Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-medja tal-perjodu ta’ żmien biex jinbidel meter tal-ilma difettuż tal-klijent mill-fornitur tas-servizz?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta jidħol rapport dwar meter difettuż jiskatta proċess ta’ sistema awtomatizzata elettronika fejn kull każ jiġi trattat skont il-prijorità u l-urġenza. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dejjem tassigura li taġixxi immedjatament u skont in-neċessità tal-każ individwali.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont ta’ kull kunsinja żibel esportata minn WasteServ mill-bidu ta’ din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġ mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u tindika t-tip ta’ skart li kien jikkonsisti fiha kull kunsinja, lejn liema pajjiż kienet esportata, u għal liema raġuni saret l-esportazzjoni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet ta’ infurzar ittieħdu b’rabta mal-każ rappurtat fejn is-siġġijiet u mwejjed ta’ stabbiliment fil-Belt Valletta allegatament ostakolaw il-purċissjoni ta' San Ġużepp nhar id-19 ta' Marzu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26927. Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet issottomettiet rapport lill-pulizija dwar l-inċident.
Tista’ l-Ministru tagħti lista bil-permessi maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) f'Kemmuna minn meta twaqqfet l-Awtorità sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra, b’żieda mat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 26256. Dettalji ta’ dawn il-permessi jistgħu jiġu aċċessati minn fuq il-website tal-ERA permezz ta' dan il-link https://era.org.mt/topic/nat-applications-forms/ kif jidher fl-iscreenshot li qiegħda npoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Belt Valletta — Siġġijiet u mwejjed - Purċissjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’azzjonijiet ta’ nfurzar ittieħdu b’rabta mal-każ fejn siġġijiet u mwejjed ta’ stabbiliment fil-Belt Valletta allegatament ostakolaw il-purċissjoni ta' San Ġużepp nhar id-19 ta' Marzu?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26820. Ir-rwol tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu f’dan ir-rigward huwa limitat li jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja maħruġa mill-Awtorità jiġu rispettati. F’dan il-każ, l-Awtorità pproċediet b’azzjoni legali skont kif kien meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26602 u jgħid jekk l-art li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex proprjetà tal-Gvern?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab informat li l-isqaq imsemmi fid-dettalji separati huwa tal-Gvern.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308 u 26601 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309 u 26600 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310 u 26599 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26255, tista’ l-Ministru tispeċifika fiex jikkonsistu l-allowances li jitħallsu l-ħaddiema ta’ Ambjent Malta u x’tip ta’ allowances huma? Tista’ tgħid ukoll l-ammont eżatt għal kull tip ta’ allowance, u għal kull tip ta’ allowance tgħid jekk oriġinatx minn ftehim kollettiv, mill-Public Service Management Code, minn approvazzjonijiet speċifiċi, jew kwalunkwe forma oħra ta’ ftehim?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif ġie spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26255, l-allowances li jirċievu l-ħaddiema ta’ Ambjent Malta huma dawk standard li jitħallsu fis-Servizz Pubbliku. B’dan il-mod il-ħaddiema li jappartjenu lill-klassijiet tal-agrikoltura, tax-xjenza, tal-ambjent, tal-general service, tal-gradi tekniċi u industrijali u anke lill-Managerial Stream jirċievu l-allowances li jipprovdi għalihom il-Ftehim Settorjali rispettiv. Dan jgħodd ukoll għall-headships u l-Assistenti Diretturi tad-Dipartiment li jirċievu allowances skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-Servizz Pubbliku. Hemm imbagħad allowances oħra li jipprovdi għalihom il-manwal tal-Public Service Management Code u/jew il-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku; dawn jinkludu l-Qualification Allowance, ix-shift allowance u l-ħlasijiet għal xogħol li jsir fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26307, tista’ l-Ministru tispjega dik li hi l-proċedura mill-2021 ’il quddiem, rigward ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità maħruġa mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fuq artijiet li huma tal-gvern?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li proċeduralment Ordni ta’ Waqfien u Konformità toħroġ fuq il-persuna li hi magħrufa bħala sid l-art jew l-okkupant. Fil-każ ta’ illegalità fuq art tal-Gvern, issir konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet fejn f’każ li l-art hija mikrija/mqabbla, d-dettalji tal-persuna fuq min hi mikrija/mqabbla jingħataw lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex l-azzjoni tittieħed fuq il-persuna magħrufa. F’każ li l-art mhux mogħtija b’kirja/qbiela, allura l-Ordni ta’ Waqfien u Konformità toħroġ fuq l-Awtorità tal-Artijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid meta beda x-xogħol preparatorju fil-Bastjun ta’ San Klement, u tagħti rendikont tax-xogħlijiet peress illi jidher li miexi b'mod sporadiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispecifika għal liema “xogħol preparatorju” qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol preparatorju fil-Bastjun ta’ San Klement, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet peress illi jidher li miexi b'mod sporadiku?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, fejn dak iż-żmien kien intqal li l-istudji ta’ riċerka dwar il-carrying capacity ta’ diversi lokalitajiet f’Kemmuna ġew kummissjonati u kienu qed jintużaw sabiex jiġi ffinalizzat il-proċess biex tiġi stabbilita l-carrying capacity ta’ Kemmuna, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar verżjoni tal-istudju li kien kummissjonat sabiex tkun stabbilita l-carrying capacity ta' Kemmuna?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, fejn kien stabbilit li din il-materja kienet responsabbilità tal-Kumitat li twaqqaf apposta. Dan il-kumitat reġa’ ġie mwaqqaf riċentament u żamm l-ewwel laqgħa tiegħu fil-25 ta’ Frar 2025. Parti minn xogħlu huwa li jaħdem fuq it-temi msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26311 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26312 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26310 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26309 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26308 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.