Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja fuq l-Għolja tal-Gelmus fir-Rabat, Għawdex, magħrufa wkoll bħala d-Dar tal-Arċipriet Cassar, hijiex proprjetà tal-Gvern?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor .Interpellanta li ninsab infurmat li l-binja msemmija m’hijiex proprietà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-preżenza ta’ slime fil-baħar f’dawn l-aħħar tliet snin u tgħid liema kienu l-postijiet speċifiċi fejn ġie osservat dan l-islime?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Multi amministrattivi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21101, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar il-ksur tar-regolamenti ambjentali li għalihom inħarġu multi amministrattivi lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23517 u jgħid jekk ix-xogħol biex ġiet armata s-Siġra tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta barra l-bini tal-Parlament sarx wara proċess ta’ tender, direct order, jew inkella kienx sponsorjat minn kumpanija privata? Jista’ jipprovdi l-ispiża totali biex ittellgħet din is-Siġra tal-Milied?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-somma totali tas-Siġra tal-Milied li tinsab quddiem il-binja tal-Parlament hija ta’ €19,447 (VAT eskluż). L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta ħarġet tender għal diversi dekorazzjonijiet relatati mal-Milied fil-Belt Vallletta li għalih ma applika ħadd. Fiċ-ċirkustanzi, hekk kif permess mir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku f’każijiet bħal dawn, l-Aġenzija kellha ssib direttament, u fi żmien qasir, kuntratturi li lesti jagħtu s-servizzi meħtieġa fiż-żmien disponibbli.
Ninsab infurmat ukoll li din is-sena, l-ħsieb oriġinali tas-siġra tal-Milied fil-Belt Valletta, hekk kif spjegat mill-Aġenzija fuq il-medja soċjali, kien imnebbaħ minn tradizzjonijiet Maltin u mill-poeżija ‘Il-Kebbies tal-Fanali’ ta’ Anton Buttigieg.
Ir-Rabat, Għawdex — Binja fuq l-Għolja tal-Gelmus - Skedar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-binja li tinsab fuq l-Għolja tal-Gelmus, ir-Rabat Għawdex, hijiex skedata, u jekk le, hemmx pjanijiet biex din tiġi skedata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-binja fuq l-Għolja tal-Gelmus fir-Rabat Għawdex, magħrufa wkoll bħala id-Dar tal-Arċipriet Cassar, ġiet skedata bħala Grad 1 fid-19 ta’ Mejju 1998, permezz tal-Avviż tal-Gvern Nru 404/98.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Gvern preżentement għandu għal-landscaping mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt li għandha Ambjent Malta għal xogħlijiet ta’ landscaping huwa ma’ GEB Landscaping Ltd.
Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-ordnijiet kollha ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-Awtorità tal-Artijiet rigward artijiet proprjetà tagħha, u għal kull avviż tispeċifika d-data, in-numru ta’ referenza u l-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega r-raġunijiet legali u/jew proċedurali għad-deċiżjoni li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija waqqa' l-każ kontra terzi persuni dwar l-allegat ħtif ta’ art pubblika fix-Xewkija Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sad-data tad-deadline intern ma ġietx l-informazzjoni kollha rikjesta.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23219, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba b’mod komplet, jiġifieri maqsuma xahar b’xahar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol biex ġiet armata s-Siġra tal-Milied fid-daħla tal-Belt Valletta barra l-bini tal-Parlament sarx wara proċess ta’ tender, direct order, jew inkella kienx sponsorjat minn kumpanija privata? Jista’ jipprovdi l-ispiża totali biex ittellgħet din is-Siġra tal-Milied?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23335 u jgħid fiex wasal il-proċess ta’ reviżjoni tal-policy nazzjonali għat-turiżmu? Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni u diskussjoni?
Response (BORG, IAN)
Qiegħed nassumi li l-Onor. Interpellant qegħdha tirreferi għall-Istrateġija tat-Turiżmu 2021-2030 li qegħdha tiġi eżegwita. Gejt infurmat li ma kien hemm l-ebda reviżjoni ghaddejja, iżda l-Istrateġija hija ovvjament dokument ħaj li kontinwament jiġi addattat għax-xejriet dejjem jevolvu li jkunu jeħtieġu l-introduzzjoni ta’ tattiċi aġġornati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19161 u 20637 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18592 rigward il-proċeduri Ġudizzjarji pendenti dwar is-sit tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jagħti l-okkju, in-numru tar-rikors, u jgħid quddiem liema Qorti għaddejjin il-proċeduri msemmija?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proċeduri ġudizzjarji li d-dettalji ngħataw separatament huma kif ġej.
Kummissarju tal-Artijiet vs NMF Limited Prim - Awla tal-Qorti Civili.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20636, tista’ l-Ministru tgħid meta se jkun ippubblikat id-dokument finali bil-policy li tispeċifika l-linji gwida li jittrattaw it-tniġġis tad-dawl f’pajjiżna?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-linji gwida li jitrattaw it-tniġġis tad-dawl qegħdin jiġu finalizzati wara li ġew indirizzati l-kummenti tal-pubbliku u d-diskussjonijiet bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità Għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ reviżjoni tal-policy nazzjonali għat-turiżmu? Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni u diskussjoni?
Pakkett finanzjarju — Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20446 u jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li issa assuma r-responsabbiltà ta' Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-pakkett tal-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa stabbilit skont il-provvedimenti li joħorġu mill-Manual on Resourcing Policies and Procedures, Sezz. 7.7.7.c kif kien intavolat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali evalwax talbiet imressqin minn NGOs għall-pussess tal-Batterija tal-Qolla l-Bajda, fiż-Żebbuġ Għawdex? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-proċess ta’ evalwazzjoni, u f’każ li l-Ministeru kkunsidra talba jew numru ta’ talbiet bħala sodisfaċenti, jgħid x’hemm iżomm il-proċess milli jkompli javvanza?
Response (BONNICI, OWEN)
It-taħditiet interni li jinkludu iktar minn entita' waħda għandhom għaddejjin.