Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-latrina ġewwa s-Suq taż-Żejtun tramited-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u jikkonferma meta din il-latrina ser tkun lesta sabiex tkun tista’ tiġi użata mill-pubbliku u l-bejjiegħa speċjalment kull nhar ta' Erbgħa meta jkun hemm is-Suq fiż-Żejtun?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-bini tal-latrina pubblika ġewwa s-Suq taż-Żejtun huwa lest u bħalissa qed isir ix-xogħol ta’ finishes. Huwa ippjanat li din il-latrina ser tkun lesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet, mill-ewwel tas-sena 2023, maqsuma xahar xahar, sal-lum, relatati ma':
a. rimi ta' skart; u
b. rimi ta' skart u ħruġ ta' boroż mhux mal-iskeda, kemm mhux fil-ħin u lanqas fil-ġurnata?
Jista’ jgħid kemm kienet il-medja tal-penali li ġew maħruġa f’dawn il-każijiet? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mill-01/01/2023, sal-lum, fil-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk ingħataw 229 kontravenzjoni marbuta ma' skart, li jinkludi rimi ta skart mhux skont l-iskeda (li jinkludi l-ħin), rimi ta' skart b’mod abbużiv madwar il-Bring in Sites, u rimi ta’ skart b’mod abbużiv b’mod ġenerali ieħor.
Kontravenzjonijiet marbuta ma' skart iġorru l-piena ta Eur150, li tiżdied għal-Eur 450 f’każ ta’ ripetizzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet mill-ewwel tas-sena 2023, maqsuma xahar xahar, sal-lum relatati ma':
a. rimi ta' skart; u
b. rimi ta' skart u ħruġ ta' boroż mhux mal-iskeda, kemm mhux fil-ħin u lanqas fil-ġurnata?
Tista’ tgħid kemm kienet il-medja tal-penali li ġew maħruġa f’dawn il-każijiet u/jew xi azzjonijiet li ttieħdu? Tista’ tagħti din l-informazzjoni għal-lokalitajiet ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Ħal Għaxaq u Marsaxlokk?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena sal-31 ta’ Mejju 2023, inħarġu total ta’ 58 multa mill-ERA fuq skart, 50 minnhom relatati ma’ ksur tal-liġi li tistipola l-iskeda u ħin ta’ kollezzjoni kif stipulati mir-Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (LS549.40). Fl-istess perjodu, minbarra l-multi effettivi nħarġu wkoll 304 twissijiet lil persuni li kisru dan ir-regolament. Il-penali kienu jvarjaw bejn €150 u €6,000. Fil-lokalitajiet indikati, fl-istess perjodu, nħargu 10 twissijiet u multa ta’ €450.
Il-multi msemmija jinkludu azzjonijiet li nħarġu għal offiżi tar-Regolament tal-Iskart (LS549.63) jew Regolamenti dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta’ Skart fit-Toroq u f’Postijiet jew Żoni Pubbliċi (LS549.40).
B’referenza għad-dawl maqtugħ f'diversi toroq madwar Marsaskala u Ħal Għaxaq, tista’ l-Ministru tgħid meta s-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ dawl f’numru ta’ toroq madwar dawn il-lokalitajiet se tiġi għan-normal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onorevoli Intepellant jindika t-toroq li qed jirreferi għalihom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jistax jagħti l-awtorizzazzjoni biex tinfetaħ il-Communal Clinic f’Marsakala għat-teħid tad-demm (Phlebotomy) kull nhar ta' Sibt filgħodu minbarra matul il-ġimgħa, peress li ħafna persuni jaħdmu matul il-ġimgħa u hemm domanda biex jibdew jinqdew is-Sibt?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi teħid tad-demm bl-appuntament ġewwa l-Klinika fil-Komunità ta’ Marsaskala huwa diġà disponibbli u appuntament huwa ta’ anqas minn ħimistax-il ġurnata.
B’referenza għall-pjan għal Triq tal-Barrani u li kienet fil-midja fil-jiem li għaddew, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, pjanti li juru l-pjanijiet tax-xogħlijiet previsti għal din it-triq prinċipali u għal interċessjonijiet tat-toroq li jaqbdu ma' din it-triq u li jinkludu:
a. Direzzjoni lejn iċ-Ċentru ta' Ħal Tarxien (Triq Palma),
b. Gudja (Triq Ħal Tarxien),
c. Direzzjoni Bulebel-Fgura (Triq San Anard),
d. Direzzjoni St James Hospital (Triq il-Ħotba),
e. Ħal Għaxaq (Triq il-Belt Valletta), u
f. aktar l’isfel fid-direzzjoni tal-Vjal 25 ta' Novembru, Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet għal dan il-junction upgrade għadhom qed jiġu ffinalizzati. L-Agenzija tinsab f’diskussjonijiet attivi ma’ stakeholders biex dan il-proġett jimxi l-quddiem għal benefiċċju ta’ kulħadd.
Peress li r-residenti ta' Triq San Duminku fiż-Żejtun sikwit jilmentaw b'inkonvenjent kontinwu minħabba li meta tagħmel ix-xita, l-ilma li jinġabar fl-għadajjar qed jispiċċa jidħol ġo djarhom, speċjalment meta jgħaddu l-karozzi, u peress li din it-triq hemm bżonn li jsiru kanali u spralli biex l-ilma jkollu fejn imur, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-triq tinbeda u tinstab soluzzjoni għal din il-problema? Jekk hemm il-ħsieb, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet fuqha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità taż-Żejtun l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Taltas, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Labour, Triq Dwiemes, Triq Toni Zahra, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq il-Kbira, Triq il-President Anton Buttigieg, Misraħ is-Suq, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-25 ta’ Novembru, Triq Cannaught, Triq il-Kantur, Ta’ Ganza, Triq Kamumilla, Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq San Ġużepp, Triq Beland, Triq Santa Monika, Triq Santa Fawstina u Triq il-Ġiebja Rumana.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzijà għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Iż-Żejtun – Misraħ Mikiel Anton Vassalli – toroq mitluqin
Question
Peress li t-trejqiet li jdawru Misraħ Mikiel Anton Vassalli fiż-Żejtun ilhom ħafna mitluqin u għalkemm dan l-aħħar saru xi toroq fil-madwar, dan il-misraħ baqa’ bit-toroq kollha ħofor (hekk kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament), jista’ l-Ministru jgħid meta dawn it-toroq ta' madwar il-misraħ se jiġu asfaltati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità taż-Żejtun l-aġenzijà diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Taltas, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Labour, Triq Dwiemes, Triq Toni Zahra, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq il-Kbira, Triq il-President Anton Buttigieg, Misraħ is-Suq, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-25 ta’ Novembru, Triq Cannaught, Triq il-Kantur, Ta’ Ganza, Triq Kamumilla, Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq San Ġużepp, Triq Beland, Triq Santa Monika, Triq Santa Fawstina u Triq il-Ġiebja Rumana.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzijà għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Peress li f’din is-sena skolastika xi ġenituri esprimew il-bżonn li l-Kindergarten ġewwa ż-Żejtun tkun estiża, peress li skont dawn il-ġenituri l-iskola hija ffullata bit-tfal li jattendu f'din l-iskola, tant li fil-klassijiet qed ikunu numru ta' studenti konsiderevoli, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskola tiġi mkabbra/estiża biex tilqa’ għad-domanda li hemm u biex it-tfal li qed jattendu bħalissa jkunu mqassma f’aktar gruppi iżgħar? Jekk hemm dan il-ħsieb, jista’ jagħti aktar dettalji f’termini ta’ żmien meta dan se jibda jitwettaq?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent, l- ispazju provdut fl-iskola Primarja taż-Żejtun huwa adegwat għan-numru ta’ studenti li jattendu fl-istess skola. Għaldaqstant, filwaqt li l-Ministeru jibqa' dejjem kommess li jibqa' jħares is-sitwazzjoni mill-qrib, m’hemmx il-ħtieġa immedjata li din l-iskola tiġi estiża.