Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4377 u jgħid meta hu mistenni li jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u sa meta huma mistennija jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 5112.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid f’liema data bdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data waqfu dawn ix-xogħlijiet, u għal liema raġuni waqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bdew fis-16 ta’ Marzu 2026. Ix-xogħlijiet twaqqfu temporanjament matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2026, minħabba l-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni dwar aspetti strutturali li ma kienux previsti, u nqalgħu max-xogħlijiet. Ix-xogħlijiet reġgħu bdew fit-2 ta’ Novembru 2026.

L-Imtarfa – Ġnien is-Sinjura

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1160 u 3101, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet referuta lilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) jew Infrastructure Malta għamlux xi spezzjoni jew stħarriġ fuq il-pedamenti u l-moviment tal-art fi Ġnien is-Sinjura fl-Imtarfa? Jekk iva, jista' jgħid x’kienu r-riżultati? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir spezzjoni, u jassigura li m’hemm l-ebda periklu għall-pubbliku u għar-residenti tal-madwar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Ġeologi – Rikonoxximent ta’ status professjonali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28527 tat-28 ta' Mejju 2025 tal-14-il Leġislatura, fejn intqal li b'konsultazzjoni mal-Kamra tal-Ġeologisti kienet qed tiġi abbozzata liġi dwar ir-rikonoxximent tal-ġeologi bħala professjoni, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab din il-liġi? Jista' jgħid ukoll meta hu antiċipat li l-abbozz jiġi ppreżentat fil-Parlament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Malta u Għawdex – Tfal f’kura residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f’kura residenzjali f’Malta u Għawdex bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom qed jgħixu fi djar li jilqgħu sitt itfal jew inqas, u liema entitajiet imexxu dawn id-djar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ordni dwar Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, għall-finijiet tal-Klassi 1(b), huwiex meħtieġ li mill-inqas persuna waħda li tagħti l-kura tkun tirrisjedi fil-post, jew jekk il-kura mogħtija biss minn ħaddiema li ma jirrisjedux fil-post u li jaħdmu fuq xiftijiet hijiex biżżejjed?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Ordni dwar Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jispjega r-raġunijiet għall-A.L. 301 tal-2026 - Ordni tal-2026 li jemenda l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp, li jemenda t-tifsira ta’ “kura” fl-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp (L.S. 552.15)? Jista’ jgħid ukoll liema entità jew entitajiet talbu din il-bidla?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – WSC – Mappa live

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-mappa live tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u l-messaġġi fuq WhatsApp ma ġewx aġġornati waqt il-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u x’miżuri se jittieħdu biex ir-residenti jingħataw informazzjoni f’waqtha u preċiża fil-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Guaranteed Service Standards Scheme – Applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet taħt il-Guaranteed Service Standards Scheme matul dawn l-aħħar tliet snin, maqsuma sena b’sena? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom ġew aċċettati, u kemm ingħata kreditu b’kollox, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda applikazzjoni.

Guaranteed Service Standards Scheme – Termini u kundizzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termini u l-kundizzjonijiet sħaħ tal-Guaranteed Service Standards Scheme u tgħid kif jiġi kkalkulat il-kreditu li jingħata lill-klijenti u jekk l-iskema tkoprix l-ispejjeż tal-ilma tal-flixkun li l-klijenti jkollhom jixtru waqt qtugħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Guaranteed Service Standards Scheme

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk, fil-każ tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) żammitx mal-impenji tagħha taħt il-Guaranteed Service Standards Scheme? Tista’ tgħid ukoll taħt liema kategorija ġie kklassifikat dan il-qtugħ, u jekk ir-residenti affettwati humiex eliġibbli għal kreditu fuq il-kont tagħhom taħt din l-iskema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Djar u negozji milquta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm djar u negozji f’Ħaż-Żebbuġ intlaqtu mill-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u jekk ġietx offruta provvista alternattiva ta’ ilma lir-residenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma – Ħsara kkawżata minn terza persuna

Question

B’referenza għall-informazzjoni mogħtija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li l-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026 kien ikkawżat minn ħsara minn terza persuna, tista’ l-Ministru tgħid min kienet din it-terza persuna, x’xogħlijiet kienet qed tagħmel, u jekk dawn ix-xogħlijiet kinux awtorizzati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5013.

Ħaż-Żebbuġ – Qtugħ fil-provvista tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet il-kawża tal-qtugħ fil-provvista tal-ilma f’Ħaż-Żebbuġ bejn it-30 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2026, u tagħti l-ħinijiet f’kull ġurnata li fihom il-provvista nqatgħet u reġgħet ġiet lura?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-każ li qed issir referenza għalih seħħ minħabba inċident fejn kuntrattur liċenzjat li kien qed jagħmel xogħlijiet fit-toroq laqat mejn tal-ilma maġġuri li jissupplixxi l-akkwati u b’konsegwenza t’hekk ġew affettwati 1,980 meter.  Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni minnufih biex il-ħsara ssewwiet mill-istess kuntrattur. Il-ħinijiet f’kull ġurnata li fihom il-provvista tkun sospiża, jkunu pubblikati fuq is-sit tal-Korporazzjoni - https://live.wsc.com.mt/publicweb kif ukoll fuq il-mezzi tal-media socjali, apparti li tintbagħat notifika bil-ħinijiet u t-toroq affettwati lir-residenti u n-negozji kollha abbonati mas-servizz tal-SMS u real time alerts https://live.wsc.com.mt/PublicWeb/home/alerts . Nappella lil kull min għadu mhux qed jagħmel użu minn dan is-servizz tant utli,  biex jirreġstra għalih ħalli jibda jirċievi aġġornamenti f’każijiet ta’ ħsarat, emerġenzi u anke manutenzjoni pjanata fit-triq tiegħu. Il-perjodu mingħajr provvista ta’ ilma kien inqas minn 48 siegħa (f’daqqa) u f’dan il-każ il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mxiet mal-Guaranteed Standards Service Scheme- https://www.servizz.gov.mt/en/Services/web-02102 Ninsab ukoll infurmata li n-notifikazzjonijiet permezz ta’ messaġġi għal dawk abbonati dwar il-qtugħ tal-ilma ntbagħtu kollha.  Kien hemm biss xi ħsara teknika fuq il-live map fit-30 t’Ottubru li mbagħad issolviet.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Rapport dwar ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data l-Awtorità tad-Djar irċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ġiet iċċertifikata bħala dangerous structure, u jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Baġit 2026 – Miżura 135 – Ikkummissjonar tal-istudju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid jekk ġiex ikkummissjonat l-istudju msemmi fil-Miżura 135 tal-Baġit 2026 dwar l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini li jinbena mis-sena 2030? Jekk iva, jista' jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid lil min ingħata, permezz ta' liema proċess ta' akkwist, b'liema valur u meta huwa mistenni jitlesta? Jekk le għaliex u meta se jiġi kkummissjonat?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istudji relatati mal-Miżura 135 tal-Baġit 2026 ġew ikkummissjonati permezz ta’ sejħiet għall-offerti skont kif titlob il-proċedura. Dawn l-istudji huma mistennija jitlestew bejn it-tieni kwart tal-2027 u t-tieni kwart tal-2028.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34052 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li ġew ingaġġati b’direct order għall-proġett tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ngħatat id-direct order, u x’inhu l-valur tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inqasmet l-ispiża tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bejn l-Awtorità tad-Djar, Infrastructure Malta, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa u s-sidien tal-garaxxijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas s’issa u lil min?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.