B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21093, tista’ l-Ministru tipprovdi lista dettaljata tal-permessi kollha maħruġa għal kull fish farm fl-ibħra Maltin u tinkludi d-dati ta’ skadenza ta’ dawn il-permessi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir xogħol f’parti minn Triq it-Tut, fil-limiti tar-Rabat, Malta (id-dettalji dwar il-post eżatt qegħdin jingħataw separatament) biex din titranġa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Minkejja li ż-żona msemmija ma ġietx nominata mill-Kunsill tar-Rabat biex isiru xogħlijiet fiha, nibqgħu kommessi li nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż, bil-komunitajiet jibqgħu fiċ-ċentru ta’ ħidmietna.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21311 u tgħid kemm ingħataw multi amministrattivi maħruġa għal ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar tal-iskart relatati mal-ġbir tal-iskart, maqsuma xahar b’xahar sa minn meta daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika l-multi amministrattivi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), mis-sena 2016 sa Settembru 2024, rigward offiżi relatati ma’ ħruġ ta’ skart kontra r-regolamenti li jirregolaw l-iskart. It-tabella li tindika t-twissijiet maħruġa fuq ksur tar-regolamenti rigward separazzjoni mandatorja tal-iskart, mid-data tad-dħul fis-seħħ sa Settembru 2024 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra..
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21312 u jgħid kemm inħarġu permessi biex stabbilimenti jqiegħdu siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika, fl-aħħar għaxar snin maqsuma xahar b’xahar? Għal kull permess, jista’ jindika t-triq fejn inħareġ il-permess, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitqiegħdu bil-permess, jew l-ispazju f’metri kwadri li huma permessi jkunu okkupati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Qormi — Triq San Bartolomew - Xelter quddiem il-Knisja ta’ San Bastjan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir mix-xelter li nstab waqt ix-xogħol ta’ skavar quddiem ir-rampa tal-Knisja ta’ San Bastjan, fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ħal Qormi li għaddej xogħol mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali bil-għan li jittieħdu l-passi li hemm bżonn fir-rigward. Informat li deċiżjoni se tittieħed fi stadju ulterjuri.
Tista’ l-Ministru tipprovdi aġġornament dwar kemm inħatru uffiċjali responsabbli għall-immaniġġjar tal-enerġija f’binjiet pubbliċi, u tgħid x’taħriġ ingħataw biex jissorveljaw il-konsum tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-bini tal-Gvern li jintuża direttament mill-Gvern ċentrali huma mgħammra b’pannelli fotovoltajċi jew tipi oħra ta’ sorsi ta’ enerġija rinovabbli, u x’perċentwal tal-istokk totali tal-bini tal-Gvern ċentrali jirrappreżenta dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex il-Fortifikazzjonijiet ta’ San Klement jiġu restawrati mill-istat mitluq u abbandunat li preżentement jinsabu fih? Jista’ jgħid ukoll x’qiegħed iżomm lill-Gvern milli jirriġenera dan is-swar li għandu valur storiku?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-proġett tar-restawr tas-swar tal-Kottonera mniedi mid-Dipartment tar-Restawr u Preservazzjoni jinkludi wkoll ir-restawr tal-faċċati tas-sur u il-bastjun ta’ San Klement. Filwaqt li x-xogħol preparatorju qabel ma jsiru l-interventi meħtieġa inbeda, ir-restawr hu ippjanat li jsir fl-2026. Dan hu parti minn proġett li qed jara interventi estensivi ta’ restawr fuq is-Swar tal-Kottonera għall-ewwel darba minn meta inbnew, u li sa llum ġa tlesta ‘l fuq minn kilometru tul ta’ swar.
Ninforma lil Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Belt Valletta — Cisterna della Quarantena - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar ix-xogħol li sar fis-sit magħruf bħala Cisterna della Quarantena, fil-Belt Valletta, u jgħid għaliex waqfu x-xogħlijiet ta' tindif mit-terrapien fis-sit imsemmi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid sarux studji kwantitattivi li fihom kull binja tal-Gvern ġiet evalwata għall-possibbiltà li tkun mgħammra b'pannelli fotovoltajiċi? Jekk iva, liema huma l-binjiet li l-Gvern iqis bħala l-aktar vijabbli li jsirilhom dan l-investiment?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex wasal il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet u jgħid x’se jkun qed isir mill-Palazz ta’ Selmun ġaladarba jsir it-trasferiment?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-mistoqsija parlamentari 21960.
Skema dwar l-enerġija rinnovabbli — Panelli solari
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw u kemm kienet l-ispiża fuq l-iskema dwar l-enerġija rinnovabbli biex ikunu installati panelli solari għall-użu fuq proprjetajiet residenzjali u għal organizzazzjonijiet li mhux qed iwettqu attività ekonomika matul is-sena 2023?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul is-sena 2023, kien hemm 924 li bbenefikaw mill-iskema dwar l-enerġija rinnovabbli biex ikunu installati panelli solari għall-użu fuq proprjetajiet residenzjali u għal organizzazzjonijiet li mhux qed iwettqu attività ekonomika. Dan sar b’investiment ta’ €3,569,711.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li kienu ffirmati bejn l-Enemalta u l-kumpanija li rebħet il-kuntratt ta’ €37 miljun biex inbena l-impjant tal-enerġija ta’ emerġenza li jaħdem bid-diesel?
Tista' l-Ministru tgħid x'investigazzjonijiet saru mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-inċidenti regolari li possibilment huma żbroffi tad-drenaġġ fil-baħar mill-impjant Ta' Barkat fix-Xgħajra? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport sħiħ bir-riżultati, li jinkludi fih spjegazzjoni ċara, dettaljata u teknika tat-testijiet kollha li saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li kull meta l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tirċievi rapport, dan jiġi investigat skont il-każ li jkun. Fir-rigward tal-impjant li qed issir referenza għalih, kull meta sar rapport dwaru, l-uffiċjali tal-ERA għamlu spezzjoni fuq is-sit u fost affarijiet oħrajn talbu elenku tal-attivitajiet li jkunu saru fil-perjodu li jkun wassal għar-rapport. Minn dawn ir-records jiġi determinat jekk kienx hemm żbroff jew le, u jekk fl-affermattiv x’ikun wassal għal dan. F’dawn it-tip ta’ investigazzjonijiet mhux normali li jsiru testijiet oltre. Infurmata li għalkemm din is-sena saru numru ta’ rapporti, kien f’okkażjoni waħda li ġie konfermat mill-ERA li kien hemm overflow wara perjodu ta’ xita.
Forti Bengħajsa — Proċeduri għat-terminazzjoni tal-kirja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-proċeduri ġudizzjarji għat-terminazzjoni tal-kirja għall-Fortizza ta’ Bengħajsa?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gunpost li tinsab fi Triq Apap Bologna, f’Wied il-Għajn, hix proprjetà tal-Awtorità tal-Artijiet, u allura r-responsabbiltà għaż-żamma tal-imsemmija proprjetà taqax fuq awtorità? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk sarux sforzi biex jinbeda xogħol ta’ restawr fuq din il-gunpost?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li s-sit imsemmi m'hijiex proprjetà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit tal-High-Angle Battery fil-Għargħur bħalissa huwiex responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk saritx talba għad-devoluzzjoni, kemm ilha pendenti t-talba, u f’liema stadju wasal l-ipproċessar tagħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat is-sit huwa proprjetà tal-Gvern. L-Awtorità tal-Artijiet, f’dan l-stadju, m'hijiex f'pożizzjoni li tikkunsidra talbiet għal dan is-sit minħabba li huwa riservat ghal proġett tal-Gvern ċentrali.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jkun qiegħed iressaq il-liġi relatata mas-sospensjoni awtomatika tal-eżekutibbiltà tal-permessi tal-iżvilupp għal xogħlijiet f’każ li jiġi sottomess appell jew konsultazzjoni esterna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-process għadu għaddej u titnieda konsultazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw multi amministrattivi maħruġa għal ksur tar-regolamenti tal-immaniġġjar tal-iskart relatati mal-ġbir tal-iskart, maqsuma xahar b’xahar sa minn meta daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.