Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624, 27870 u 28097 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625, 27871 u 28096 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816, 27626, 27872 u 28095 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627, 27873 u 28094 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ta’ Xbiex — Binja illegali max-xatt

Question

Fid-dawl tas-sentenza maħruġa mill-Qorti tal-Appell li annullat il-permess tal-ippjanar maħruġ lil Transport Malta għall-proġett massiv ta’ uffiċini u ristorant max-xatt ta’ Ta’ Xbiex fuq art pubblika, jista’ l-Ministru jgħid jekk, sussegwentement, ġewx sottomessi applikazzjonijiet biex tiġi ssanzjonata parti mill-istruttura, kif ukoll applikazzjoni ta’ Planning Control bl-iskop li jinbidlu r-regolamenti tal-ippjanar fl-inħawi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ta’ Xbiex — Binja illegali max-xatt

Question

Fid-dawl tas-sentenza maħruġa mill-Qorti tal-Appell li annullat il-permess tal-ippjanar maħruġ lil Transport Malta għall-proġett massiv ta’ uffiċini u ristorant max-xatt ta’ Ta’ Xbiex fuq art pubblika, jista’ l-Ministru jgħid jekk, sussegwentement, ġewx sottomessi applikazzjonijiet biex tiġi ssanzjonata parti mill-istruttura, kif ukoll applikazzjoni ta’ Planning Control bl-iskop li jinbidlu r-regolamenti tal-ippjanar fl-inħawi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’referenza għall-parti tal-mistoqsija relatata mas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni biex tiġi ssanzjonata parti mill-istruttura, nista’ nikkonferma li tali applikazzjoni ġiet sottomessa iżda għadha mhix validata. Fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ Planning Control bl-iskop li jinbidlu r-regolamenti tal-ippjanar fl-inħawi, nista’ nikkonferma li tali applikazzjoni ġiet sottomessa iżda għada mhix validata.

Ambaxxaturi residenti u mhux residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti dettalji dwar il-pakketti finanzjarji u perkaċċi oħra li kienu jirċievu Ambaxxaturi residenti u dawk mhux residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ambaxxaturi mhux residenti għandhom honoraria fissa ta’ €5000.00 fis-sena. Minn naħa l-oħra, l-Ambaxxaturi residenti għandhom diversi allowances fosthom il-Post Adjustment Allowance (PAA), il-Communication Allowance (CA) u r-Representation Allowance (RA) li jitħallsu ma’ kull paga. Il-PAA u s-CA huma marbuta mal-pajjiż li fih huma residenti, skond il-cost of living u jitħallsu mill-Ambaxxata waqt li r-RA titħallas mal-paga ta’ Malta u hija fissa għal kulħadd. Mal-bidu tal-posting tagħhom, l-Ambaxxaturi residenti jieħdu “Settling-in allowance”, somma ta’ darba skond il-cost of living tal-pajjiż. Hemm ukoll Outfit Allowance li tittieħed darba kull 3 snin li jkunu posted. Is-salarju tal-Ambaxxaturi residenti huwa marbut ma’ Skala 3 taċ-Ċivil.

Kemmuna — Terms of Reference - Carrying capacity

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1827, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li saru mill-Kumitat li taħt il-mansjoni tiegħu jaqa’ l-proċess biex tiġi stabbilita l-carrying capacity ta’ Kemmuna?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26625.

Kemmuna — Kompożizzjoni tal-Kumitat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26625, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-Kumitat bħalissa u jispeċifika d-data ta’ meta kien maħtur kull membru fuq il-Bord?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumitat reġa’ twaqqaf fil-25 ta’ Frar 2025 u huwa kompost minn rappreżentanti tal-: Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu; Transport Malta; Awtorita’ tal-Ambjent u r-Riżorsi; Uffiċju tal-Prim Ministru; Uffiċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu; Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar; Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi. Tajjeb jingħad li dan il-kumitat huwa ex-officio u għaldaqstant il-membri ma jitħalsux.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627 u 27873 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26309, 26600, 26816, 27626 u 27872 u jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625 u 27871 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624 u 27870 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623 u 27869 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ta’ Qali — Sit għall-impjant il-ġdid tat-trattament tad-drenaġġ - Studju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27641 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar biex jistabbilixxi s-sit għall-impjant il-ġdid tat-trattament tad-drenaġġ f’Ta’ Qali biex jipprovdi l-ilma għall-proġett tal-Park Nazzjonali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara konsultazzjonijiet mal-entitajiet konċernati, ġie identifikat sit li kien diġà propjetà tal-Gvern a bażi ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet: · Il-viċinanza għall-main li ser jissupplixxi l-impjant bid-drenaġġ biex jiġi trattat · Il-viċinanza għas-siti kollha li jiffurmaw il-Park Nazzjonali · Il-viċinanza għas-sistema eżistenti ta’ New Water biex f’każ ta’ surplus ta’ ilma dan jingħata lill-bdiewa għat-tisqija · Is-sit jinsab imbiegħed minn żoni residenzjali, allura mhux mistenni li jkun ta’ inkonvenjent għal residenti.

Valletta Green Festival 2025 — Pjazza San Ġorġ - Ġnien temporanju - Dokument maħruġ għas-sejħa għall-offerti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument maħruġ għas-sejħa għall-offerti għall-ġnien temporanju fi Pjazza San Ġorġ bħala parti mill-Valletta Green Festival 2025?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Laqgħa pubblika — EIA TTF

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn fil-laqgħa pubblika fejn saret preżentazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) dwar il-kostruzzjoni ta’ faċilità ġdida fejn jiġi inċenerat l-iskart (TTF) f’sit li jifforma parti mill-Kumpless Ambjentali tal-Magħtab, biex jitwieġbu mistoqsijiet tekniċi dwar il-VIA u mistoqsijiet ġenerali pertinenti għall-proġett, kien hemm preżenti konsulent li minħabba li ma kellux il-kompetenzi tekniċi meħtieġa, ma setax jagħti risposti tekniċi u xjentifiċi meta kien mistoqsi dwar is-sejbiet, il-metodoloġija, il-validità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni preżentata fil-VIA, li wara kollox kien il-ħsieb ewlieni wara l-istess laqgħa pubblika?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika l-istatements li qed tagħmel.

Kwalità tal-arja – TTF

Question

Peress li fil-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) kien hemm indikat li waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-kostruzzjoni ta’ faċilità ġdida fejn jiġi inċenerat l-iskart (TTF) hija t-titjib fil-kapaċità li issa se jkun kapaċi li jipproċessa aktar tunnellati ta’ skart kuljum bil-possibbiltà ta’ espansjoni futura fl-operazzjonijiet, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn fl-istudju kumulattiv dwar l-effetti tal-emissjonijiet fuq il-kwalità tal-arja, flimkien mal-faċilità tal-Waste-to-Energy (WtE) intużat bħala referenza l-faċilità TTF eżistenti fil-Marsa - li għandha kapaċità inqas minn dik tal-impjant propost - u barra minn hekk ma jidhirx li ttieħdet in konsiderazzjoni l-possibbiltà taż-żieda fl-emissjonijiet li ġġib magħha espansjoni operattiva tal-impjant il-ġdid fil-Magħtab? Tista’ tgħid ukoll jekk għall-istudju kumulattiv intużax dispersion model biex permezz ta’ simulazzjonijiet li jikkunsidraw kundizzjonijiet atmosferiċi u temporali jerġgħu jinħadmu l-figuri kumulattivi ta’ depożizzjoni tal-materji f’sura ta’ partiċelli?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mhux minnu li fl-istudji li saru dwar il-kwalitá tal-arja ma kienx ikkunsidrat l-impatt kumulattiv fuq il-kwalitá tal-arja. Nikkonferma li l-istudju fil-fatt ħa inkunsiderazzjoni kemm l-effett tal-proġett Waste to Energy kif ukoll l-impatt mill-impjant il-ġdid tat-Thermal Treatment Facility fl-espansjoni operattiva tiegħu kif propost li se jkun fil-Magħtab. Dan kollu joħroġ ċar diversi drabi fir-rapport. Infurmata wkoll li l-istudju kumulattiv sar permezz ta’ simulazzjonjiet li kkunsidraw il-kundizzjonijiet atmosferiċi. Dan huwa spjegat fil-metodoloġija tar-rapport f’Sezzjoni 2.9. Ir-riżultati tad-depożizzjoni tal-materji f’sura ta’ partiċelli huma murija f’Tabelli 23 sa 25, Kolonna 4.

Trattament tal-ilma urban mormi

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti u l-informazzjoni li Malta, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tkun issottomettiet lill-Kummissjoni skont l-obbligi ta’ monitoraġġ li jirriżultaw mid-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, jiġifieri data u rapporti hekk kif deskritti fl-Artikolu 15(1)-15(4) u l-Artikolu 16 tad-Direttiva msemmija, li jkopru s-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jiġifieri: 1) rapporti tas-sitwazzjoni dwar id-disponiment tal-ilma urban mormi u l-ħama fiż-żoni tagħhom. 2) a) Sorveljar tal-iskariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi. b) Sorveljar tal-ammonti u l-kompożizzjoni tal-ħama li tintrema fl-ilmijiet tas-superfiċi. ċ) Sorveljar tal-ilmijiet fejn iseħħu skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban u skariki diretti, f’każijiet fejn huwa mistenni li l-ambjent riċeventi se jkun affettwat b’mod sinifikanti. d) Studji biex jiġi vverifikat li l-emissjoni jew id-disponiment ma jkunx jaffettwa lill-ambjent b’mod negattiv fil-każ ta’ skarika suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u fil-każ ta’ disponiment ta’ ħama fl-ilmijiet tas-superfiċi.

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-obbligi ta’ rappurtaġġ li joħorġu mid-Direttiva msemmija, l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli f’Ġunju tal-2026.

Drenaġġ – Persentaġġ

Question

Fid-dawl li Malta nstabet li kisret ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar it-trattament tad-drenaġġ, tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ tad-drenaġġ ittrattat b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26994.