B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25559, jista’ l-Ministru jgħid meta twaħħlet is-sistema tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad-Dingli?
Il-Mellieħa — Palazz u lukanda ta’ Selmun - Proċess ta’ trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar jekk kienx hemm progress fil-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli tal-palazz u l-lukanda ta’ Selmun lura lill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għadu għaddej u mistenni li jintemm fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225 u 25555 u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li kellu jsir dwar l-impatt fuq it-traffiku biex jiġu esplorati possibbilitajiet u opportunitajiet ġodda għal dan il-proġett li jinkludu l-pedestrianisation ta’ Triq Sant’Anna l-Furjana, wara li ġie konkluż li l-underpass imwiegħed qabel l-elezzjoni ma kienx fil-fatt fattibbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-istudju li qed isir mill-Università ta’ Malta għadu għaddej peress li qed isir fuq tul ta’ żmien biex jaqbad il-patterns tat-traffiku sew fis-sajf u anke fix-xitwa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23004 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-energy management methodology li tiġi osservata f’binjiet pubbliċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament dwar meta se jkun ippubblikat id-dokument finali bil-policy li tispeċifika l-linji gwida li jittrattaw it-tniġġiż tad-dawl f’pajjiżna?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24073 u jispjega r-raġunijiet legali u/jew proċedurali għad-deċiżjoni li l-Kunsill Lokali tax-Xewkija waqqa’ l-każ kontra terzi persuni dwar l-allegat ħtif ta’ art pubblika fix-Xewkija Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li bħala Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali (u allura entitajiet awtonomi skont il-prinċipji tad-devoluzzjoni u s-sussidjarjeta') ma inħossx li nista' nassumi fuqi l-oneru li nispjega raġunijiet legali jew proċeduri ta' deċiżjonijiet meħuda mill-Gvernijiet Lokali, ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li l-Kunsill preċedenti ħa d-deċiżjoni li jirtira il-kawża kontra terzi persuni dwar art pubblika fix-Xewkija peress li l-art taqa’ taħt ir-responsabiltà tal-Awtorità tal-Artijiet.
Tista’ l-Ministru tipprovdi l-valur tal-pagamenti kif ukoll l-ammont ta’ sigħat tax-xogħol li saru minn kuntrattur privat għas-servizz ta’ monitoraġġ u infurzar relatat mal-ġbir tal-iskart domestiku, skont ir-regolamenti dwar l-iskart u taqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Imtarfa — Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar ix-xogħlijiet ta’ tiswija li għandhom jitwettqu mill-Awtorità tad-Djar flimkien ma’ Infrastructure Malta fuq is-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet li jagħmlu parti minn Binja Qlejgħa, l-Imtarfa, u jgħid jekk ġewx konklużi t-taħdidiet biex jingħalaq il-ftehim bejn dawn l-entitajiet u b’hekk jissokktaw ix-xogħlijiet meħtieġa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskrutinju tal-ispejjeż minn naħa tal-Awtorità tad-Djar sar, u t-taħdidiet tekniċi bejn l-entitajiet saru wkoll. Għaldaqstant, issa qegħdin fil-fażi li jiġu attribwiti l-ispejjeż skont ir-responsabbiltà rispettiva tal-entitajiet individwali u sussegwentement jiġi mfassal ftehim finali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074 u 25225, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Multi amministrattivi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24076 u 25223 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21101, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar il-ksur tar-regolamenti ambjentali li għalihom inħarġu multi amministrattivi lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24072 u 25222 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-ordnijiet kollha ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-Awtorità tal-Artijiet rigward artijiet proprjetà tagħha, u għal kull avviż tispeċifika d-data, in-numru ta’ referenza u l-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità (OWK) maħruġin fil-konfront tal-Awtorià għall-Artijiet huma kollha magħluqin ħlief waħda li tritratta rimi llegali f’żona pubblika f’Wied ix-Xoqqa (OWK003/21). Infurmata li qegħdin isiru arranġamenti biex din tiġi indirizzata u tingħalaq ukoll.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-operatur għall-operat tal-iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb (BCRS)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt bejn l-aġenzija governattiva Circular Economy Malta u BCRS Malta bħala operatur. Dan il-kuntratt diġà huwa disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-installazzjoni tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad Dingli ġietx konkluża?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema twaħħlet f’postha u se tkun qed tibda tiffunzjona fil-ġimgħat li ġejjin wara li jsiru ċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa.
ERA — Proċeduri għal irkupru ta’ flus dovuti mill-multi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fl-aħħar tliet snin kemm inizjat proċeduri l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex jiġu rkuprati l-flus dovuti lilha minn multi, u tipprovdi dettalji dwar kemm minn dawn il-kawżi ntrebħu, kif ukoll l-ammont totali ta’ flus li ġew irkuprati permezz ta’ dawn il-proċeduri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tkun għaddejja bi proċess estensiv biex tirkupra l-flus dovuti lilha minn multi, liema proċess jinvolvi diversi twissijiet mibgħutin mill-Awtorità lid-debituri. S’issa ma għandha ebda kawża pendenti f’dan ir-rigward.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24072 u tipprovdi lista tal-ordnijiet kollha ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lill-Awtorità tal-Artijiet rigward artijiet proprjetà tagħha, u għal kull avviż tispeċifika d-data, in-numru ta’ referenza u l-post?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Multi amministrattivi
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24076 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21101, tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar il-ksur tar-regolamenti ambjentali li għalihom inħarġu multi amministrattivi lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma l-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 24075 u tgħid kemm-il rapport irċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-preżenza ta’ slime fil-baħar f’dawn l-aħħar tliet snin u tgħid liema kienu l-postijiet speċifiċi fejn ġie osservat dan l-islime?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-aħħar tliet snin (2022 – 2024), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) waslulha 128 rapport dwar allegat preżenza ta’ slime. Minn dawn, 48 każ kienu konfermati li fil-fatt kien slime li joriġina minn fishfarms. Dawn l-istanzi ta’ slime jirriżultaw xi minn daqqiet limitati għal inħawi speċifiċi tal-kosta tal-gżejjer Maltin, u drabi oħra jkunu mifruxin f’meded ikbar. Komplessivament, fi żmien jew ieħor, intlemaħ slime fil-limiti tal-Qrendi (Wied iż-Żurrieq), iż-Żurrieq, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Delimara, Marsaskala, ix-Xgħajra, Tas-Sliema, San Ġiljan, Pembroke, madwar Baħar iċ-Ċagħaq, San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u l-kosta tagħha, Kemmuna, l-kosta tal-Qala u Ħondoq ir-Rummien, u fix-Xagħra - r-Ramla l-Ħamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24074 u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.