistjoni skadiet fl-2017, tista’ tiġi estiża għal ħamsin sena oħra?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16271, jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu konklużi l-każijiet pendenti tal-Home Ownership Scheme li għadhom mhux solvuti mill-Awtorità tal-Artijiet?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Arretrati ta' Liċenzji ta' operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842, 2466, 2817, 3157, 3718, 4254, 13856, 13956, 14142, 14231, 14961 u 16270 u jgħid l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16274 u jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar il-ħinijiet speċifiċi stipulati fil-kuntratt, mal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart għall-ġbir tal-iskart?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi l-kuntratt reġjonali jirreferi għall-ħinijiet tal-bidu tal-ġabra tal-iskart li kienu pre-stabbiliti fil-lokalitajiet differenti fil-kuntratti ta’ qabel. Infurmat ukoll li l-istess kuntratt jipprovdi wkoll għal bidliet maqbula mal-Kunsilli Reġjonali u Lokali skont il-ħtieġa.
Finalment, infurmat ukoll li l-ħinijiet għall-bidu tal-ġbir huma ippubblikati fis-sit uffiċċjali www.wastecollection.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza, u jgħid ukoll kemm kienet l-itwal stennija?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Promozzjoni ta’ CEOs – spiża
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8891 u jgħid kemm intefqu flus minn fondi pubbliċi fuq advertisement packages li jinkludu kontenut diġitali u kwalunkwe promozzjonijiet ta’ kull xorta, li ttellgħu fuq il-pjattaformi soċjali tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bl-iskop li jippromwovu b’mod personali lis-CEOs tal-Malta Communications Authority u tal-INDIS Malta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-promozzjoni riferuta hi fil-mansjoni tagħhom ta’ CEOs tal-Entita’ u mhux waħda personali.