Legislature:
Category:
Reset
Active:

ERA – Xogħlijiet fuq siġar f’Manoel Island

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk inħarġitx awtorizzazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għax-xogħlijiet fuq is-siġar f’Manoel Island? Jekk iva, tista’ tqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Elementi ta’ valur storiku u ambjentali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema elementi ta’ valur storiku u ambjentali f’Manoel Island ġew identifikati biex jiġu protetti matul ix-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni, u kif qed jiġu protetti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Tindif u manutenzjoni – Kundizzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jew is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali imponewx xi kundizzjonijiet fuq ix-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island? Jekk iva, x’inhuma dawn il-kundizzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Spezzjonijiet, rapporti u rakkomandazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema dati saru l-ispezzjonijiet f’Manoel Island mid-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, u minn Project Green qabel bdew ix-xogħlijiet? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti jew ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Kuntratturi mqabbda minn Project Green

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk Project Green qabbditx xi kuntratturi privati għax-xogħlijiet f’Manoel Island, inkluż għall-kiri ta’ makkinarju jew għat-tneħħija tal-iskart? Jekk iva, tista’ tgħid min huma, il-valur ta’ kull kuntratt u l-proċess ta’ akkwist li ntuża?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Stadji ta’ tindif u manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-istadji li jmiss wara l-ewwel stadju ta’ tindif f’Manoel Island, u x’inhu ż-żmien mistenni għal kull wieħed minnhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Tindif u manutenzjoni – Żmien tat-tlestija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu mistenni li jdum l-ewwel stadju tax-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island, u meta hu mistenni jitlesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5225.

Manoel Island – Tindif u manutenzjoni – Pjan ta’ xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan ta’ xogħol li fuqu qed isiru x-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li din it-tweġiba tapplika wkoll għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn li għamlet dwar l-istess suġġett. L-ewwel stadju tax-xogħlijiet ta’ tindif u manutenzjoni f’Manoel Island jinkludi t-tneħħija ta’ skart tal-kostruzzjoni, żbir tas-siġar u t-tneħħija ta’ siġar mejtin li mhumiex protetti, kif ukoll l-installazzjoni ta’ poġġamani temporanji biex jittejbu l-aċċessibbiltà u s-sigurtà. Ix-xogħlijiet qegħdin jitwettqu b’kollaborazzjoni m’entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi, fosthom Cleansing Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Project Green qed tagħmel l-interventi fuq is-siġar permezz tar-riżorsi interni tagħha, filwaqt li Cleansing Malta qed tikkoordina t-tneħħija tal-iskart. L-interventi fuq is-siġar huma koperti mill-permess ġenerali deskritt hawn taħt, u l-miżuri kollha huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-entitajiet rispettivi. Dan l-istadju huwa mistenni jissokta tal-inqas sa tmiem ta’ din is-sena. Wara l-ewwel stadju, se jsiru aktar xogħlijiet ta’ tindif u stħarriġ tal-bini storiku biex jinkixfu elementi u jiġi identifikat materjal f’sit li qabel kien mgħotti bil-veġitazzjoni li jista’ jkollhom valur storiku. Dan il-materjal jitqiegħed separatament f’żoni apposta fis-sit, skont id-direzzjonijiet tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u kull sejba tiġi indirizzata skont il-każ. Il-kordinazzjoni mas-Sovrintendenza hija kontinwa. Fl-istess waqt, għaddejjin konsultazzjonijiet mal-entitajiet rilevanti, fosthom Heritage Malta. L-ispiża tal-ewwel stadju tax-xogħlijiet li qiegħda twettaq Project Green qed tkun koperta mill-vot tal-infiq operattiv (OPEX). Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ambjentali u l-interventi fuq is-siġar, Project Green għandha permess ġenerali maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), magħruf bħala block permit, li jkopri l-ewwel stadju tax-xogħlijiet. Iż-żbir qed jinżamm għall-minimu meħtieġ għas-sigurtà tas-sit. Il-permess jipprevedi l-attivitajiet li ġejjin: -     It-tneħħija u l-kontroll ta’ speċi aljeni invażivi ta’ annimali u pjanti; -     It-tħawwil ta’ siġar, arbuxxelli u pjanti; -     Il-qtugħ tal-ħaxix; -     Il-qlugħ mill-għeruq, il-qtugħ u/jew it-twaqqigħ ta’ siġar elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123; -     Iż-żbir għal skopijiet ta’ manutenzjoni ta’ siġar elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123; -     It-tħawwil ta’ siġar fi bnadi oħra elenkati fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 549.123. Skont il-prattika tajba u l-permess ta’ Project Green, l-interventi kollha huma konformi mal-linji gwida tal-ERA dwar xogħlijiet li jinvolvu s-siġar (Guidelines on Works Involving Trees), disponibbli hawn: https://era.org.mt/wp-content/uploads/2020/08/Guidelines-on-Works-involving-Trees.pdf Il-pubbliku għandu aċċess għal Manoel Island imma ovvjament għandu jagħmel dan b’kawtela meta javviċina żoni fejn ikunu għaddejjin ix-xogħlijiet.

Il-ħarsien tal-UCAs u tal-iskylines tradizzjonali

Question

Fil-każ li r-reviżjoni tal-Local Plans twassal għal tibdil fil-parametri tal-iżvilupp, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jsir b’rispett sħiħ lejn l-Urban Conservation Areas (UCAs), il-karatteristiċi arkitettoniċi, il-proporzjonijiet u l-karattru storiku tagħhom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema parametri tal-iżvilupp qed tirreferi.  Il-princċpji ta' salvagwardja tal-Urban Conservation Areas jinstabu kemm fl-iSPED (Urban Objective 2), kif ukoll fil-Viżjoni 2050 u l-Manifest Elettorali.

Local Plans – Aktar spazji miftuħa

Question

Fid-dawl taż-żieda fid-densità tal-bini f’diversi lokalitajiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex iżid l-ispazji miftuħa permezz tar-reviżjoni tal-Local Plans? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li tiġi allokata aktar art għal spazji pubbliċi, żoni ħodor u spazji rikreattivi, u jekk hemmx mira konkreta jew ammont ta’ art, f’metri kwadri, li qed jiġi kkunsidrat għal dan il-għan?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-izvilupp fil-lokalitajiet tagħna isir skont dak stipulat fil-pjanijiet lokali, liema pjanijiet jidentifikaw ukoll l-ispazji miftuħa fiż-żoni urbani tagħna. L-iSPED Thematic Objective 1.7 jippromwovi ż-żieda ta' dawn l-ispazji. Dan hu sostnut ukoll bil-Vizjoni 2050 kif ukoll fil-Manifest Elettorali.

Il-ħarsien tal-identità tal-irħula ż-żgħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern biex jitħarsu l-identità, il-karattru arkitettoniku u t-tessut urban tal-irħula ż-żgħar li għadhom fil-biċċa l-kbira preservati? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra miżuri speċifiċi biex dawn l-irħula ma jgħaddux minn urbanizzazzjoni eċċessiva li twassal għat-telf tal-identità u tal-karatteristiċi tradizzjonali tagħhom, u jekk iva, liema huma dawn il-miżuri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, apparti l-impenn li jinsab fil-Manifest Elettorali, hemm fis-seħħ diversi policies u strumenti ta’ ppjanar li għandhom l-għan li jħarsu l-identità, il-karattru arkitettoniku u t-tessut urban tal-irħula ż-żgħar li fil-biċċa l-kbira tagħhom għadhom preservati. Fost dawn insibu l-Urban Objective 2 tal-Strategic Plan for Environment and Development 2015 (SPED), li tipprevedi t-titjib tat-townscape u tal-ambjent taċ-ċentri storiċi, filwaqt li tistabbilixxi preżunzjoni kontra t-twaqqigħ ta’ proprjetajiet li jistħoqqilhom konservazzjoni u tipprovdi li l-għoli tal-iżvilupp fiż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana għandu jirrispetta l-kuntest urban eżistenti. Barra minn hekk, il-Pjanijiet Lokali jidentifikaw u jirregolaw iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA), filwaqt li d-Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC15), partikolarment il-Policy P6 – Transition Design Solutions, tipprovdi gwida speċifika dwar żvilupp propost fil-periferija ta’ dawn iż-żoni, permezz tas-sezzjoni “Transition Solutions Immediately Outside UCA”.

Żoni urbani u art ODZ – Tranżizzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux l-intenzjoni li jintroduċi miżuri jew policies speċifiċi biex ikun hemm tranżizzjoni aktar ċara u armonjuża bejn iż-żoni residenzjali u l-art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ)?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bi tweġiba għall-mistoqsija rigward policies li jassiguraw tranżizzjoni aktar ċara u armonjuża bejn iż-żoni residenzjali u l-art barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ), qed issir referenza ghad-Development Control Design Policy Guidance and Standards 2015 (DC15) u b’mod speċifiku għall-policy P6 – Transition Design Solutions. Din il-policy diġa’ tinkludi sezzjoni li tiggwida żvilupp li jkun proponut fix-xifer taż-żona tal-iżvilupp jiġifieri – Transition Solutions Between DZ edge and ODZ.

Reviżjoni tal-Local Plans

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern beħsiebu jippreżenta proposti konkreti għar-reviżjoni tal-Local Plans, u jekk hemmx skeda ta’ żmien stabbilita għal dan il-proċess?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kwalunkwe reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali teħtieġ li tiġi segwita l-proċedura prevista mil-liġi, inkluż proċess estensiv ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex il-partijiet interessati u l-pubbliku jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom. Għaldaqstant, kull tħabbira dwar dan il-proċess issir f’dan il-kuntest.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Rapport dwar ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4382 u jgħid f’liema data l-Awtorità tad-Djar irċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat fis-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ġiet iċċertifikata bħala dangerous structure, u jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4381 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34052 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li ġew ingaġġati b’direct order għall-proġett tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data ngħatat id-direct order, u x’inhu l-valur tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4380 u jgħid kif inqasmet l-ispiża tat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bejn l-Awtorità tad-Djar, Infrastructure Malta, il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa u s-sidien tal-garaxxijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas s’issa u lil min?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4379 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża stmata oriġinarjament għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, x’inhi l-ispiża totali skont il-ftehim iffirmat, u għaliex żdiedet l-ispiża?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4378 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29677 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, ġie ffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2025. Kopja tal-ftehim qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.