Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent — Regolamenti dwar it-Trattament ta’ Ilma Urban Mormi - Żoni sensittivi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti raġuni għaliex permezz tal-A.L. 373 tal-2024 - Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent, ġew imħassra l-mappa u t-tabella li kienu jidentifikaw iż-żoni sensittivi skont il-L.S. 549.22 li tipprovdi Regolamenti dwar it-Trattament ta’ Ilma Urban Mormi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li oriġinarjament Malta mmarkat tmien żoni kostali bħala sensittivi primarjament bajjiet jew daħliet li minħabba ċ-ċirkulazzjoni limitata setgħu kienu vulnerabbli għat-tniġġis minn nutrijenti żejda. Iżda wara li nbnew l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ u l-assessjar tal-istat tal-ilma kostali, baqgħet żona waħda biss fuq il-lista ta’ siti sensittivi. Valutazzjoni oħra li saret fl-2021 uriet li l-livelli ta’ nutrijenti fl-ilmijiet kostali ta’ Malta huma ġeneralment baxxi, u sinjali ta’ problemi relatati mat-tniġġis bħall-ewtrofikazzjoni huma minimi. Fuq il-bażi ta’ dawn ir-riżultati xjentifiċi, Malta temmen li l-ilmijiet tagħha m’għadhomx f’riskju u li m’għadx hemm bżonn li jinżammu żoni elenkati bħala sensittivi.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225, 25555, 25859 u 26990, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għar-rapport tal-Ombudsman fuq l-istess suġġett li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672 u 26989, u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673 u 26988, u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599 u 26817, u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600 u 26816, u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601 u 26815, u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Binjiet pubbliċi — Energy management methodology

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-energy management methodology li tiġi osservata f’binjiet pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għaċ-ċirkulari maħruġa fid-19 ta’Lulju 2024 fejn ġew stabbiliti numru ta’ miżuri sabiex iservu bħala linja gwida dwar l-użu effiċjenti tal-enerġija f’binjiet pubbliċi kif ukoll għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22256 fejn ġew elenkati numru ta’ inizjattivi ewlenin li l-Gvern qiegħed jieħu f’dan ir rigward..Qed inpoġġi l-imsemmija ċirkulari fuq il-Mejda tal-Kamra.

Scrapyard

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Integrated Pollution Prevention and Control Permit (IPPC) jew l-Environmental Permit (EP) li taħthom topera l-iscrapyard li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid jekk inħarġux multi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fejn il-kontraventur kienet il-kumpanija li topera l-iscrapyard li saret referenza għaliha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-operat tal-iscrapyard li d-dettalji dwarha ngħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari, huwa kopert b’Permess Ambjentali (EP025/22). Kopja ta’ dan il-permess u tal-varjazzjoni sussegwenti tista’ tinkiseb minn fuq is-sit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA): https://era.org.mt/topic/scrapyards/ Mill-2016 sal-lum, l-ERA ħarġet erba’ multi amministrattivi kif ukoll tliet Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità (OWK) bil-penali li jiddikorru kuljum fuq il-kumpanija u/jew fuq id-Diretturi li joperaw din l-iscrapyard. Infurmata wkoll li dawn il-multi tħallsu.

Ordni ta’ żgumbrament

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ordni ta’ żgumbrament maħruġa mill-INDIS Malta Ltd. lill-kumpanija li topera l-iscrapyard li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kiosks — Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ kiosks li jinsabu fuq Kemmuna li għandhom permess tal-ippjanar validu, u jindika l-post eżatt fejn jinsabu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal kiosk fuq il-gżira ta' Kemmuna.

Environmental Impact Assessments — Kemmuna

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji dwar l-impatt ambjentali kollha li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sa minn meta twaqqfet, għall-operaturi kollha f’Kemmuna, inklużi dawk relatati ma’ kiosks tal-ikel u xorb, kiri ta’ deckchairs u umbrelel, kiri ta’ lockers, u attivitajiet sportivi tal-baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li minn meta twaqqfet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), kien hemm proġett wieħed f’Kemmuna li kkwalifika għal Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti applikabbli. Il-proġett li ġie evalwat huwa PA/04777/20 għal-lukanda ta’ Kemmuna. Id-dokumentazzjoni relatata mal-VIA hija aċċessibbli mis-sit tal-ERA https://era.org.mt/era-project/ea-21-00001/ Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument relatat mal-VIA li hu anke aċċessibbli mis-sit tal-ERA.

Bastjun ta’ San Klement — Tindif

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26624 u jgħid meta beda x-xogħol preparatorju fil-Bastjun ta’ San Klement, u jagħti rendikont tax-xogħlijiet peress illi jidher li miexi b'mod sporadiku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 26623.

Ħad-Dingli — Trejqet is-Sagħtar - Nuqqas ta’ dawl

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26248 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25559, jista’ l-Ministru jgħid meta twaħħlet is-sistema tad-dawl fi Trejqet is-Sagħtar, f’Ħad-Dingli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazjoni saret lejn l-aħħar tal-2024.

Port il-Kbir — Kimiċi fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-miżuri ta’ infurzar li ttieħdu mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar kimiċi li spiċċaw fil-baħar tal-Port il-Kbir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li malli l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet rapport dwar inċident li involva kimiċi fil-port, saret investigazzjoni u l-operatur involut twaqqaf minnufih mill-operat tiegħu u kien ordnat jagħmel tindif tas-sit biex jiġi minimizzat kull impatt li seta’ jsir. Apparti dan, ġiet imposta multa amministrattiva fuq l-operatur minħabba ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Permess Ambjentali.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312 u 26673 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311 u 26672, u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Emissjonijiet mill-impjanti tat-tarmak — Riskji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24074, 25225, 25555 u 25859, u jgħid jekk sarux testijiet xjentifiċi fuq emissjonijiet ta’ impjanti tat-tarmak sabiex jiġi stabbilit jekk emissjonijiet minn impjanti ta’ din ix-xorta, jikkawżawx riskji għal saħħet ir-residenti li jabitaw fil-viċinanzi, u jekk fl-affermattiv jgħid x’kien l-eżitu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.