Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14957, 16266, 17239, 19008 u 19162 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-‘Initial Investment Plan’ imsemmi fil-ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-informazzjoni addizzjonali li ġiet sottomessa f’Seduta numru 254.
B’referenza għal pillbox fi Triq Apap Bologna f'Marsaskala li tinsab f'qagħda allarmanti ta' delapidazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel biex jindirizza din is-sitwazzjoni urġenti u jipprevjeni xi inċident traġiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant is-segwenti:
1) Mill-informazzjoni li għandha s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali, hemm persuna privata li hija responsabbli minn din il-pillbox. Għaldaqstant il-konservazzjoni ta’ din l-istruttura hija responabbiltà ta’ din il-persuna. Is-Sovrintendenza diġà avviċinat lil din il-persuna biex tieħu ħsieb li jittieħdu l-miżuri neċessarji.
2) Intant, ninsab informat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li s-sindku tal-Kunsill – tenut kont iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ li huma pjuttost straordinarji - ġie avviċinat mil-Gvern Ċentrali dwar il-possibiltà li jiġu utiliżżati l-fondi tad-Development Planning Fund (DPF), li hu amministrat minn Ministeru separat, sabiex titwettaq manutenzjoni. Ninsab infurmat ukoll li l-kunsill lokali qed jistenna l-istima sabiex dan il-post jigi restawrat filwaqt li jirriserva d-dritt li jiddeciedi dwar l-ammont li jista jigi utiliżżat mil-fondi tad-Development Planning Fund (DPF) għal dan il-proġett. Naturalment kull talba lid-DPF, f'każ li ssir mill-Kunsill Lokali, tiġi eżaminata u studjata fuq il-merti tagħha.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Talbiet għall-kustodja ta’ proprjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-talbiet kollha li waslu quddiem is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għall-kustodja ta’ proprjetajiet mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista bl-isem ta’ kull proprjetà? Għal kull proprjetà li għaliha saret talba għall-kustodja, jista’ jgħid ukoll meta saret kull talba lill-awtoritajiet kompetenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella miġbura u mgħoddija lili.
L-Imsida — Xelter fl-akkwata ta’ Boxbox - Devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-proċedura sabiex ix-xelter li jinsab fl-akkwati Ta’ Boxbox fl-Imsida jgħaddi f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Imsida b’devoluzzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imsida li s'issa, l-Kunsill m’għamel l-ebda talba għal tali devoluzzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19693, u jgħid meta se tkun implimentata r-riforma li fl-2023 kienet is-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika ‘Dokument ta' Diskussjoni dwar emendi proposti relatati mas-sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20512.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19007, jekk saret l-ispezzjoni tal-pillbox li tinsab fiż-żona ta' Tarġa Gap fil-Mosta, jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-ispezzjoni u jispjega x-xogħlijiet li se jkunu qed isiru?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadha ma spezzjonatx speċifikament dan is-sit minħabba li din ser tkun parti minn eżerċizzju għal binjiet militari oħra fil-madwar (inkluż din il-pillbox).
Pakkett finanzjarju — Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li issa assuma r-responsabbiltà ta' Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Peress li skont l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), ir-ramel importat mill-Ġordan li se jservi bħala parti mill-programm ta’ manutenzjoni tal-bajjiet kien mistenni jasal Malta fil-11 ta' Ġunju 2024, jista’ l-Ministru jgħid x'testijiet saru biex jiġi żgurat li dan ma jfixkilx l-ekosistema tagħna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellant li r-ramel impurtat għall-użu fil-bajjiet huwa mill-istess sors ta’ ramel li kien impurtat fis-snin li għaddew (2004, 2007, 2015). Il-materjal huwa inert u nadif. L-effett fuq l-ambjent ta’ qiegħ il-baħar kien studjat permezz ta’ programm ta’ moniteraġġ għal diversi snin wara l-ewwel intervent fil-bajja ta’ San Ġorġ. Peress li s-sors tar-ramel ma nbidilx ma kienx hemm bżonn ta’ iktar testijiet ħlief dawk sabiex ikun żgurat li l-kwalità tar-ramel taqbel ma’ dak speċifikat fil-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19693 u jgħid meta se tkun implimentata r-riforma li fl-2023 kienet is-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika ‘Dokument ta' Diskussjoni dwar emendi proposti relatati mas-sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq id-drafting tal-liġi.
Jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ kundizzjonijiet imposti fuq l-American University of Malta (AUM) mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) relatati mal-aħħar estensjoni tal-liċenzja?
Legal Reform for the Tourism Industry — Abbozz ta’ liġi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13857, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qiegħed jitressaq quddiem il-Kamra l-Abbozz ta’ Liġi bbażat fuq il-White Paper 'Legal Reform for the Tourism Industry'?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reviżjoni tal-liġi fl-intier tagħha għadha għaddejja. Kif din ir-reviżjoni tkun kompluta, tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni u diskussjoni.
Il-Mosta — Triq il-Waqqafa - Permessi biex jinfetaħ ħajt diviżorju
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’permessi relatati kien hemm biex infetaħ il-ħajt diviżorju fi Triq il-Waqqafa, il-Mosta, li jagħti għall-istabbiliment kummerċjali li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l- ħajt diviżorju infetaħ b’mod temporanju biex jitnaqqas l- inkonvenjent ta’ għeluq totali ta’ toroq fil- madwar riżultat ta’ xogħlijiet li qed jsiru f’ dik iż- żona.
Kien hemm impenn illi dan l- aċċess temporanju jdum għal mhux iktar minn 8 gimgħat sakemm jinfetħu t-toroq tal- madwar. Dan ix- xogħol tlesta f' nofs iż- żmien previst u għalhekk wara 4 gimgħat reġa’ ingħalaq l- aċċess temporanju.
Dan il-ftuħ tal-ħajt diviżorju indikat kienet kundizzjoni relatata mal-permess RWP1-0559/24.
Il-Mellieħa — Palazz ta’ Selmun - Proċess ta’ trasferiment
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19309, li fiha l-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex wasal il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19307, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-bajjiet li minnhom inġabru l-24 kampjun li ġew pożittivi għal kontaminazzjoni, ċjoè dawk li jkunu qabżu l-livelli parametriċi fis-sena preżenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19306, tista' l-Ministru għal kull każ elenkat, tagħti spjega aktar dettaljata dwar in-natura tal-ksur li kien jimmerita multi amministrattivi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-entitajiet tal-Gvern u Kunsilli Lokal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ix-Xgħajra — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ - Drenaġġ mhux trattat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19305, tista' l-Ministru tagħti d-dati ta' meta saru l-interventi ta' manutenzjoni u d-dati ta' meta seħħew l-inċidenti msemmija fejn ħareġ drenaġġ mhux trattat fil-baħar mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fix-Xgħajra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-imsemmija inċidenti seħħew fis-16 ta’ Jannar u fit-28 ta’ Frar rispettivament fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma aġixxiet immedjatament biex issolvi l-problema. Il-proċedura ta’ manutenzjoni saret fl-14 ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejba tal-bacteria tat-tip Xytella Fastidiosa f'xi waħda mill-pjanti importati lejn Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-miżuri li qed jittieħdu biex tiġi evitata l-importazzjoni ta' din il-bacteria lejn pajjiżna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-batterju tal-Xylella fastidiosa qatt ma nstab fil-Gżejjer Maltin.
Bħala miżura preventiva, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, jagħmel ittestjar u moniteraġġ rigoruż skont ir-regolamenti fitosanitarji internazzjonali u dawk tal-UE. Kull sena jittieħdu mal-1,000 kampjun minn diversi pjanti ospitanti suxxettibbli għall-batterju, inklużi siġar taż-żebbuġ, li jinkisbu mill-kummerċ Ewropew u minn għelieqi lokali, ġonna, u msaġar.
Barra minn hekk, id-Direttorat iwettaq ukoll spezzjonijiet każwali fil-punti tad-dħul fil-Gżejjer Maltin u jimmonitorja viżwalment għal kwalunkwe pjanta jew siġra sintomatika ta’ diversi speċijiet ospitanti, inklużi s-siġar taż-żebbuġ, biex jiżgura l-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni ta’ dan il-batterju.
Hemm ukoll pjan ta’ kontinġenza f’każ li dan il-batterju jinstab f’pajjiżna kif rekwiżit f’Artiklu numru (3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201.
Perjodikament isiru wkoll kampanji promozzjonali b’riklami u materjal informattiv biex joħloq kuxjenza fuq il-periklu li jista’ jikkaġuna dan il-batterju.
Tista' l-Ministru tgħid x'qiegħed isir jew x'se jsir biex il-Masġar tal-Ġublew fil-Furjana, li jinsab fi stat mitluq ħafna u l-kundizzjoni ambjentali tiegħu qiegħda tiddeterjora, jingħata l-attenzjoni li tixraqlu mill-entitajiet responsabbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fix-xhur li għaddew, b’kollaborazzjoni bejn Project Green, id-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), ġiet żviluppata proposta ħolistika għal dan il-masġar.
Il-proposta tal-Pinetum għandha l-għan li temfasizza s-sbuħija tal-glacis. Dan sabiex filwaqt li tipprovdi spazju rikreattiv għall-pubbliku li jista’ jitgawda mill-familji, jiġi apprezzat il-patrimonju nazzjonali. Din il-proposta tikkumplimenta l-masterplan tal-Ġnien Botaniku Nazzjonali bir-restawr tan-nissen huts eżistenti, li kienu jintużaw mis-Servizzi Ingliżi. Dan sabiex jingħataw użu ġdid ta’ greenhouses, aviaries, ġonna botaniċi u faċilitajiet pubbliċi li jinkludu Ċentru għat-Tagħlim tal-Ortikultura. Se jkunu qed jiġu ddisinjati passaġġi nformali sabiex tiġi rispettata it-topografija tal-glacis filwaqt li tifforma heritage trail li teduka lill-viżitaturi fuq il-wirt kulturali u l-istorja ta’ pajjiżna.
Project Green se tkun qed tissottometti l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar malli jkollha l-approvazzjoni mill-Bord Governattiv Nazzjonali tal-Botanika.
Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir jew huwa ppjanat li jsir biex issir riġenerazzjoni lis-swar tal-Furjana u tisħiħ strutturali ta’ partijiet mis-swar li jinsabu fi stat ħażin?
Response (BONNICI, OWEN)
Id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni dawn l-aħħar snin wettaq xogħol ta’ restawr estensiv f’diversi żoni tas-swar tal-Furjana, kemm fuq inizjattiva diretta u kif ukoll f’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra. Fil-preżent għaddej ukoll restawr fuq medda ta’ swar biswit il-Bieb ta’ Notre Dame, u qed isiru tħejjijiet ta’ pjanti għal xogħol f’żoni oħra. Dan hu xhieda tal-impenn sħiħ tad-Dipartiment lejn ir-riġenerazzjoni tas-swar tal-Furjana.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti imwettqa u oħrajn f’fażi ta’ tħejjija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun implimentata r-riforma li fl-2023 kienet is-suġġett tal-konsultazzjoni pubblika ‘Dokument ta' Diskussjoni dwar emendi proposti relatati mas-sospensjoni tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'seduta oħra.