Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tomna art hija reġistrata fuq bdiewa full-time?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali informazzjoni jekk bdiewa humiex full-time jew inkella part-time ma tinżammx.
Bħalissa hemm total ta’ 98,600-il tomna art reġistrata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa reġistrati bħala bdiewa full-time?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx. Mit-total tal-persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skond il-Liġi Sussidjarja 639.13, bħalissa hemm 3,729 mara.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet tal-bdiewa reġistrati full-time?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx.
It-tabella segwenti turi l-etajiet tat-18,157 il-persuna rreġistrata li jaħdmu l-għelieqi skont il-Liġi Sussidjarja 639.13.
Numru ta’ persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skont l-età
Età
Total
40 jew inqas
2,262
41 sa 65
8,796
Aktar minn 65
7,099
Total
18,157
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ bdiewa reġistrati full-time f’Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx.
Bħalissa hemm 18,157 persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skond il-Liġi Sussidjarja 639.13.
Trattament ta’ saħħa barra minn Malta - Titjiriet b’xejn lill-ġenituri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur uża s-servizz ta’ titjiriet b’xejn biex jakkumpanja lit-tfal li jkollhom bżonn trattament ta’ saħħa barra minn Malta?
Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm kien l-investiment f’dan ir-rigward;
ii. għal liema pajjiżi kienu l-ivvjaġġar u l-inċidenza ta’ dan l-ivvjaġġar għal kull pajjiż; u
iii. x’etajiet kellhom it-tfal li kellhom bżonn it-trattament barra minn Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm 128 tifel u tifla li kellhom bżonn it-trattament barra minn Malta. L-età tagħhom kienet tvarja bejn taħt 0 u 18-il sena. B’kollox kien hemm 233 ġenitur li akkumpanjawhom. L-ispiża kienet tammonta għal €90,441.35.
Kien hemm 121 tifel u tifla li ġew mibgħuta l-Ingilterra u 7 każi ġew riferuti għall-Italja.
Ħal Għargħur - Klinika tal-Komunità - Proċess tal-procurement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif skatta l-proċess tal-procurement biex saru x-xogħlijiet fil-Klinika tal-Komunità fil-lokalità ta’ Ħal Għargħur bejn l-aħħar tas-sena 2023 sal-ewwel kwart tas-sena 2024?
Jista’ jgħid ukoll:
i. jekk kienx fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali preċedenti biex jassenja x-xogħlijiet u japprova l-ħlasijiet tagħhom, bl-ispiża għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi break down ta’ kif inħarġu l-pagamenti; u
ii. jekk sarx ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet qabel inħarġu l-ispejjeż tax-xogħlijiet fi ħdan din il-klinika u jqiegħed tali ċertifikazzjoni tal-Perit fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-Primary Health Care ħadet ħsieb biss li tinkiteb il-Medical Brief tal-Klinika, u mbagħad il-Kunsill Lokali ħa ħsieb li jwettaq ix-xogħolijiet. Meta tlesta x-xogħol u ġie ċċertifikat mill-Kunsill Lokali, il-PHC beda jopera is-servizzi mill-Klinika.
Is-Swieqi - Kunsilli Lokali – Fondi li talloka l-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tas-Swieqi applikax għall-fondi li talloka l-LESA għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid ukoll jekk din l-applikazzjoni kinitx approvata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-LESA sal-lum offriet żewġ skemi lill-Kunsilli Lokali – kull skema b’investiment ta’ tliet miljun ewro. Dawn il-progetti kellhom isiru f'diversi oqsma li huma proġetti ta' sigurtà, ambjentali, ta’ riġenerazzjoni u ta’ trasport alternattiv, fost oħrajn.
Infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi applika skont kif ġej:
2021 - Ma applikax
2022 - Ma applikax
2023 - Applika sabiex jixtri vettura. Din l-applikazzjoni ġiet aċċettata u l-proġett sar.
2024 - Ma applikax
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali ġewx offruti fondi biex jinvestu f’miżuri ta’ sigurtà, inkluż cameras fil-lokalitajiet tagħhom? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn il-kunsilli lokali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-LESA permezz ta’ investiment ta’ madwar sitt miljun ewro, tħaddem żewġ skemi li permezz tagħhom isiru proġetti għat-tgawdija tal-familji f’lokalitajiet differenti, b’uħud minn dawn il-proġetti jżidu s-sigurtà. Permezz ta’ dawn l-iskemi kull lokalità tistá tibbenifika sa massimu ta’ tmenin elf (80,000) ewro u kull skema tkopri perjodu ta’ tlett snin.
Kemm fl-ewwel skema (2021-2023), kif ukoll fit-tieni (2024-2026), kien hemm diversi Kunsilli li għażlu li jissottomettu proġetti marbuta ma’ sigurtà, per eżempju b’installazzjoni tal-kameras jew per eżempju b’riġenerazzjoni li twassal biex żona mwarrba tkun imdawla fost oħrajn. Il-proġetti għalhekk li jirrelataw mas-sigurtà huma s-segwenti:
Sena
Lokalitá
Proġett
2021
Bormla
Riġenerazzjoni ta’ Housing Estate Żona ta’ San Ġwann t' Għuxa, b'iktar dwal għall-sigurta'
2021
Il-Ħamrun
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
L-Imsida
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
Il-Mellieħa
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2021
Paola
Riġenerazzjoni ta’ Gnien Lorry Sant b'iktar dwal u sigurta'
2021
San Ġwann
Riġenazzjoni ta’ art mitluqa u abbandunata ghall-spazju miftuħ u sigur
2021
Is-Siġġiewi
Miljorament Ġenerali li jinkludi dwal, u pedestrian crossings, u aċċessibilta'
2021
Ħal Tarxien
Milojorament ta' Gnien Joanne b'iktar dwal u sigurta'
2021
Ix-Xgħajra
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
Marsaxlokk
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
Rabat (M)
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2022
L-Għarb
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Reġjun Punent
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Il-Belt Valletta
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2023
Il-Mosta
Dawl fuq il-pont tal-Mosta u l-madwar għall-iktar sigurta'
2023
In-Naxxar
Installazzjoni ta’ tmienja u għoxrin fanal ornamentali għall-iktar sigurta'
2023
Pembroke
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Il-Furjana
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
L-Isla
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Ħal-Luqa
Dawl dekorattiv fit-toroq u sqaqien għall-iktar sigurta'
2024
Il-Mellieħa
Installazzjoni ta’ sistema ta’ kameras tas-sigurta
2024
Il-Mosta
Dwal f’żewġ spazji pubbliċi fiż-żona ta' Santa Margerita għall-iktar sigurta'
2024
Il-Qrendi
Fanali tat-toroq fiż-żona urbana u turistika tal-Qrendi għall-iktar sigurta'
2024
Il-Belt Valletta
Fanali Ġodda f' żoni residenzjali fil-Belt għall-iktar sigurta
2024
Ħaż-Żabbar
Tisbiħ, Sigurtà, u Aċċessibilta tal-Lokal