Jista’ l-Ministru jgħid liema mill-ħames fażijiet tal-proġett ta’ riġenerazzjoni u titjib tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali għadhom mhux kompluti sal-lum, u x’inhuma r-raġunijiet għalfejn għadhom pendenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-kostruzzjoni tal-car park huwa mistenni li jitlesta dan is-sajf. Qegħdin nistennew il-permessi għal jogging track u l-camping site, filwaqt li l-kostruzzjoni tal-Wasterwater Treatment Plant qegħdha fil-fażi ta’ studju/fattibilità.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28432, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim biex l-art inkwistjoni ġiet mgħoddija lil Puttinu Cares Foundation u Richmond Foundation?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba kif mgħoddija lili.
Ħaż-Żebbuġ — Triq l-Indipendenza – Applikazzjoni għal one-way
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni sottomessa mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ lill-Transport Malta biex Triq l-Indipendenza, f’Ħaż-Żebbuġ, issir triq one-way?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bidliet fi Triq l-Indipendenza jagħmlu parti minn proġett akbar ta’ ġestjoni tat-traffiku fiż-żona ta’ Ħal Mula, Ħaż-Żebbuġ. L-Awtorità tinsab sodisfatta bil-proposta, u l-awtorizzazzjoni għall-proġett sħiħ tinsab fil-proċess sabiex tinħareġ.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26312, 26673, 26988, 27624, 27870, 28097 u 28434 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623, 27869, 28098 u 28433 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28567 u jikkonferma li kien hemm sessjonijiet u appuntamenti ma’ professjonisti fi ħdan is-servizz CYPS li kellhom jiġu kkanċellati minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani, saħansitra ċerti każijiet fejn tfal ilhom aktar minn sena mingħajr ma jaraw psikjatra? Jista’ jispjega għaliex hemm dan in-nuqqas ta’ professjonisti, u x’miżuri qed jittieħdu biex dan jiġi indirizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 28566 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport/i dwar l-għażla tas-sit għall-kumpless magħruf bħala l-EcoHive, inkluż ir-raġunijiet tekniċi, ambjentali u oħrajn li wasslu għall-għażla tas-sit fil-Magħtab?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kumpless ECOHIVE amministrat mill-WasteServ, ilu jaqdi l-funzjoni preżenti tiegħu għal għexieren ta’ snin li kien iddominat mill-miżbliet. Id-deċiżjoni tal-Gvern tal-ġurnata hija li jtejjeb l-amministrazzjoni ġenerali tal-iskart u għalhekk qed jinvesti fl-aqwa teknoloġija biex flok l-iskart jintrema fil-miżbliet dan jinbidel f’riżorsa. L-EIA għal kull impjant rispettiv jinkludi kapitlu fuq is-siti alternattivi li ġew kunsidrati.
Id-dokumenti mitluba huma aċċessibbli mill-website tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) permezz ta’ dawn il-links rispettivi, kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Proposed Thermal Treatment Facility in the ECOHIVE Complex, including plant building, storage building, administration building, waste water treatment, tank farm and cisterns:
https://era.org.mt/era-project/pa-06096-23/
The outline application for the construction of a Waste to Energy Plant at Maghtab:
https://era.org.mt/era-project/pa03012-20/
Construction of an Organic Processing Plant in Malta:
https://era.org.mt/era-project/ea00019-22/
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28565 u jgħid għalfejn il-Pet Memorial Garden f’Ta’ Qali tħalla fi stat mitluq u jgħid x’sar mill-istatwi kommemorattivi li kienu jiffurmaw parti minn dan il-ġnien?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jekk qed tirreferi għal nuqqas ta' ġardinaġġ fil-Pet Memorial Garden, dan sar b’segwitu ta’ Ċirkulari 10/2023 maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li hi inizzjattiva sabiex fir-Rebbiegħa ma jsirx qtugħ ta' ħaxix selvaġġ. Din l-inizzjattiva ġiet segwita biex jiġu protetti l-insetti li jdakkru 1-pjanti.
Fir-rigward ta’ l-istatwi kommemorattivi, dawn inġabru temporanjament ħalli jsirulhom alterazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jintrabtu fuq il-post. Minħabba ż-żamma tal-post, tajt istruzzjonijiet lid-dipartiment biex il-post jinżamm fi stat aħjar.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26308, 26601, 26815, 27627, 27873, 28094 u 28437 u jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-eks sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26310, 26599, 26817, 27625, 27871, 28096 u 28435 u jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27968, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li Malta, bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, mill-2015 ’l hawn issottomettiet lill-Kummissjoni skont l-obbligi ta’ monitoraġġ li jirriżultaw mid-Direttiva 91/271/KEE dwar it-trattament tal-ilma urban mormi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija disponibbli fuq Eionet Central Data Repository li hija aċċessibbli mill-website tal-European Environment Agency permezz ta’ dawn il-links rispettivi, kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Art 15 - 2016 (reflecting year 2014) –
https://cdr.eionet.europa.eu/mt/eu/uwwt/envv9_37q/
Art 15 - 2018 (reflecting year 2016) -
https://cdr.eionet.europa.eu/mt/eu/uwwt/envwwlywq/
Art 15 - 2020 (reflecting year 2018) -
https://cdr.eionet.europa.eu/mt/eu/uwwt/envyskyrq/
Art 15 - 2022 (reflecting year 2020) -
https://reportnet.europa.eu/public/dataflow/494
Art 15 - 2024 (reflecting year 2022) -
https://reportnet.europa.eu/public/dataflow/1043
Faċilità ġdida ta’ inċineratur tal-iskart — Valutazzjoni tal-Impatt Ambjenti – Espert tekniku fil-Laqgħa pubblika
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27966, tista’ l-Ministru tgħid għalfejn fil-laqgħa pubblika fejn saret preżentazzjoni tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) dwar il-kostruzzjoni ta’ faċilità ġdida għall-inċinerazzjoni tal-iskart (TTF) ma kienx hemm espert tekniku preżenti biex iwieġeb mistoqsijiet tekniċi u xjentifiċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni li qed tagħti mhix korretta. Matul il-laqgħa pubblika kien preżenti l-kordinatur tekniku tal-EIA, li huwa espert approvat mill-ERA u li wieġeb għall-mistoqsijiet li qamu.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Pet Memorial Garden f’Ta’ Qali tħalla fi stat mitluq u jgħid x’sar mill-istatwi kommemorattivi li kienu jiffurmaw parti minn dan il-ġnien?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport/i dwar l-għażla tas-sit għall-kumpless magħruf bħala l-EcoHive, inkluż ir-raġunijiet tekniċi, ambjentali u oħrajn li wasslu għall-għażla tas-sit fil-Magħtab?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm sessjonijiet u appuntamenti ma’ professjonisti fi ħdan is-servizz CYPS li kellhom jiġu kkanċellati minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani, saħansitra ċerti każijiet fejn tfal ilhom aktar minn sena mingħajr ma jaraw psikjatra? Jista’ jispjega għaliex hemm dan in-nuqqas ta’ professjonisti, u x’miżuri qed jittieħdu biex dan jiġi indirizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat fiż-żona tal-Blata l-Għolja fil-Mosta, hekk kif ġiet itterminata kirja ta’ raba’ fl-istess żona, kif spjegat fl-Avviż Nru 1271 tal-Gazzetta tal-Gvern datata t-23 ta’ Settembru 2024?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interterpellant li ninsab infurmat li l-art inkwistjoni ġiet mgħoddija lil Puttinu Cares Foundation u Richmond Foundation.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26311, 26672, 26989, 27623, 27869 u 28098 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.